Page contents Page contents X’inhi inizjattiva taċ-ċittadini?Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej hi mezz għalik u għal Ewropej oħrajn biex tieħdu parti attiva fit-tfassil tal-politika tal-UE.Jekk tixtieq li l-UE tieħu azzjoni fuq kwistjoni partikulari, tista’ tniedi inizjattiva taċ-ċittadini, biex titlob lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi leġiżlazzjoni tal-UE ġdida dwar dik il-kwistjoni.Biex inizjattiva tkun ikkunsidrata mill-Kummissjoni, jeħtieġlek tipperswadi miljun ċittadin mill-UE kollha jiffirmaw favuriha.Aktar dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini EwropejKif torganizza inizjattiva?Qabel ma tniedi l-inizjattiva tiegħek, trid tistabbilixxi grupp ta’ organizzaturiIl-grupp irid ikun magħmul minn tal-anqas 7 ċittadini tal-UE li jgħixu f’tal-anqas 7 pajjiżi differenti tal-UE. M’għandhomx għalfejn ikunu ċittadini ta’ 7 pajjiżi differenti, iżda dawn iridu jkunu ta’ età li jistgħu jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’pajjiżhom.Imbagħad trid tibgħat talba ta’ reġistrazzjoni lill-Kummissjoni. Qabel ma tirreġistra l-inizjattiva proposta tiegħek, il-Kummissjoni se tivverifika numru ta’ kriterji legali, partikolarment li l-proposta tiegħek taqa’ fi ħdan qasam fejn għandha s-setgħa li taġixxi. Ladarba l-inizjattiva tiegħek tiġi rreġistrata, tista’ tistabbilixxi d-data tal-bidu għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ miċ-ċittadini fl-UE kollha.Niedi inizjattiva taċ-ċittadiniTgħallem, iddiskuti, ikkonnettja u ikseb pariri dwar l-inizjattiva taċ-ċittadiniKif tikseb tweġiba u tħalli impatt?L-inizjattiva tiegħek trid tissodisfa ċerti kundizzjonijiet, inklużiil-ġbir ta’ mill-inqas miljun firma validail-firmatarji jridu jiġu minn tal-inqas 7 pajjiżi tal-UE (inkluż numru minimu ta’ firem minn kull pajjiż)Jekk l-inizjattiva tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha, il-Kummissjoni se tikkunsidraha.Fi żmien xaharl-uffiċjali tal-UE se jiltaqgħu miegħekFi żmien 3 xhurikollok smigħ pubbliku fil-Parlament Ewropew biex tispjega l-inizjattiva tiegħekFi żmien 6 xhuril-Kummissjoni se toħroġ risposta formali – u se tispjega għaliex se tipproponi / mhux se tipproponi liġi ġdida bbażata fuq il-proposta tiegħekAktar dwar inizjattivi mwieġba