X’tagħmel l-UE
Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma s-sinsla tal-viżjoni tal-UE biex ikollna futur kompetittiv, reżiljenti, u sostenibbli. Jixprunaw il-kapaċità tal-Ewropa li tindirizza l-isfidi globali, toħloq l-impjiegi, u ttejjeb il-ħajja tan-nies.
Permezz tal-finanzjament mill-programm Orizzont Ewropa u tal-koordinazzjoni fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka, l-UE tagħmilha possibbli għar-riċerkaturi, għan-negozji, u għall-innovaturi biex l-ideat tagħhom jagħmluhom realtà, u b’hekk l-għarfien jissarraf f’soluzzjonijiet prattiċi li jkunu ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini.
L-għanijiet ewlenin tal-politika tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE:
- li nsaħħu l-kompetittività tal-Ewropa billi ninkoraġġixxu t-teknoloġiji rivoluzzjonarji, nagħtu sostenn lin-negozji ġodda u lin-negozji li qed jespandu, u nagħtu spinta lit-tmexxija industrijali f’setturi strateġiċi
- li naċċelleraw it-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali bl-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet għan-newtralità klimatika, għall-enerġija nadifa, għall-ekonomija ċirkolari, għall-IA, għall-computing kwantistiku, u għaċ-ċibersigurtà
- li nagħtu sostenn lix-xjenzi tas-saħħa u tal-ħajja billi nixprunaw l-innovazzjoni medika, intejbu l-prevenzjoni tal-mard, u nkabbru r-reżiljenza għall-kriżijiet tas-saħħa permezz tal-bijoteknoloġija u x-xjenzi tal-ħajja
- li niżguraw is-sigurtà u r-reżiljenza billininvestu fit-teknoloġiji kritiċi, fiċ-ċibersigurtà, u fil-preparatezza għall-kriżijiet
- li nippromwovu l-eċċellenza fir-riċerka u l-kooperazzjoni globali billi nsaħħu ż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER), nespandu s-sħubijiet internazzjonali, u ntejbu l-infrastruttura tar-riċerka

Fatti dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni
Oqsma ta’ azzjoni
Esplora kif l-intelliġenza artifiċjali qed ikollha sehem fil-progress xjentifiku.
Skopri aktar dwar kif l-UE tappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tal-bijoekonomija
Skopri kif ir-riċerka u l-innovazzjoni jtejbu l-effiċjenza tal-enerġija rinnovabbli u jiżviluppaw teknoloġiji għal futur aktar nadif
Naslu għan-newtralità klimatika u navvanzaw l-iżvilupp sostenibbli permezz tax-xjenza, l-investiment, u l-azzjoni kollettiva
Sir af aktar dwar is-sistemi sostenibbli tal-ikel
Intejbu s-saħħa permezz tal-innovazzjoni, tal-mediċina personalizzata, u tat-teknoloġiji avvanzati
Trasformazzjoni sostenibbli tal-industrija permezz tar-riċerka u l-innovazzjoni
Investimenti fil-governanza demokratika, fil-wirt kulturali, u fit-trasformazzjonijiet soċjali u ekonomiċi
Nittrasformaw it-trasport biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi
Il-kisbiet ewlenin
- Ix-xjenzati ffinanzjati mill-UE kkontribwew għal avvanzi rivoluzzjonarji fit-trattament tal-kanċer, fil-mediċina personalizzata, u fl-iżvilupp tal-vaċċini.
- Il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni għen biex startups jikkummerċjalizzaw teknoloġiji trasformattivi, minn soluzzjonijiet tal-idroġenu ekoloġiku sal-IA tal-ġenerazzjoni li jmiss.
- Ir-riċerka wasslet għal skoperti dwar tal-ħżin tal-enerġija u dwar it-teknoloġiji rinnovabbli tal-ġenerazzjoni li jmiss, u b’hekk tnaqqset id-dipendenza tal-Ewropa fuq il-fjuwils fossili.
- Ir-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE ppermettew li jkollna materjali tal-bini newtrali għall-klima, soluzzjonijiet tal-ekonomija ċirkolari, u proċessi industrijali b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju.
- Il-proġetti ffinanzjati mill-UE taw spinta liċ-ċibersigurtà, lill-governanza tal-IA, u lill-infrastruttura sigura tad-data biex tiġi żgurata s-sovranità teknoloġika.
Taħt il-lenti
Din il-ġimgħa tnediet pjattaforma ġdida tal-UE li hija mfassla biex tappoġġa lill-innovaturi u lill-istartups madwar l-Ewropa. Bħala punt ta’ aċċess ċentrali, il-Pjattaforma tal-Innovazzjoni tal-UE se tgħin lill-innovaturi li qed ifittxu l-appoġġ biex iqarrbu l-ideat tagħhom lejn is-suq billi tpoġġihom f’kuntatt mas-servizzi disponibbli rilevanti jew mas-sejħiet għal finanzjament.

Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 9 Ġunju 2026