Dak li tagħmel l-UE Il-politika tal-kompetizzjoni tal-UE hija mfassla biex tipproteġi l-interessi tal-konsumaturi u tan-negozji Ewropej. F’suq kompetittiv, kull kumpanija tistinka biex toffri l-aħjar prodotti u prezzijiet, u biex ittejjeb kemm il-kwalità kif ukoll l-għażla. Iżda meta s-swieq ma jkunux kompetittivi, dan jista’ jwassal għal inqas għażliet, kwalità aktar baxxa u prezzijiet ogħla. Dan jista’ saħansitra jwassal għal telf tal-impjiegi, pagi aktar baxxi u inugwaljanza akbar.Huwa għalhekk li l-Kummissjoni Ewropea tissalvagwardja l-kompetizzjoni, billi timmonitorjal-ftehim bejn il-kumpaniji li jirrestrinġu l-kompetizzjoni, bħall-kartellil-abbużi ta’ pożizzjoni dominanti, fejn kumpanija ewlenija tipprova taqla’ l-kompetituri mis-suqfużjonijiet, meta l-kumpaniji jingħaqdu, b’mod permanenti jew temporanjugħajnuna mill-Istat, meta l-gvernijiet nazzjonali jagħtu appoġġ fi kwalunkwe forma lil ċerti kumpanijisussidji minn gvernijiet barra mill-UE lil kumpaniji attivi fl-UEpjattaformi diġitali kbar (’l hekk imsejħa “gwardjani”) li jistgħu jużaw saħħithom fis-suq b’mod li jagħmel ħsara lill-kompetizzjoni Fatti dwar il-politika tal-kompetizzjoni € 3.5 biljunmulti tal-infurzar antitrust fl-2024400deċiżjonijiet finali dwar il-fużjoni fl-2024613deċiżjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat fl-2024 Sors: daqqa t’għajn lejn l-2024 Oqsma ta’ azzjoniAntitrusts u kartelliRegoli li jipprojbixxu l-abbużi tas-saħħa fis-suq u ftehim bejn il-kumpaniji li jkunu jirrestrinġu l-kompetizzjoniFużjonijietIr-regoli tal-UE li jirregolaw l-fużjonijiet tan-negozjiGħajnuna mill-IstatIr-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-IstatRegolament dwar is-Sussidji BarraninL-indirizzar tad-distorsjonijiet ikkawżati minn sussidji barranin lill-kumpaniji attivi fl-UEAtt dwar is-Swieq DiġitaliInżommu s-swieq diġitali ġusti u miftuħaTranżizzjoni Nadifa, Ġusta u KompetittivaTgħallem kif il-politika tal-kompetizzjoni tal-UE tgħin biex tixpruna ekonomija aktar nadifa u aktar ġusta Kisbiet Ewlenin Ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE jgħinu biex il-prezzijiet jinżammu baxxi u l-kwalità tal-prodotti tkun għolja għall-benefiċċju kemm tal-konsumaturi kif ukoll tan-negozji. Dan jgħin speċjalment lill-unitajiet domestiċi b’introjtu aktar baxx, li huma l-aktar affettwati meta l-prezzijiet jogħlew.Dan iħaffef ukoll l-innovazzjoni, peress li s-swieq kompetittivi jġiegħlu lill-kumpaniji jtejbu u jinnovaw, u dan iwassal għal prodotti u servizzi aħjar li huma disponibbli għal aktar nies — mhux biss għas-sinjuri, iżda għal kulħadd.Ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE joħolqu kundizzjonijiet ekwi, li jiżguraw li n-negozji kollha jkunu jistgħu jikkompetu b’mod ġust, ikun xi jkun daqshom. Dan jappoġġa għanijiet usa’ bħall-ugwaljanza fl-introjtu, it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, jew l-aċċess għal servizzi essenzjali bħall-akkomodazzjoni soċjali. Fil-qosor, ir-regoli tal-kompetizzjoni jippromwovu l-ekwità sabiex is-swieq jaħdmu għal kulħadd u mhux biss għall-atturi l-aktar b’saħħithom.Permezz ta’ inizjattivi bħal Proġetti Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni (IPCEIs, Important Projects of Common European Interest), il-politika tal-kompetizzjoni tal-UE tagħti spinta lill-investiment f’setturi strateġiċi, filwaqt li tappoġġa l-innovazzjoni, it-teknoloġija ekoloġika u l-infrastruttura diġitali. Billi tistabbilixxi u tinforza regoli ċari, il-politika tal-kompetizzjoni tal-UE toħloq inċentivi sodi għall-kumpaniji sabiex jinvestu u jinnovaw. Fl-istess ħin, din tippermetti lid-ditti tal-UE jespandu fis-Suq Uniku kollu, u tgħinhom jikbru f’ambjent ġust u kompetittiv.L-azzjonijiet kontra l-imġiba antikompetittiva bħall-kartelli jew kontra l-fużjonijiet li jistgħu jxekklu l-kompetizzjoni, iġibu benefiċċji konkreti.Abbażi ta’ metodoloġija żviluppata mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD, Organization for Economic Cooperation and Development) huwa stmat li bejn l-2012 u l-2023, l-infurzar tal-kompetizzjoni tal-UE ffranka lill-konsumaturi bejn €12-il biljun u €21 biljun kull sena. Taħt il-lenti Ir-Regolament dwar is-Sussidji Barranin (FSR, Foreign Subsidies Regulation) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tinvestiga u tindirizza s-sussidji pprovduti minn gvernijiet barra mill-UE li jidhru li jxekklu s-suq intern tal-UE. Dawn is-sussidji barranin jistgħu jagħtu vantaġġ inġust lill-benefiċjarji tagħhom biex jakkwistaw kumpaniji jew biex jiksbu kuntratti ta’ akkwist pubbliku fl-UE. L-aħħar aħbarijiet 22 Diċembru 2025Commission approves reform of French capacity mechanism for security of electricity supply22 Diċembru 2025Commission approves €61 million Belgian rescue aid for Lineas GroupAra kollox Avvenimenti See all the events Tagħrif relatatId-Direttorat Ġenerali għall-KompetizzjoniKonsultazzjonijiet pubbliċi dwar il-politika tal-kompetizzjoni
Il-politika tal-kompetizzjoni tal-UE hija mfassla biex tipproteġi l-interessi tal-konsumaturi u tan-negozji Ewropej. F’suq kompetittiv, kull kumpanija tistinka biex toffri l-aħjar prodotti u prezzijiet, u biex ittejjeb kemm il-kwalità kif ukoll l-għażla. Iżda meta s-swieq ma jkunux kompetittivi, dan jista’ jwassal għal inqas għażliet, kwalità aktar baxxa u prezzijiet ogħla. Dan jista’ saħansitra jwassal għal telf tal-impjiegi, pagi aktar baxxi u inugwaljanza akbar.Huwa għalhekk li l-Kummissjoni Ewropea tissalvagwardja l-kompetizzjoni, billi timmonitorjal-ftehim bejn il-kumpaniji li jirrestrinġu l-kompetizzjoni, bħall-kartellil-abbużi ta’ pożizzjoni dominanti, fejn kumpanija ewlenija tipprova taqla’ l-kompetituri mis-suqfużjonijiet, meta l-kumpaniji jingħaqdu, b’mod permanenti jew temporanjugħajnuna mill-Istat, meta l-gvernijiet nazzjonali jagħtu appoġġ fi kwalunkwe forma lil ċerti kumpanijisussidji minn gvernijiet barra mill-UE lil kumpaniji attivi fl-UEpjattaformi diġitali kbar (’l hekk imsejħa “gwardjani”) li jistgħu jużaw saħħithom fis-suq b’mod li jagħmel ħsara lill-kompetizzjoni
Antitrusts u kartelliRegoli li jipprojbixxu l-abbużi tas-saħħa fis-suq u ftehim bejn il-kumpaniji li jkunu jirrestrinġu l-kompetizzjoni
Regolament dwar is-Sussidji BarraninL-indirizzar tad-distorsjonijiet ikkawżati minn sussidji barranin lill-kumpaniji attivi fl-UE
Tranżizzjoni Nadifa, Ġusta u KompetittivaTgħallem kif il-politika tal-kompetizzjoni tal-UE tgħin biex tixpruna ekonomija aktar nadifa u aktar ġusta
Ir-Regolament dwar is-Sussidji Barranin (FSR, Foreign Subsidies Regulation) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tinvestiga u tindirizza s-sussidji pprovduti minn gvernijiet barra mill-UE li jidhru li jxekklu s-suq intern tal-UE. Dawn is-sussidji barranin jistgħu jagħtu vantaġġ inġust lill-benefiċjarji tagħhom biex jakkwistaw kumpaniji jew biex jiksbu kuntratti ta’ akkwist pubbliku fl-UE.
22 Diċembru 2025Commission approves reform of French capacity mechanism for security of electricity supply