X’tagħmel l-UE
L-isport huwa parti mill-ħajja ta’ kuljum ta’ miljuni ta’ Ewropej. Jgħin lin-nies jibqgħu f’saħħithom, jitgħallmu, jibnu l-kuntatti ma’ nies oħrajn, u saħansitra jagħti spinta lill-innovazzjoni u lill-ekonomija.
L-isport illum jitqies bħala xi ħaġa li minnha jgawdi kulħadd u bħala riżorsa Ewropea prezzjuża — soċjalment, ekonomikament, politikament, u kulturalment.
Il-Kummissjoni Ewropea tippromwovi l-isport fl-UE billi
- tiżviluppa mudell sportiv Ewropew li jintegra l-valur ekonomiku, soċjali, u edukattiv tal-isport
- tappoġġa lill-pajjiżi tal-UE fil-koordinazzjoni tal-politiki nazzjonali tagħhom dwar l-isport, f’konformità mal-Pjan ta’ Ħidma tal-Unjoni Ewropea għall-Isport (2024–2027)
- tipprovdi opportunitajiet ta’ finanzjament għal proġetti u inizjattivi sportivi permezz ta’ programmi bħall-Erasmus+
- tippromwovi l-benefiċċji tal-isport u tal-attività fiżika permezz ta’ kampanji madwar l-UE kollha, bħall-Ġimgħa Ewropea tal-Isport jew il-Premjijiet tal-UE għall-Isport #BeActive
- toħloq spazji għad-djalogu u għall-qsim tal-prattiki tajbin fost il-partijiet ikkonċernati fil-qasam tal-isport, permezz ta’ inizjattivi bħall-Forum tal-UE dwar l-Isport jew l-inizjattiva SHARE 2.0

Fatti dwar il-politika sportiva
Oqsma ta’ azzjoni
Il-prijoritajiet, l-objettivi, u l-attivitajiet tal-politika tal-UE dwar l-isport
L-akbar inizjattiva sportiva tal-UE, li tippromwovi stil ta’ ħajja attiv madwar l-Ewropa u lil hinn minnha
Niċċelebraw l-inizjattivi sportivi u nispiraw lill-individwi
Kollaborazzjoni u skambju ta’ għarfien fil-qasam tal-isport
Avveniment annwali dwar il-programm sportiv tal-Erasmus+
L-avveniment sportiv emblematiku annwali tal-Kummissjoni
Inizjattivi u statistika dwar l-attività fiżika u s-saħħa fl-UE
Il-kultura tal-isport tal-Ewropa: sistema sportiva bbażata fuq is-solidarjetà, miftuħa, u mmexxija mill-federazzjonijiet
Kisbiet ewlenin
- Kull sena, il-fergħa tal-isport tal-programm Erasmus+ tipprovdi aktar minn €80 miljun biex tappoġġa proġetti u inizjattivi sportivi, filwaqt li tagħti spinta lill-inklużjoni, lill-parteċipazzjoni, u lill-bini tal-kapaċità fis-settur kollu.
- Mill-2023 ’l hawn, azzjoni ġdida ta’ Erasmus+ ippermettiet lil aktar minn 3,300 kowċ u professjonist sportiv madwar l-Ewropa jieħdu sehem f’esperjenzi ta’ mobbiltà barra minn pajjiżhom għall-iżvilupp professjonali tagħhom.
- Fl-2025, il-Ġimgħa Ewropea tal-Isport laqqgħet ’il fuq minn 15-il miljun ruħ f’aktar minn 80,000 attività fi kważi 40 pajjiż.
- Il-pajjiżi tal-UE qed japplikaw dejjem aktar il-Linji Gwida tal-UE dwar l-Attività Fiżika. Bejn l-2015 u l-2024, il-proporzjon tal-għanijiet li ntlaħqu żdied minn madwar 65% għal kważi 82%.
Taħt il-lenti
Fid-9 ta’ Mejju 2026, Jum l-Ewropa ġie ċċelebrat ukoll fil-qasam sportiv, madwar l-UE kollha. Bosta tipi ta’ sport, fosthom partiti tal-futbol, basketball, u volleyball, intlagħbu minn atleti lebsin l-ilwien tal-Ewropa.
Ħajr lill-atleti, lill-klabbs, u lill-partitarji li jiċċelebraw l-Ewropa permezz tal-isport, mhux biss f’Jum l-Ewropa, iżda kuljum.
Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 31 Marzu 2026