Ħarsa ġenerali
Il-Kummissjoni Ewropea se taħdem biex tiżgura li ċ-ċittadini Ewropej ikunu mħarsin aħjar mill-perikli u aktar siguri, u li l-Ewropa jkollha l-mezzi biex iżżomm il-paċi permezz ta’ deterrenza kredibbli. Dawn l-aħħar ftit snin fakkruna bil-kbir f’kemm hija fraġli l-paċi. Taw ukoll sinjal ta’ allarm lill-Ewropa biex tara li jkollha l-mezzi biex tipproteġi ruħha u tiskoraġġixxi lill-avversarji potenzjali.
Kif jaħsbuha l-Ewropej
Sors: Ewrobarometru 2025
Objettivi
Li nsawru unjoni Ewropea tad-difiżabiex tipproteġi lill-Unjoni Ewropea u lil niesha
Li nsaħħu l-preparatezza u l-ġestjoni tal-kriżijietbiex inkunu għal-lest biex nirreaġixxu għall-kriżijiet
Li ntejbu s-sigurtà internabiex nindirizzaw it-theddidiet kollha online u offline
Li nsaħħu l-fruntieri komunibiex nagħmluhom aktar siguri
Li niġġestixxu l-migrazzjonib’mod ġust u sod
Kif se nilħqu l-objettivi tagħna
Matul il-mandat tal-Kummissjoni bejn l-2024 u l-2029 u biex negħlbu l-isfidi tas-sigurtà u d-difiża tal-Ewropa
Li nsawru unjoni Ewropea tad-difiża
Se naġixxu fil-qasam tad-difiża biex nipproteġu lill-Ewropej billi
- ngħinu lill-Istati Membri jibnu mill-ġdid, jirrikostitwixxu, u jittrasformaw il-qawwiet armati nazzjonali billi jibnu fuq il-programmi industrijali tad-difiża eżistenti, jinvestu f’kapaċitajiet ta’ livell għoli f’oqsma kritiċi bħat-taqbid fuq il-baħar, fuq l-art, u fl-ajru, it-twissijiet bikrin ibbażati fl-ispazju, u ċ-ċibersigurtà
- ngħinu biex jinġabru flimkien ir-riżorsi u nilqgħu għat-theddidiet komuni permezz ta’ proġetti ewlenin tad-difiża Ewropea li. fl-aħħar mill-aħħar. jiġu deċiżi mill-Istati Membri
- niżviluppaw suq uniku għall-prodotti u s-servizzi tad-difiża, insaħħu r-riċerka u l-iżvilupp kif ukoll il-kapaċità tal-produzzjoni fil-qasam tad-difiża, u ninkoraġġixxu l-akkwist konġunt
It-tisħiħ ulterjuri tal-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO se jkun fil-qalba ta’ din il-ħidma.

Se niżviluppaw strateġija għal unjoni tal-preparatezza biex niżguraw li nkunu mħejjijin aħjar għall-kriżijiet billi
- nippreparaw aħjar lis-soċjetà kollha, inklużi ċ-ċittadini u s-settur privat, għal kriżijiet li jistgħu jinqalgħu
- insaħħu l-kapaċitajiet tagħna biex nipprevedu u nantiċipaw
- nindirizzaw theddidiet ġodda, b’mod partikolari theddid kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari (CBRN) u marbut maċ-ċibersigurtà
- noffru sostenn lill-kontromiżuri mediċi kontra t-theddidiet għas-saħħa pubblika, inkluż l-akkwist konġunt u l-kumulazzjoni ta’ riżerva

Biex in-nies iħossuhom imħarsin mill-perikli, se naħdmu fuq
- strateġija Ewropea ġdida għas-sigurtà interna fi sforz biex niżguraw li s-sigurtà tiġi integrata fil-leġiżlazzjoni tal-UE
- pjan ta’ azzjoni Ewropew ġdid kontra t-traffikar tad-droga, li permezz tiegħu se naħdmu ma’ oħrajn biex nimblukkaw ir-rotot u l-mudelli tan-negozju tat-traffikanti tad-droga
- aġenda ġdida kontra t-terroriżmu biex nindirizzaw theddidiet ġodda u emerġenti u biex naffrontaw il-finanzjament tat-terroristi u r-radikalizzazzjoni b’aktar qawwa

Biex ikollna fruntieri komuni aktar b’saħħithom
- se nagħmlu sistema diġitali tal-ġestjoni tal-fruntieri li tkun tiffunzjona bis-sħiħ
- se nimplimentaw metodu ta’ ġestjoni integrata tal-fruntieri
- se niżviluppaw strateġija tal-UE għall-politika dwar il-viżi
- se niżguraw li ż-żona Schengen tkun kompluta u tiffunzjona bis-sħiħ

Il-migrazzjoni hija sfida Ewropea li trid tiġi indirizzata b’soluzzjoni Ewropea. Biex niġġestixxu l-migrazzjoni b’mod effettiv, bis-solidarjetà bħala valur fundamentali
- se nwettqu l-patt dwar il-migrazzjoni u l-ażil u ninkwadraw il-viżjoni tagħna, li tħares lejn il-futur, fl-ewwel strateġija Ewropea dwar il-migrazzjoni u l-ażil, li se tkopri ħames snin
- se nimbuttaw ’il quddiem approċċ komuni ġdid għar-ritorni biex il-proċess jitħaffef u jiġi ssimplifikat
- se nkomplu niżviluppaw relazzjonijiet strateġiċi ma’ pajjiżi li mhumiex fl-UE
- se naħdmu mal-Istati Membri biex jinfetħu perkorsi legali għall-migrazzjoni, abbażi tal-ħtiġijiet tal-ekonomiji u r-reġjuni tagħna b’rabta mal-ħiliet

X’sar s’issa
Segwi, interessa ruħek, u ibqa’ aġġornat dwar il-progress ta’ inizjattivi ġodda, liġijiet proposti u bidliet leġiżlattivi taħt din il-prijorità
- Marzu 2026
Ġiet ippreżentata strateġija ġdida biex tiġi indirizzata t-theddida dejjem tikber tan-nirien fis-selvaġġ
- Jannar 2026
Ġiet żvelata l-istrateġija l-ġdida dwar il-migrazzjoni u l-ażil, biex tiġi evitata l-migrazzjoni illegali, jiġu protetti n-nies, u jiġi attirat it-talent lejn l-UE
Ġew proposti regoli ġodda biex jissaħħu r-reżiljenza u l-kapaċitajiet fil-qasam taċ-ċibersigurtà
- April 2025
Il-Kummissjoni tiżvela l-ProtectEU, strateġija Ewropea ġdida għas-sigurtà interna
- Marzu 2025
Il-preżentazzjoni tal-istrateġija għal unjoni ta’ preparatezza biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Ewropa li tipprevjeni u tirrispondi għal theddid emerġenti
Il-Kummissjoni tiżvela l-white paper għad-difiża Ewropea u l-pjan ReArm Europe/Prontezza 2030
Il-Kummissjoni tipproponi sistema Ewropea komuni ġdida għar-ritorni
Il-Kummissjoni tipproponi att dwar il-mediċini kritiċi biex tagħti spinta lill-provvista tal-mediċini kritiċi
- Jannar 2025
Fiċ-ċentru tal-attenzjoni
L-AGILE, għodda ġdida pilota ta’ finanzjament b’valur ta’ €115-il miljun, se twassal it-teknoloġija rivoluzzjonarja fil-qasam tad-difiża mil-laboratorju għall-użu fil-prattika b’ħeffa rekord. Se taċċellera l-iżvilupp u l-ittestjar ta’ innovazzjonijiet rivoluzzjonarji fil-qasam tad-difiża u l-adozzjoni tagħhom mis-suq għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, inklużi l-istartups u l-innovaturi tat-teknoloġija. Se jkollha l-għan li toħroġ għotjiet fi żmien erba’ xhur u li t-teknoloġiji jilħqu lill-forzi tad-difiża f’perjodu ta’ bejn sena u 3 snin. L-AGILE se tkun allinjata għal kollox mal-ħtiġijiet l-aktar urġenti tal-pajjiżi tal-UE u se tiżgura li d-difiża Ewropea ma tkunx biss innovattiva, iżda wkoll lesta biex tirrispondi bla telf ta’ żmien għal kwalunkwe theddida.

Min hu inkarigat

Viċi President Eżekuttiv għas-Sovranità Teknoloġika, is-Sigurtà u d-Demokrazija

Ir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, u Viċi President

Viċi President Eżekuttiv għad-Drittijiet Soċjali, il-Ħiliet, l-Impjiegi ta’ Kwalità u l-Preparatezza

Kummissarju għad-Difiża u l-Ispazju

Kummissarju għall-Ugwaljanza; il-Preparatezza u l-Ġestjoni tal-Kriżijiet

Kummissarju għall-Affarijiet Interni u l-Migrazzjoni
Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 25 Marzu 2026
