X’tagħmel l-UE
Bl-appoġġ u l-kooperazzjoni mill-qrib tal-pajjiżi tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea ilha tippromwovi l-benesseri tal-annimali għal aktar minn 40 sena.
Fl-2024, għall-ewwel darba Kummissarju Ewropew ġie inkarigat formalment mill-politika dwar it-trattament xieraq tal-annimali, u dan fisser livell ġdid ta’ impenn politiku favur il-protezzjoni tal-annimali.
Bħalissa, il-Kummissjoni qed taħdem biex timmodernizza r-regoli tal-UE dwar il-benesseri u t-traċċabbiltà tal-klieb u l-qtates, il-benesseri tal-annimali waqt it-trasport, u l-importazzjoni ta’ annimali eżotiċi.
Din il-ħidma tagħti kas ta’ kunsiderazzjonijiet etiċi, xjentifiċi, ta’ sostenibbiltà, u ekonomiċi, kif ukoll tal-fehmiet u l-aspettattivi tal-Ewropej fir-rigward tat-trattament tal-annimali.

Fatti dwar il-benesseri tal-annimali
Oqsma ta’ azzjoni
Nippromwovu s-sens ta’ responsabbiltà fis-sjieda, it-tnissil, u t-traċċabbiltà tal-annimali
Innaqqsu t-tbatija waqt l-ivvjaġġar fuq distanzi twal
Niffaċilitaw il-kollaborazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati u l-qsim tal-għarfien
Niżguraw trattament uman fil-mument tal-qatla
Nevalwaw it-tħassib etiku u nikkunsidraw il-possibbiltà ta’ projbizzjonijiet
Intejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien u neliminaw gradwalment l-użu tal-gaġeġ
Nilqgħu għall-mard permezz ta’ kontrolli stretti fuq l-importazzjoni
L-azzjonijiet li qed tieħu l-UE għall-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi
Kisbiet ewlenin
- Il-Kummissjoni rreġistrat u wieġbet għal żewġ Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej, Fur Free Europe (2023) u End the Cage Age (2021).
- Il-projbizzjoni ta’ ċerti użi tal-gaġeġ (tiġieġ, majjali nisa, għoġġiela tal-vitella). Bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni tal-UE, 360 miljun tiġieġa tal-bajd u 12-il miljun majjala qed igawdu kwalità ta’ ħajja aħjar.
- Mill-2009 ’l hawn, ma sar l-ebda ttestjar fuq l-annimali għal skopijiet kożmetiċi fl-UE.
- Fl-ambitu tat-Trattat ta’ Liżbona, l-UE rrikonoxxiet formalment li l-annimali huma esseri sensibbli. Dan ifisser li, meta jkunu qed ifasslu l-istrateġija politika, l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom “jagħtu konsiderazzjoni sħiħa tal-ħtiġijiet tal-benesseri tal-annimali”.
- Mill-2006 ’l hawn, aktar minn 2,000 veterinarju ngħataw taħriġ dwar il-benesseri tal-annimali permezz ta’ programmi ffinanzjati mill-Kummissjoni.
Taħt il-lenti
It-trobbija tal-bhejjem timpjega madwar seba’ miljun persuna fl-UE u tiġġenera €400 biljun f’fatturat annwali. Madankollu, hija settur taħt pressjoni, li qed jiffaċċja profittabbiltà baxxa u kostijiet li qed jiżdiedu, kundizzjonijiet tas-suq li qed jinbidlu, u tifqigħat ta’ mard tal-annimali. L-strateġija l-ġdida li għadha kif ġiet introdotta għas-settur tal-bhejjem għandha l-għanli tiżgura li l-bdiewa jkunu jistgħu jindirizzaw dawn l-isfidi b’mod sostenibbli fit-tul.
L-istrateġija għandha ħames oqsma prijoritarji ta’ azzjoni: il-preparatezza għall-kriżijiet, il-kompetittività, is-sostenibbiltà, l-adattament għall-azjendi agrikoli u r-reġjuni kollha, l-eċċellenza fil-produzzjoni tal-bhejjem. L-azzjonijietf’dawn l-oqsmagħandhomjgħinu lill-bdiewa jiddependu inqas fuq l-importazzjonijiet u aktar fuq ir-riżorsi domestiċi, inaqqsu l-emissjonijiet, jippreservaw is-sikurezza tal-ikel, itejbu t-trattament xieraq tal-annimali, u jagħmlu s-settur tal-bhejjem aktar reżiljenti b’mod ġenerali.

Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 7 Lulju 2026