Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Nappoġġaw lin-nies, insaħħu s-soċjetajiet tagħna u l-mudell soċjali tagħna

Ħarsa ġenerali

Il-mudell soċjali uniku tal-Ewropa huwa bbażat fuq il-ħolqien tal-prosperità filwaqt li jiżgura li ħadd ma jintesa. Ksibna ħafna, iżda għad baqa’ xi jsir. Il-kriżijiet ta’ dawn l-aħħar snin ħallew impatt fuq l-istandards tal-għajxien ta’ ħafna Ewropej. In-nuqqas ta’ akkomodazzjoni affordabbli u ta’ aċċess għas-servizzi essenzjali, il-faqar u l-inugwaljanzi tal-opportunitajiet jaf idgħajfu l-għaqda ta’ bejnietna.

Is-soċjetajiet u l-ekonomiji tagħna se jkomplu jevolvu. Dan ifisser li jeħtieġ niffukaw l-isforzi tagħna fuq is-sostenn u t-titjib tal-kwalità tal-ħajja li ngawdu llum. Matul il-5 snin li ġejjin, il-Kummissjoni Ewropea se taħdem biex tippromwovi l-ekwità soċjali, issaħħaħ il-koeżjoni soċjali u reġjonali, u tiżgura opportunitajiet indaqs għal kulħadd.

X’jaħsbu l-Ewropej?

88 % taċ-ċittadini jqisu li Ewropa soċjali hija importanti għalihom
54 % jemmnu li sal-2030 se jkollna Ewropa aktar soċjali
L-istandard tal-għajxien jitiqies bħala l-aktar prijorità soċjali importanti għall-UE

Objettivi

  • Icon_orange
    Nipprovdu opportunitajiet, stabbiltà u benesseri għal kulħadd
  • Icon_orange
    Insaħħu l-mudell tas-suq soċjali tagħna

    biex niżguraw tranżizzjoni ġusta għal kulħadd

  • Icon_orange
    Nindirizzaw l-inugwaljanza, id-disparitajiet reġjonali u d-diskriminazzjoni

Kif se nilħqu l-objettivi tagħna

Matul il-ftit snin li ġejjin, se naħdmu fuq dan billi

Nippromwovu l-ekwità soċjali fl-ekonomija moderna

Nerġgħu ngħaqqdu s-soċjetajiet tagħna u nappoġġaw liż-żgħażagħ

Nibnu unjoni tal-ugwaljanza vera

Il-progress s’issa

Segwi l-progress ta’ inizjattivi ġodda, liġijiet proposti u bidliet leġiżlattivi skont din il-prijorità, u żomm ruħek aġġornat dwarhom

  1. Mejju 2026

    Preżentazzjoni ta’ miżuri biex jiġu indirizzati l-faqar u l-kriżi tal-akkomodazzjoni

  2. Frar 2026

    Tnedija ta’ pjan ta’ azzjoni biex tipproteġi liż-żgħażagħ mill-bullying ċibernetiku

    Adozzjoni ta’ strateġija biex jiżdied l-appoġġ għar-reġjuni tal-Lvant tal-UE li jmissu mar-Russja, il-Belarussja u l-Ukrajna

  3. Jannar 2026

    Preżentazzjoni tal-istrateġija kontra r-razziżmu l-ġdida

  4. Marzu 2025

    Il-preżentazzjoni tal-unjoni tal-ħiliet, pjan biex jittejbu l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-apprendiment tul il-ħajja ta’ kwalità għolja

    L-iffirmar ta’ patt konġunt għad-djalogu soċjali Ewropew biex isaħħaħ ir-rwol tas-sħab soċjali fit-tiswir tal-politiki tas-suq tax-xogħol, tal-politiki tal-impjiegi u tal-politiki soċjali

Fiċ-ċentru tal-attenzjoni

Min hu inkarigat

Portrait of Roxana Mînzatu

Il-Viċi President Eżekuttiv għad-Drittijiet Soċjali, il-Ħiliet, l-Impjiegi ta’ Kwalità u l-Preparatezza

Portrait of Raffaele Fitto

Il-Viċi President Eżekuttiv għall-Koeżjoni u r-Riformi

Portrait of Hadja Lahbib

Il-Kummissarju għall-Ugwaljanza kif ukoll għall-Preparatezza u għall-Ġestjoni tal-Kriżijiet

Portrait of Michael McGrath

Il-Kummissarju għad-Demokrazija, il-Ġustizzja, l-Istat tad-Dritt u l-Protezzjoni tal-Konsumatur

Portrait of Glenn Micallef

Il-Kummissarju għall-Ekwità Interġenerazzjonali, iż-Żgħażagħ, il-Kultura u l-Isport