Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Pjan ġdid għall-prosperità u l-kompetittività sostenibbli tal-Ewropa

Ħarsa ġenerali

L-Ewropa minn dejjem kienet kontinent tal-industriji, tal-intrapriżi u tal-innovazzjoni u bidlet suritha permezz ta’ rivoluzzjonijiet industrijali u teknoloġiċi, kompetizzjoni globali u soċjetajiet li jinbidlu.

Ħriġna aktar b’saħħitna mix-xokk tal-lockdowns u għelibna kriżi tal-enerġija bla preċedent u dan ksibnieh flimkien b’reżiljenza u determinazzjoni. Madankollu, il-kompetittività tagħna issa teħtieġ spinta kbira. L-ekonomija globali qed tinbidel b’rata mgħaġġla. 

Biex nipproteġu u nagħtu spinta lill-kompetittività tal-Ewropa, anke fil-konfront ta’ atturi globali oħra, il-prosperità u l-ġustizzja, irridu nieħdu azzjoni deċiżiva. Nibdew billi niffaċilitaw u nħaffu n-negozju, u napprofondixxu s-suq uniku tagħna fis-setturi kollha. Il-Boxxla għall-Kompetittività, bħala l-ewwel inizjattiva ewlenija tal-Kummissjoni l-ġdida, se tipprovdi qafas għall-ħidma futura tagħna billi tibni fuq ir-rapport ta’ Draghi.

Ċifri ewlenin

49.3% is-sehem tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli fil-ġenerazzjoni tal-elettriku fit-tielet trimestru tal-2025
sa €4 biljun għall-investiment fir-riċerka u l-implimentazzjoni tal-IA għall-perjodu 2024–2027
76.2% tal-persuni ta’ bejn l-20 u l-64 sena kellhom impjieg fl-ewwel trimestru tal-2025, livell rekord

Objettivi

  • Niffaċilitaw in-negozju

    biex inrawmu t-tkabbir ekonomiku

  • Patt għal Industrija Nadifa

    biex nappoġġaw l-industriji kompetittivi tal-UE u noħolqu impjiegi ta’ kwalità

  • Ekonomija aktar ċirkolari u reżiljenti

    għal tranżizzjoni lejn prattiki aktar sostenibbli ta’ produzzjoni u ta’ konsum

  • Insaħħu l-produttività permezz tad-diffużjoni tat-teknoloġija diġitali

    biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-UE u tkun minn ta’ quddiem fl-innovazzjoni tal-IA

  • Inpoġġu r-riċerka u l-innovazzjoni

    fil-qofol tal-ekonomija tagħna

  • Spinta kbira lill-investiment

    biex ngħaġġlu t-tranżizzjoni ekoloġika, diġitali u soċjali

  • Nindirizzaw il-lakuni fil-ħiliet u fil-ħaddiema

    biex intejbu l-karrieri tan-nies u l-kompetittività ekonomika

Kif se nilħqu l-objettivi tagħna

Biex niżguraw il-kompetittività u l-prosperità tal-Ewropa, fil-ftit snin li ġejjin

Se niffaċilitaw u nħaffu n-negozju

Se nfasslu Patt ġdid għal Industrija Nadifa

Se naħdmu biex ikollna ekonomija aktar ċirkolari u reżiljenti

Se nagħtu spinta lill-produttività bid-diffużjoni tat-teknoloġija diġitali

Se npoġġu r-riċerka u l-innovazzjoni fil-qalba tal-ekonomija tagħna

Se nagħtu spinta kbira lill-investiment

Se nindirizzaw il-lakuni fil-ħiliet u fil-ħaddiema

Il-progress s’issa

Immonitorja, segwi u ibqa’ aġġornat dwar il-progress ta’ inizjattivi ġodda, liġijiet proposti u bidliet leġiżlattivi taħt din il-prijorità

  1. Settembru 2026

    Att Ewropew dwar l-innovazzjoni biex nikkontribwixxu biex l-aktar ideat innovattivi tal-Ewropa jiġu żviluppati u ffinanzjati, u jinfirxu fuq skala kbira fl-Ewropa

  2. Lulju 2026

    Pjan ta’ azzjoni għall-elettrifikazzjoni biex lill-Ewropa nagħmluha l-ewwel kontinent “li jaħdem bl-elettriku” fid-dinja

    Pjan ġdid biex jiġu indirizzati r-riskji u nisfruttaw l-opportunitajiet tal-intelliġenza artifiċjali avvanzata fiċ-ċibersigurtà

  3. Ġunju 2026

    Pakkett ta’ simplifikazzjoni tat-taxxa biex jiġu ssimplifikati r-regoli tat-taxxa tal-UE u jitnaqqsu l-piżijiet tal-konformità għan-negozji

    Il-pakkett dwar is-sovranità teknoloġika Ewropea, sett ta’ miżuri ġodda biex jissaħħu l-awtonomija u r-reżiljenza diġitali tal-Ewropa

  4. Mejju 2026

    Inizjattiva ġdida biex jiġu ssimplifikati l-prenotazzjoni tal-biljetti tal-ferrovija u l-ivvjaġġar bit-tren fl-UE kollha

  5. Marzu 2026

    L-EU Inc., qafas korporattiv ġdid li jissimplifika t-tnedija, l-operat, u t-tkabbir tan-negozji fl-UE kollha

    Att għall-Aċċellerazzjoni industrijali biex tissaħħaħ l-industrija u jinħolqu l-impjiegi

Fiċ-ċentru tal-attenzjoni

Min hu inkarigat

Portrait of Teresa Ribera Rodríguez

Viċi President Eżekuttiv għal Tranżizzjoni Nadifa, Ġusta u Kompetittiva

Portrait of Henna Virkkunen

Viċi President Eżekuttiv għas-Sovranità Teknoloġika, is-Sigurtà u d-Demokrazija

Portrait of Stéphane Séjourné

Viċi President Eżekuttiv għall-Prosperità u għall-Istrateġija Industrijali

Portrait of Roxana Mînzatu

Viċi President Eżekuttiv għad-Drittijiet Soċjali, il-Ħiliet, l-Impjiegi ta’ Kwalità u l-Preparatezza

Portrait of Valdis Dombrovskis

Il-Kummissarju għall-Ekonomija u għall-Produttività; L-Implimentazzjoni u s-Simplifikazzjoni

Portrait of Wopke Hoekstra

Il-Kummissarju għall-Klima, l-Emissjonijiet Żero Netti u t-Tkabbir Nadif