X’jagħmel il-baġit tal-UE Il-baġit tal-Unjoni Ewropea (UE) jiffinanzja proġetti u investimenti li jtejbu l-ħajja tan-nies fl-Ewropa. Jagħti sostenn liċ-ċittadini, lin-negozji, u lir-reġjuni — fl-UE u lil hinn minnha.Il-baġit tal-UE jinvesti f’oqsma fejn il-ħidma flimkien iġġibilna riżultati aħjar: il-ħolqien tal-impjiegi, l-immodernizzar tas-servizzi tas-saħħa u tal-edukazzjoni, il-finanzjament ta’ riċerka mill-aktar avvanzata, is-sostenn għall-kumpaniji Ewropej, u t-tisħiħ tas-sigurtà. Jgħin biex jittejbu n-networks tat-trasport u tal-enerġija, jindirizza t-tibdil fil-klima, u jippromwovi l-progress diġitali. Barra minn hekk, jippermetti li l-UE taġixxi malajr meta jseħħu diżastri — billi tibgħat timijiet tat-tifi tan-nar jew tas-salvataġġ, u billi tgħin lill-Istati Membri jirrispondu għal kriżijiet kbar, bħall-pandemija tal-COVID-19 jew l-impatti tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.Il-baġit fit-tul attwali tal-UE, magħruf bħala l-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), ikopri mill-2021 sal-2027. Jammonta għal madwar €1.2 triljun — madwar 1% tal-PDG tal-UE — u huwa msaħħaħ min-NextGenerationEU, strument temporanju ta’ rkupru b’valur ta’ madwar €800 biljun. Il-baġit tal-UE jikkomplementa l-baġits nazzjonali. Jiffoka fuq oqsma fejn l-impatt b’riżultat ta’ azzjoni kollettiva huwa akbar minn dak li jistgħu jiksbu l-pajjiżi individwali waħedhom. Kull sena, fl-ambitu tal-qafas fit-tul, jiġi adottat baġit annwali li jsostni prijoritajiet fosthom:il-kompetittività, bil-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità għolja u billi jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitaliproġetti b’dimensjoni Ewropea, bħall-infrastruttura transfruntiera, l-iskambji tal-istudenti, jew proġetti multinazzjonaliis-sigurtà tal-ikel, b’appoġġ għall-bdiewa, u bil-promozzjoni ta’ agrikoltura sostenibbli u ta’ kwalità għolja tal-ħajja fir-reġjuni kollhaid-difiża u s-sigurtàrispons flimkien għall-kriżijiet u għall-emerġenzi, bħall-pandemija tal-COVID-19 jew l-impatti tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajnal-azzjonijiet globali tal-UE permezz tas-sħubijiet internazzjonali, tal-koperazzjoni għall-iżvilupp, u tal-għajnuna umanitarja.Bħalissa qed jitħejja l-baġit fit-tul li jmiss tal-UE, peress li l-Unjoni teħtieġ baġit pluriennali ġdid għall-perjodu mill-2028 ’l quddiem. Ċifri ewlenin 6.8 miljuni Kemm nies sabu impjieg permezz ta’ inizjattivi tal-Fond Soċjali Ewropew mill-2021 ’l hawn2.5 miljuni Kemm negozji ġew sostnuti permezz tal-politika ta’ koeżjoni bejn l-2014 u l-202298 miljun tunnellata L-ammont ta’ CO₂ li mhux jitħalla jiġi rilaxxat kull sena Oqsma ta’ azzjoniIl-baġit tal-UE jevolviId-dibattitu attwali dwar il-baġit, u kif żviluppa maż-żmien.Il-baġit fit-tul tal-UETagħrif dwar il-baġit attwali (2021-2027), u dwar ta’ qablu (2014-2020)L-UE bħala mutwatarjaFatti u ċifri dwar l-UE bħala mutwatarja fis-swieq kapitaliIċ-ċiklu tal-ħajja tal-baġit annwali tal-UESir af kif jitħejja, jiġi implimentat, u jiġi vvalutat il-baġit annwaliRiżultati u rappurtarTagħrif dwar it-twettiq, l-effikaċja, u r-riżultati tal-baġit tal-UE u tal-programmi tiegħuTrasparenzaTagħrif dwar il-benefiċjarji tal-baġit, ir-riżultati tal-proġetti tal-politika reġjonali, u data dwar il-finanzjament u l-kisbiet fl-ambitu tal-programmi ffinanzjati mill-UEIl-protezzjoni tal-baġit tal-UEMiżuri li jiżguraw il-protezzjoni tal-baġit tal-UEIl-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-EwropaFinanzjament biex tiġi appoġġata l-industrija Ewropea u tingħata spinta lill-investiment f’teknoloġiji kritiċi Il-kisbiet ewlenin L-UE hija d-donatur ewlieni tal-assistenza umanitarja. Fl-2024, il-baġit tal-UE alloka aktar minn €2.49 biljun f’assistenza umanitarja, u b’hekk għen lil aktar minn 300 miljun ruħ. Fl-2024, ġew allokati kważi €61 biljun bħala sostenn għall-objettivi klimatiċi, u aktar minn €14 biljun kienu mmirati lejn l-objettivi tal-bijodiversità. Dawn kienu l-ekwivalenti ta’ 32% u 6.7% tal-baġit totali tal-UE, rispettivament. Fl-2024, kważi €38 biljun mill-baġit tal-UE kienu biex isostnu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri: dan ifisser 19% tal-baġit totali.Il-Galileo, is-sistema tan-navigazzjoni bis-satellita tal-UE, tintuża minn aktar minn 4 biljun persuna li jużaw smartphone madwar id-dinja.Permezz tal-baġit tal-UE, mill-1987 ’l hawn 16-il miljun ruħ ibbenefikaw mill-Programm Erasmus, li ppermettielhom jistudjaw, jitħarrġu, jew jaħdmu barra minn pajjiżhom.Bejn l-2014 u l-2020, l-investimenti permezz tal-baġit tal-UE iffinanzjaw l-installazzjoni ta’ 3,613 km ta’ kejbils tal-elettriku transfruntieri.Sa mill-bidu tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, l-UE pprovdiet appoġġ bla preċedent u komprensiv lill-Ukrajna u lil niesha. Immobilizzat aktar minn €158 biljun f’appoġġ finanzjarju, ekonomiku, umanitarju, militari, u diplomatiku, inkluż f’oqsma essenzjali bħat-tneħħija tal-mini, l-enerġija, u l-prosekuzzjoni tad-delitti mwettqin mir-Russja. Aktar minn 30 premju Nobel intrebħu minn riċerkaturi li xogħolhom kien sostnut bis-saħħa tal-baġit tal-UE, u dan huwa xhieda tal-eċċellenza tal-UE fil-qasam tax-xjenza.Fl-2024, 5 films nominati għal Oscar kienu ffinanzjati mill-baġit tal-UE, u dan juri x’impatt għandu s-sostenn mogħti lill-industriji kreattivi. Taħt il-lenti Il-baġit tal-Ewropa: Flimkien nasluIl-baġit tal-Unjoni Ewropea (l-UE) jagħti appoġġ lil proġetti u investimenti maħsubin biex tittejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini Ewropej. Isostni lil miljuni ta’ ċittadini, negozji, u reġjuni madwar l-UE u lil hinn minnha.Bħalissa qed jitħejja l-baġit fit-tul li jmiss tal-UE, peress li l-Unjoni teħtieġ baġit pluriennali ġdid għall-perjodu mill-2028 ’l quddiem.F’Lulju 2025, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-proposta tagħha għall-baġit fit-tul il-ġdid, li tistabbilixxi baġit aktar sempliċi li jkompli jkabbar l-impatt tal-investimenti b’valur miżjud tal-UE.Kompli aqra L-aħħar aħbarijiet EnfasizzatStqarrija għall-istampa1 April 2026L-UE se tipprovdi €1.4 biljun fi dħul minn assi Russi immobilizzati biex jintużaw għall-appoġġ lill-Ukrajna3 min qariPress release10 Marzu 2026European Commission issues €9 billion in its 3rd syndicated transaction of 20264 min qariAra kollox Links relatati Id-Direttorat Ġenerali għall-BaġitProgrammi ta’ finanzjament tal-UESistema ta' Trasparenza Finanzjarja Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 9 Marzu 2026
Il-baġit tal-Unjoni Ewropea (UE) jiffinanzja proġetti u investimenti li jtejbu l-ħajja tan-nies fl-Ewropa. Jagħti sostenn liċ-ċittadini, lin-negozji, u lir-reġjuni — fl-UE u lil hinn minnha.Il-baġit tal-UE jinvesti f’oqsma fejn il-ħidma flimkien iġġibilna riżultati aħjar: il-ħolqien tal-impjiegi, l-immodernizzar tas-servizzi tas-saħħa u tal-edukazzjoni, il-finanzjament ta’ riċerka mill-aktar avvanzata, is-sostenn għall-kumpaniji Ewropej, u t-tisħiħ tas-sigurtà. Jgħin biex jittejbu n-networks tat-trasport u tal-enerġija, jindirizza t-tibdil fil-klima, u jippromwovi l-progress diġitali. Barra minn hekk, jippermetti li l-UE taġixxi malajr meta jseħħu diżastri — billi tibgħat timijiet tat-tifi tan-nar jew tas-salvataġġ, u billi tgħin lill-Istati Membri jirrispondu għal kriżijiet kbar, bħall-pandemija tal-COVID-19 jew l-impatti tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.Il-baġit fit-tul attwali tal-UE, magħruf bħala l-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), ikopri mill-2021 sal-2027. Jammonta għal madwar €1.2 triljun — madwar 1% tal-PDG tal-UE — u huwa msaħħaħ min-NextGenerationEU, strument temporanju ta’ rkupru b’valur ta’ madwar €800 biljun.
Iċ-ċiklu tal-ħajja tal-baġit annwali tal-UESir af kif jitħejja, jiġi implimentat, u jiġi vvalutat il-baġit annwali
Riżultati u rappurtarTagħrif dwar it-twettiq, l-effikaċja, u r-riżultati tal-baġit tal-UE u tal-programmi tiegħu
TrasparenzaTagħrif dwar il-benefiċjarji tal-baġit, ir-riżultati tal-proġetti tal-politika reġjonali, u data dwar il-finanzjament u l-kisbiet fl-ambitu tal-programmi ffinanzjati mill-UE
Il-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-EwropaFinanzjament biex tiġi appoġġata l-industrija Ewropea u tingħata spinta lill-investiment f’teknoloġiji kritiċi
Il-baġit tal-Ewropa: Flimkien nasluIl-baġit tal-Unjoni Ewropea (l-UE) jagħti appoġġ lil proġetti u investimenti maħsubin biex tittejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini Ewropej. Isostni lil miljuni ta’ ċittadini, negozji, u reġjuni madwar l-UE u lil hinn minnha.Bħalissa qed jitħejja l-baġit fit-tul li jmiss tal-UE, peress li l-Unjoni teħtieġ baġit pluriennali ġdid għall-perjodu mill-2028 ’l quddiem.F’Lulju 2025, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-proposta tagħha għall-baġit fit-tul il-ġdid, li tistabbilixxi baġit aktar sempliċi li jkompli jkabbar l-impatt tal-investimenti b’valur miżjud tal-UE.Kompli aqra
EnfasizzatStqarrija għall-istampa1 April 2026L-UE se tipprovdi €1.4 biljun fi dħul minn assi Russi immobilizzati biex jintużaw għall-appoġġ lill-Ukrajna3 min qari
Press release10 Marzu 2026European Commission issues €9 billion in its 3rd syndicated transaction of 20264 min qari