Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, mis-Suq Uniku u mill-Unjoni Doganali, ħoloq ostakli kummerċjali u għall-iskambji transfruntieri li ma kinux jeżistu qabel l-1 ta’ Jannar 2021.

Il-konsegwenzi, wesgħin u estensivi, għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, għan-negozji u għaċ-ċittadini ma setgħux jiġu evitati, anke bi Ftehim ta' Kummerċ u ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit fis-seħħ.

Il-Kummissjoni pprovdiet taħriġ u gwida lill-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri kif ukoll lill-partijiet ikkonċernati, u se tkompli torganizza seminars settorjali mal-Istati Membri kollha fil-livell tekniku biex tgħin fl-irfinar tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ tħejjija, b’mod partikolari fl-oqsma tal-kontrolli tal-persuni u tal-merkanzija fil-fruntieri.

Għal mistoqsijiet fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Kummerċ u ta’ Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit, iċ-ċittadini, l-assoċjazzjonijiet u n-negozji jistgħu jikkuntattjaw lis-Servizz ta’ informazzjoni ta’ Europe Direct.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tipprovdi punt uniku ta’ kuntatt fejn il-kumpaniji, l-organizzazzjonijiet kummerċjali jew l-organizzazzjonijiet mhux governattivi tal-UE jistgħu jressqu lmenti dwar l-ostakli għall-kummerċ f’pajjiżi mhux tal-UE, u dwar pajjiżi mhux tal-UE li ma jissodisfawx l-impenji li jkunu ħadu fil-ftehim kummerċjali, inkluż fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli.

Avviżi ta’ gwida settorjali

Biex tgħin, il-Kummissjoni qed tirrevedi – u fejn meħtieġ taġġorna – aktar minn 100 avviż ta’ tħejjija tal-partijiet ikkonċernati speċifiku għas-settur li ppubblikat matul in-negozjati tal-Artikolu 50 mar-Renju Unit (dawn il-verżjonijiet huma disponibbli hawnhekk). Dawk l-avviżi li diġà ġew aġġornati tista’ ssibhom hawn taħt. Fihom informazzjoni dettaljata dwar x’għandhom jagħmlu l-amministrazzjonijiet, in-negozji u ċ-ċittadini biex jippreparaw għall-bidliet.

Firma elettronika (l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi)
26 Mejju 2020
Prodotti mediċinali - L-applikazzjoni tal-acquis farmaċewtiku tal-Unjoni fi swieq li tradizzjonalment jiddependu fuq il-provvista ta’ mediċini minn jew permezz tal-Gran Brittanja wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni
25 Jannar 2021
Vetturi bil-mutur (“Approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati”)
14 Lulju 2020
Projbizzjonijiet u restrizzjonijiet tal-importazzjoni/esportazzjoni (inklużi liċenzji tal-importazzjoni/esportazzjoni)
15 Mejju 2020
Ċertifikati supplimentari ta’ protezzjoni għal prodotti mediċinali u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
15 Ġunju 2020

L-aħħar aġġornament: 22 ta’ Marzu 2021

Il-Komunikazzjoni “Inlestu għall-bidliet.”

Fid-9 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni ppubblikat il-Komunikazzjoni “Inlestu għall-bidliet”.

Din tagħti ħarsa ġenerali settur b'settur tal-aktar oqsma affettwati u tissuġġerixxi miżuri ta' mitigazzjoni għall-awtoritajiet nazzjonali, għan-negozji u għaċ-ċittadini.

Inlestu għall-bidliet Komunikazzjoni dwar l-istat tat-tlestija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit
9 Lulju 2020
“LISTA TA’ KONTROLL TA’ TĦEJJIJA GĦALL-BREXIT” – GĦALL-KUMPANIJI LI JAGĦMLU NEGOZJU MAR-RENJU UNIT
18 Awwissu 2020
  • Proposal for a decision

Regulation proposed by the Commission to counter unforeseen and adverse consequences of the Brexit in Member States and sectors that are worst affected.

 

Slides u riżorsi oħra