X’qed tagħmel l-UE L-UE taħdem mill-qrib ma’ sħabha fin-Nofsinhar tal-Mediterran biex tippromwovi l-prosperità, l-istabbiltà, u s-sigurtà komuni. It-tisħiħ tas-sħubijiet tagħna mal-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq, tal-Lvant Nofsani, u tal-Golf jibqa’ prijorità strateġika għall-Ewropa. Biex tappoġġa din il-ħidma, il-Kummissjoni ħolqot Direttorat Ġenerali apposta.Qed nibnu fuq il-kooperazzjoni prattika, li minnha jgawdi kulħadd — mill-kuntatti bejn in-nies u t-tisħiħ tal-ekonomiji, sat-tisħiħ tal-iżvilupp sostenibbli, u r-reżiljenza komuni. Biex tasal għal dan, il-Kummissjoni tiġbor flimkien firxa ta’ oqsma ta’ politika u tappoġġa lill-pajjiżi sħabna bl-għarfien espert tekniku u b’appoġġ finanzjarju permezz tal-istrumenti tal-UE.Il-kooperazzjoni mal-Mediterran tan-Nofsinhar tinkludi 10 pajjiżi sħab: l-Alġerija, l-Eġittu, Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Marokk, il-Palestina*, is-Sirja, u t-Tuneżija. Minbarra dawn il-pajjiżi, il-ħidma tal-UE tkopri wkoll il-pajjiżi fir-reġjun tal-Golf (6 pajjiżi tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf — il-Bahrain, il-Kuwajt, l-Arabja Sawdija, l-Oman, il-Qatar, u l-Emirati Għarab Magħquda — kif ukoll l-Iraq, il-Jemen, u l-Iran), b’impenn iffukat fuq il-kummerċ, l-investiment, il-konnettività, u s-sħubijiet għat-teknoloġija nadifa u għall-enerġija rinnovabbli.Young girls from the Kufr Yoba Primary School for Girls in Irbid, practicing the principles of framing (copyright: EU MedBridge) Ċifri ewlenin Aktar minn 23,000 skambju tal-Erasmus+ bejn in-Nofsinhar tal-Mediterran u l-universitajiet tal-UE (2022–2025)€30 biljun f’finanzjament immobbilizzat permezz ta’ investiment ta’ €7 biljun mill-UE fin-Nofsinhar tal-Mediterran (2021–2027)19 -il pajjiż fl-Afrika ta’ Fuq, fil-Lvant Nofsani, u fil-Golf li taħdem magħhom l-UE Oqsma ta’ azzjoniIl-Patt għall-MediterranQafas ġdid ta’ kooperazzjoni għall-kuntatti bejn in-nies, it-tisħiħ tal-ekonomiji, u s-sigurtà madwar il-Mediterran u lil hinn minnuSħubijiet strateġiċi u komprensiviSħubijiet bilaterali li jiffukaw fuq l-investiment, il-kummerċ, l-enerġija, il-migrazzjoni, u aktarIl-Viċinat tan-NofsinharQafas strateġiku mfassal biex jippromwovi l-istabbiltà, is-sigurtà, u l-prosperità ekonomika fl-Afrika ta’ Fuq u fil-Lvant NofsaniL-Istrateġija dwar il-Lvant NofsaniInsaħħu s-sħubijiet mal-partijiet ikkonċernati reġjonali biex nippromwovu l-paċi u l-istabbiltà fir-reġjun kollu u fl-EwropaL-Istrateġija dwar il-GolfNiżviluppaw sħubija aktar mill-qrib u orjentata lejn il-ġejjieni mal-pajjiżi tar-reġjun, inkluż permezz ta’ Ftehimiet ta’ Sħubija StrateġikaIl-Global GatewayNistimulaw l-investiment, u nappoġġjaw proġetti fl-oqsma tal-infrastruttura, tat-tranżizzjoni tal-enerġija, jew tal-wirt kulturali fil-Mediterran Il-kisbiet ewlenin Sal-ħarifa tal-2025, il-proġetti tal-Global Gateway fin-Nofsinhar tal-Mediterran, sostnuti b’pakkett finanzjarju tal-UE ta’ €7 biljun, immobilizzaw €30 biljun f’investimenti pubbliċi u privati — sentejn qabel iż-żmien previst. Il-kejbil diġitali taħt il-baħar Medusa u l-impjanti tad-desalinizzazzjoni tal-ilma fuq skala kbira qed itejbu l-ħajja tan-nies. L-UE hija l-akbar fornitur ta’ assistenza esterna lill-Palestina* b’€1.36 biljun għall-perjodu 2021–2024 u €1.6 biljun għall-perjodu 2025–2027. Din l-għajnuna tkopri, fost l-oħrajn, is-servizzi tas-saħħa, l-edukazzjoni, u s-servizzi soċjali għar-refuġjati Palestinjani, u l-aċċess għall-ilma u d-dawl, kif ukoll is-salarji għall-impjegati taċ-ċivil.Fl-2014, ġie stabbilit il-Fond Fiduċjarju Reġjonali tal-UE b’reazzjoni għall-kriżi tas-Sirja (Madad) biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet essenzjali ta’ ’l fuq minn 5 miljun refuġjat Sirjan. F’10 snin minn mindu beda jeżisti l-Madad, €2.38 biljun li ngħataw minn donaturi, inklużi l-Istati Membri tal-UE, marru għal 129 proġett kruċjali biex jiġu koperti servizzi bażiċi għal 11-il miljun persuna fil-bżonn.L-UE tappoġġa lill-intrapriżi mikro u żgħar u lill-intraprendituri nisa tar-reġjun b’aċċess għall-finanzi. Il-Fond SANAD qassam aktar minn €1.4 biljun f’sottoself li jsostni aktar minn 445,000 impjieg fin-Nofsinhar tal-Mediterran u fl-Afrika.Fl-ambitu tal-Erasmus+, ġew appoġġati 24 proġett ta’ bini tal-kapaċità fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fin-Nofsinhar tal-Mediterran bejn l-2022 u l-2025, u dawn servew bħala mutur għall-iżvilupp soċjoekonomiku sostenibbli fir-reġjun.Matul il-kriżi tas-saħħa tal-COVID-19, l-UE mmobilizzat aktar minn €2.3 biljun f’appoġġ għall-pajjiżi fin-Nofsinhar tal-Mediterran. Il-programmi ta’ kooperazzjoni tal-UE ġew adattati biex jappoġġaw lis-sistemi nazzjonali tas-saħħa b’tagħmir protettiv, taħriġ, u assistenza fl-isptarijiet. Taħt il-lenti L-Inizjattiva Trans-Mediterranja dwar l-Enerġija Rinnovabbli u l-Kooperazzjoni Teknoloġika Nadifa (T-MED)Ir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta’ Fuq għandu wħud mill-aktar riżorsi tal-enerġija rinnovabbli abbundanti u kompetittivi f’termini ta’ kostijiet fid-dinja. Bil-ġenerazzjoni elettrika eolika u solari fuq skala kbira, dan ir-reġjun se jsir ċentru tat-tranżizzjoni tal-enerġija madwar il-Mediterran. Il-potenzjal tiegħu huwa stmat għal aktar minn 2,300 GW, aktar mid-doppju tal-kapaċità installata tal-UE bħalissa, u dan jenfasizza l-iskala strateġika ta’ din l-opportunità.L-inizjattiva T-MED għandha l-għan li tagħti vantaġġ triplu lir-reġjun:żvilupp soċjoekonomiku inklużiv permezz tal-investiment, il-ħolqien tal-valur, l-iżvilupp tal-ħiliet, u l-ħolqien tal-impjiegiaktar sigurtà tal-enerġija u kompetittività industrijali permezz ta’ enerġija diversifikata, bi prezzijiet raġonevoli, u rinnovabblidekarbonizzazzjoni aċċellerata permezz tal-elettriku rinnovabbli, tal-idroġenu rinnovabbli, tal-użu ta’ teknoloġija nadifa, u tal-grilji transfruntieri.Kompli aqra L-aħħar aħbarijiet 11 Ġunju 2026EU to mobilise up to €25 billion for renewable energy and clean technology by 2035 through Pact for the Mediterranean initiative9 Ġunju 2026Commissioner Šuica hosts dialogue on scaling up renewable energy investments across the MediterraneanAra kollox Eventi 3 Ġunju 2026Implementation dialogue on renewable energy investments with Commissioner Dubravka Šuica29 Mejju 2026Implementation Dialogue: Increasing the role of the EU private sector in renewable energy investments in the MENA regionAra kollox * L-użu ta’ dan l-isem ma għandux jiġi interpretat bħala rikonoxximent ta’ Stat tal-Palestina u huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet individwali tal-Istati Membri fuq din il-kwistjoni. Informazzjoni relatataId-Direttorat Ġenerali għal-Lvant Nofsani, l-Afrika ta’ Fuq, u l-Golf Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 27 Mejju 2026
L-UE taħdem mill-qrib ma’ sħabha fin-Nofsinhar tal-Mediterran biex tippromwovi l-prosperità, l-istabbiltà, u s-sigurtà komuni. It-tisħiħ tas-sħubijiet tagħna mal-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq, tal-Lvant Nofsani, u tal-Golf jibqa’ prijorità strateġika għall-Ewropa. Biex tappoġġa din il-ħidma, il-Kummissjoni ħolqot Direttorat Ġenerali apposta.Qed nibnu fuq il-kooperazzjoni prattika, li minnha jgawdi kulħadd — mill-kuntatti bejn in-nies u t-tisħiħ tal-ekonomiji, sat-tisħiħ tal-iżvilupp sostenibbli, u r-reżiljenza komuni. Biex tasal għal dan, il-Kummissjoni tiġbor flimkien firxa ta’ oqsma ta’ politika u tappoġġa lill-pajjiżi sħabna bl-għarfien espert tekniku u b’appoġġ finanzjarju permezz tal-istrumenti tal-UE.Il-kooperazzjoni mal-Mediterran tan-Nofsinhar tinkludi 10 pajjiżi sħab: l-Alġerija, l-Eġittu, Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Marokk, il-Palestina*, is-Sirja, u t-Tuneżija. Minbarra dawn il-pajjiżi, il-ħidma tal-UE tkopri wkoll il-pajjiżi fir-reġjun tal-Golf (6 pajjiżi tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf — il-Bahrain, il-Kuwajt, l-Arabja Sawdija, l-Oman, il-Qatar, u l-Emirati Għarab Magħquda — kif ukoll l-Iraq, il-Jemen, u l-Iran), b’impenn iffukat fuq il-kummerċ, l-investiment, il-konnettività, u s-sħubijiet għat-teknoloġija nadifa u għall-enerġija rinnovabbli.Young girls from the Kufr Yoba Primary School for Girls in Irbid, practicing the principles of framing (copyright: EU MedBridge)
Il-Patt għall-MediterranQafas ġdid ta’ kooperazzjoni għall-kuntatti bejn in-nies, it-tisħiħ tal-ekonomiji, u s-sigurtà madwar il-Mediterran u lil hinn minnu
Sħubijiet strateġiċi u komprensiviSħubijiet bilaterali li jiffukaw fuq l-investiment, il-kummerċ, l-enerġija, il-migrazzjoni, u aktar
Il-Viċinat tan-NofsinharQafas strateġiku mfassal biex jippromwovi l-istabbiltà, is-sigurtà, u l-prosperità ekonomika fl-Afrika ta’ Fuq u fil-Lvant Nofsani
L-Istrateġija dwar il-Lvant NofsaniInsaħħu s-sħubijiet mal-partijiet ikkonċernati reġjonali biex nippromwovu l-paċi u l-istabbiltà fir-reġjun kollu u fl-Ewropa
L-Istrateġija dwar il-GolfNiżviluppaw sħubija aktar mill-qrib u orjentata lejn il-ġejjieni mal-pajjiżi tar-reġjun, inkluż permezz ta’ Ftehimiet ta’ Sħubija Strateġika
Il-Global GatewayNistimulaw l-investiment, u nappoġġjaw proġetti fl-oqsma tal-infrastruttura, tat-tranżizzjoni tal-enerġija, jew tal-wirt kulturali fil-Mediterran
L-Inizjattiva Trans-Mediterranja dwar l-Enerġija Rinnovabbli u l-Kooperazzjoni Teknoloġika Nadifa (T-MED)Ir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta’ Fuq għandu wħud mill-aktar riżorsi tal-enerġija rinnovabbli abbundanti u kompetittivi f’termini ta’ kostijiet fid-dinja. Bil-ġenerazzjoni elettrika eolika u solari fuq skala kbira, dan ir-reġjun se jsir ċentru tat-tranżizzjoni tal-enerġija madwar il-Mediterran. Il-potenzjal tiegħu huwa stmat għal aktar minn 2,300 GW, aktar mid-doppju tal-kapaċità installata tal-UE bħalissa, u dan jenfasizza l-iskala strateġika ta’ din l-opportunità.L-inizjattiva T-MED għandha l-għan li tagħti vantaġġ triplu lir-reġjun:żvilupp soċjoekonomiku inklużiv permezz tal-investiment, il-ħolqien tal-valur, l-iżvilupp tal-ħiliet, u l-ħolqien tal-impjiegiaktar sigurtà tal-enerġija u kompetittività industrijali permezz ta’ enerġija diversifikata, bi prezzijiet raġonevoli, u rinnovabblidekarbonizzazzjoni aċċellerata permezz tal-elettriku rinnovabbli, tal-idroġenu rinnovabbli, tal-użu ta’ teknoloġija nadifa, u tal-grilji transfruntieri.Kompli aqra
11 Ġunju 2026EU to mobilise up to €25 billion for renewable energy and clean technology by 2035 through Pact for the Mediterranean initiative
9 Ġunju 2026Commissioner Šuica hosts dialogue on scaling up renewable energy investments across the Mediterranean
29 Mejju 2026Implementation Dialogue: Increasing the role of the EU private sector in renewable energy investments in the MENA region