Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Difiża

X’tagħmel l-UE

69 % tal-Ewropej jaqblu li hemm bżonn li l-UE ssaħħaħ il-kapaċità tagħha li tipproduċi tagħmir militari
2 miljun rawnd ta’ kapaċità annwali tal-UE fil-produzzjoni tad-depożiti tal-munizzjon sa tmiem l-2025
€8 biljun bħala investiment totali tal-UE fir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tad-difiża (2021–2027)

Oqsma fejn trid tittieħed azzjoni

Il-kisbiet ewlenin

  • Bil-Fond Ewropew għad-Difiża u b’leġiżlazzjoni ġdida ewlenija, qed nimmobilizzaw l-industrija tad-difiża tal-Ewropa biex tkabbar il-produzzjoni interna sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tagħna.
  • Ippreżentajna l-istrateġija għall-industrija tad-difiża Ewropea (EDIS) u l-programm għall-industrija tad-difiża Ewropea (EDIP) biex niżguraw li, f’dak li għandu x’jaqsam mad-difiża, ninvestu aktar, aħjar, flimkien, u fl-Ewropa.
  • Fl-2024, ġew allokati €300 miljun f’finanzjament għal ħames proġetti ta’ akkwist konġunt fil-qasam tad-difiża (EDIRPA) mill-Istati Membri, u din kienet l-ewwel darba li l-UE użat il-baġit tagħha biex tiffinanzja x-xiri komuni fil-qasam tad-difiża.
  • Saħħaħna s-sħubija tagħna man-NATO. Permezz ta’ dikjarazzjoni konġunta ġdida, qed nagħtu spinta lill-ħidma komuni tagħna dwar it-theddid ibridu, iċ-ċibersigurtà, it-terroriżmu, u l-implikazzjonijiet tat-tibdil fil-klima fir-rigward tas-sigurtà. Barra minn hekk, l-UE u n-NATO stabbilixxew task force dwar ir-reżiljenza tal-infrastruttura kritika biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni b’enfasi fuq erba’ setturi ewlenin: l-enerġija, it-trasport, l-infrastruttura diġitali, u l-ispazju.

Taħt il-lenti

Eventi

Konferenzi u summits

The Regional Defence Summit brings together policymakers, military leaders, industry executives, innovators and investors to discuss how Europe’s defence transformation can be translated into industrial growth, technological advancement and stronger security across South-East Europe.

Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 25 Marzu 2026