Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

X’tagħmel l-UE

Ċifri ewlenin

€20.1 biljun Kontribuzzjoni tad-dazji doganali għall-baġit tal-UE fl-2024
112-il miljun Oġġetti foloz sekwestrati fl-2024
~95% Perċentwal tad-dikjarazzjonijiet tal-importazzjoni żdoganati fi żmien siegħa

Oqsma ta’ azzjoni

Miżuri li jiżguraw is-sikurezza tal-merkanzija u s-sigurtà tal-ktajjen tal-provvista internazzjonali.

Skopri kif jiġu valwati l-oġġetti u kif jiġu kkalkulati d-dazji.

Politiki li jtaffu t-theddid finanzjarju u mhux finanzjarju għall-UE, għan-negozji u ċ-ċittadini tagħha, u għall-interessi finanzjarji tagħha.

Appoġġ għall-kooperazzjoni u għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali.

Appoġġ xjentifiku u għarfien espert għall-ġestjoni tar-riskji tal-awtoritajiet doganali u tat-taxxa.

Iċ-ċertifikazzjoni ta’ negozji fdati, l-appoġġ għall-ġestjoni tar-riskji u t-tisħiħ tas-sigurtà u tal-effiċjenza kummerċjali permezz ta’ żdoganar aktar malajr.

Kisbiet ewlenin

  • Fil-prattika, l-unjoni doganali tal-UE hija ġestita mis-servizzi doganali nazzjonali. Dawn jipproteġu lill-konsumaturi, l-annimali u l-ambjent minn oġġetti li jistgħu jkunu ta’ ħsara, u jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-terroriżmu u l-kuntrabandu. Ladarba l-oġġetti jiġu żdoganati, dawn jistgħu jiċċirkolaw liberament jew jinbiegħu fl-Unjoni Ewropea kollha.
  • Amministrazzjoni doganali effettiva hija essenzjali għall-integrazzjoni ekonomika fil-livell dinji u għas-sigurtà nazzjonali. Din tista’ tipprevjeni t-telf tad-dħul u l-prattiki kummerċjali inġusti filwaqt li tiżgura l-ġbir trasparenti u responsabbli tat-taxxa u tad-dazji. 
  • Jista’ jkollha wkoll impatt profond fuq il-kapaċità ta’ parteċipazzjoni fil-kummerċ dinji, u dan jaffettwa l-kompetittività u jippromwovi t-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi u l-preżenza tad-ditti Ewropej fil-ktajjen tal-valur dinjin.
  • Id-dwana taqdi rwol kruċjali fis-sikurezza u s-sigurtà, inkluż l-applikazzjoni tal-politika kummerċjali u tas-sanzjonijiet, u tista’ tikkontribwixxi għall-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali billi tikkontrolla l-kummerċ ta’ oġġetti b’użu doppju. 

Taħt il-lenti

L-aktar aħbarijiet riċenti

Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 8 April 2026