X’qed tagħmel l-UE
L-UE għandha l-aktar ikel tajjeb għas-saħħa u tal-ogħla kwalità fid-dinja, u dan bis-saħħa tal-irziezet tagħna u tas-settur agroalimentari b’mod ġenerali. Sabiex l-affarijiet jibqgħu hekk, il-Kummissjoni Ewropea taħdem biex tiżgura li l-agrikoltura tal-UE tkun sostenibbli, kompetittiva, u reżiljenti u li ż-żoni rurali jkunu mimlijin ħajja.
L-objettivi ewlenin tal-politika agrikola tal-UE huma li
- niżguraw li l-bdiewa jiksbu dħul aħjar mis-suq biex jipproduċu kwantitajiet biżżejjed ta’ ikel sikur, filwaqt li jirrispettaw ir-regoli tal-UE dwar is-sostenibbiltà, il-benessri tal-annimali, it-traċċabbiltà, eċċ.
- nipprovdu sistemi ta’ sostenn għall-azjendi agrikoli biex ngħinuhom jistabbilizzaw id-dħul tagħhom meta jkollhom jaffrontaw kundizzjonijiet inqas prevedibbli tal-produzzjoni
- nagħmlu lill-biedja attraenti sabiex inħeġġu liż-żgħażagħ jersqu lejha
- niffaċilitaw l-investiment f’settur tal-biedja innovattiv, kompetittiv, u sostenibbli
- immantnu komunitajiet rurali vijabbli, b’ekonomiji varjati
- noħolqu u mmantnu l-impjiegi fil-katina tal-ikel kollha kemm hi

Ċifri ewlenin
Oqsma fejn qed tittieħed azzjoni
Kif l-UE tappoġġa lill-bdiewa tagħha u lis-sigurtà tal-ikel tal-Ewropa
Il-bdiewa tal-UE huma s-sinsla tal-awtosuffiċjenza tal-Ewropa fl-ikel: kif l-UE qed twieġeb għat-tħassib tagħhom
Il-produtturi tal-UE qed ibigħu l-prodotti agrikoli tagħhom f’suq globali dejjem aktar kompetittiv: x’qed tagħmel l-UE biex tgħin
Il-viżjoni tal-UE għall-ġejjieni tas-sistemi tal-biedja u tal-ikel tal-UE
Sir af aktar dwar il-politika, ir-regoli, iċ-ċertifikazzjonijiet, u s-sostenn tal-UE f’dan is-settur
X’għamlet il-Politika Agrikola Komuni biex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-bdiewa tal-UE u tagħti sostenn liż-żoni rurali
Kif l-UE tista’ tgħinek tiżviluppa r-razzett tiegħek
Kif l-UE tipproteġi u tippromwovi l-oriġini, it-tradizzjonijiet, u l-karatteristiċi uniċi tal-prodotti distintivi tal-UE
Iż-żoni rurali huma t-tessut tas-soċjetà tagħna: x’tagħmel il-viżjoni fit-tul tal-UE biex tipproteġihom
Il-kisbiet ewlenin
- Il-politika agrikola komuni tagħti sostenn lis-settur tal-ikel u tal-biedja tal-UE, li huwa wieħed mis-setturi ewlenin tal-ekonomija u jipprovdi madwar 8.7 miljun impjieg fl-agrikoltura, bi 17-il miljun ruħ jaħdmu fis-settur.
- Hemm madwar 3,400 organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta, li jgħinu lill-irziezet iżgħar biex ikunu aktar b’saħħithom fis-suq fl-UE. Nofshom joperaw fis-settur tal-produzzjoni tal-frott u l-ħaxix.
- L-UE qed taħdem biex tagħti sostenn lil 6 miljun benefiċjarju madwar l-UE biex jipprovdu ikel ta’ kwalità għolja lil 450 miljun Ewropew.
- Il-baġit totali tal-PAK għall-perjodu 2023-27 huwa ta’ €307 biljun (€264 biljun ta’ fondi tal-UE u €43 biljun ta’ fondi nazzjonali).
Taħt il-lenti
Il-Kummissjoni ressqet inizjattiva biex tappoġġa lill-bdiewa Ewropej fid-dawl taż-żieda fl-ispejjeż u l-iskarsezza tal-fertilizzanti, issaħħaħ il-produzzjoni domestika tal-fertilizzanti u tnaqqas id-dipendenza tal-Ewropa fuq l-importazzjonijiet. Il-pjan ta’ azzjoni dwar il-fertilizzanti se jgħin biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel u tissaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-Ewropa, filwaqt li jiġu segwiti l-għanijiet klimatiċi u ambjentali.

Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 20 Mejju 2026