Ir-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni Ewropea fil-31 ta’ Jannar 2020, wara 47 sena ta’ sħubija fl-UE.Ir-Renju Unit tilef id-drittijiet u l-benefiċċji kollha li kellu bħala Stat Membru tal-UE u m’għadux parti mis-Suq Uniku u l-Unjoni Doganali tal-UE. M’għadux kopert mill-ftehimiet internazzjonali tal-UE.Erba’ trattati jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit:il-Ftehim dwar il-Ħruġ bejn l-UE u r-Renju Unit, fis-seħħ mill-1 ta’ Frar 2020, żgura li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE seħħ b’mod ordnat, u jipproteġi d-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE u taċ-ċittadini tar-Renju Unit, l-interessi finanzjarji tal-UE, u l-paċi u l-istabbiltà fil-gżira tal-Irlanda.il-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit beda japplika b’mod proviżorju fl-1 ta’ Jannar 2021, u jkopri għadd ta’ oqsma ta’ interess reċiproku għall-UE u għar-Renju Unit u jikkonsisti fi Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles, kooperazzjoni ambizzjuża dwar kwistjonijiet ekonomiċi, soċjali, ambjentali u tas-sajd, u sħubija mill-qrib għas-sigurtà taċ-ċittadini tagħna, koperta minn kapitolu ta’ governanza b’saħħtu b’infurzar vinkolanti, mekkaniżmi effettivi għas-soluzzjoni tat-tilwim u miżuri ta’ salvagwardja f’każ li l-obbligi ma jiġux issodisfati.il-Ftehim dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit, marbut mal-istruttura istituzzjonali tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit, u applikabbli proviżorjament mill-1 ta’ Jannar 2021, se jippermetti lill-UE u lir-Renju Unit jiskambjaw informazzjoni klassifikata, billi japplikaw garanziji b’saħħithom fir-rigward tat-trattament u l-protezzjoni tal-informazzjoni skambjata.u l-Ftehim bejn l-UE u r-Renju Unit dwar il-kooperazzjoni fl-użi sikuri u paċifiċi tal-enerġija nukleari, applikabbli wkoll proviżorjament mill-1 ta’ Jannar 2021, jipprovdi għal kooperazzjoni wiesgħa dwar is-sikurezza nukleari u l-użi paċifiċi tal-enerġija nukleari, mirfuda minn assigurazzjonijiet li ż-żewġ naħat se jikkonformaw mal-obbligi internazzjonali ta’ nonproliferazzjoni u mhux se jbaxxu l-livell attwali tagħhom tal-istandards tas-sikurezza nukleari.Fl-okkażjoni tal-iffirmar, il-Partijiet għamlu serje ta’ Dikjarazzjonijiet.Anke b’dawn it-trattati fis-seħħ, hemm konsegwenzi wiesgħa u estensivi għaċ-ċittadini, in-negozji, l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-partijiet ikkonċernati kemm fl-UE kif ukoll fir-Renju Unit. Biex jittaffa t-tfixkil, il-Kummissjoni ħarġet gwida estensiva biex tgħin lill-partijiet ikkonċernati affettwati kollha jħejju ruħhom. Il-Kummissjoni ħadet ukoll il-passi meħtieġa biex tadatta l-qafas legali tal-UE għas-sitwazzjoni l-ġdida. 24 DIĊEMBRU 2020Il-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit Relazzjoni ġdida li ġġib magħha bidliet kbarLingwi oħrajn (23)български(1.07 MB - PDF)Iddawnlowdjaespañol(1.22 MB - PDF)Iddawnlowdjačeština(1.24 MB - PDF)Iddawnlowdjadansk(1.22 MB - PDF)IddawnlowdjaDeutsch(1.23 MB - PDF)Iddawnlowdjaeesti(1.19 MB - PDF)Iddawnlowdjaελληνικά(1.07 MB - PDF)IddawnlowdjaEnglish(286.78 KB - PDF)Iddawnlowdjafrançais(1.01 MB - PDF)IddawnlowdjaGaeilge(1.17 MB - PDF)Iddawnlowdjahrvatski(1.03 MB - PDF)Iddawnlowdjaitaliano(1.21 MB - PDF)Iddawnlowdjalatviešu(1.23 MB - PDF)Iddawnlowdjalietuvių(1.24 MB - PDF)Iddawnlowdjamagyar(1.04 MB - PDF)IddawnlowdjaNederlands(291.71 KB - PDF)Iddawnlowdjapolski(324.69 KB - PDF)Iddawnlowdjaportuguês(289.34 KB - PDF)Iddawnlowdjaromână(284.63 KB - PDF)Iddawnlowdjaslovenčina(309.15 KB - PDF)Iddawnlowdjaslovenščina(297.8 KB - PDF)Iddawnlowdjasuomi(1.18 MB - PDF)Iddawnlowdjasvenska(300.86 KB - PDF)Iddawnlowdja 24 DIĊEMBRU 2020EU-UK Relations: From the UK referendum to a new Trade and Cooperation Agreement - Infographic 24 DIĊEMBRU 2020EU-UK Relations: From the UK referendum to a new Trade and Cooperation Agreement - Timeline Links relatati Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni EsternaId-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għar-Renju Unit