Karriera mal-Kummissjoni Ewropea tfisser li tkun parti minn amministrazzjoni pubblika unika li kapaċi ssarraf ideat kbar f’bidla reali.

Opportunitajiet tal-impjieg
Mit-tiswir tal-liġijiet u l-politiki għall-protezzjoni tad-drittijiet tan-nies u l-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda, xogħolna jgħin biex ikollna Ewropa fejn in-nies ikunu jistgħu jgħixu, jikbru, jiskopru, iħobbu, ikunu liberi u jħossuhom sikuri.
Ingħaqad ma’ komunità diversa u multikulturali ta’ professjonisti ddedikati, li jaħdmu fis-27 pajjiż tal-UE u lil hinn. Sew jekk għandek għal qalbek id-demokrazija, il-klima, il-ġustizzja, l-innovazzjoni jew it-teknoloġija, hawn tista’ ssib postek u tagħmel impatt.
Skopri x’opportunitajiet tax-xogħol hemm miftuħin
Sawwar il-viżjoni, xpruna l-bidla u sarraf l-ideat f’azzjoni
Sir uffiċjal tal-UE b’kompetizzjoni organizzata mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal
Ikseb esperjenza prattika b’apprendistat imħallas ta’ ħames xhur
Tim wieħed
Magħqud b’impenn komuni biex l-Ewropa – u l-bqija tad-dinja – issir post aħjar, it-tim tagħna jagħmel il-Kummissjoni ambjent tax-xogħol divers, inklużiv u vibranti.
Hu tim magħmul minn firxa wiesgħa ta’ professjonisti, minn xjenzati u esperti li jfasslu l-politika sa ekonomisti, negozjaturi tal-kummerċ u spetturi nukleari.
Karriera mal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni toffri paga u benefiċċji attraenti, ambjent tax-xogħol flessibbli u inklużiv, u opportunitajiet biex tiżviluppa l-karriera tiegħek u taħdem f’timijiet, dipartimenti u postijiet differenti.
Aħna impenjati wkoll li nsiru post tax-xogħol aktar ekoloġiku u aktar sostenibbli.
Salarji, liv, pensjonijiet, assigurazzjoni tas-saħħa, u appoġġ għall-familja u l-benesseri
Tagħlim u żvilupp, mobbiltà interna u progressjoni
Bilanċ bejn il-ġeneri, paga ugwali u opportunitajiet indaqs
Impjegatur ekoloġiku li jistinka għan-newtralità klimatika
Kif tista’ tingħaqad magħna?
Aqra l-profili tal-karrieri differenti tagħna, esplora t-tipi ta’ kuntratti li noffru, u skopri jekk tissodisfax ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà.


