Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

L-istrateġija tal-UE għal unjoni tal-preparatezza

Inħejju ruħna biex nirreaġixxu għall-kriżijiet

L-istrateġija hija bbażata fuq

  • approċċ integrat li jkopri l-perikli kollha: jiffoka fuq it-tħejjija u r-rispons għal kull tip ta’ periklu, aktar milli jindirizzahom separatament
  • approċċ soċjetali olistiku: is-setturi, l-organizzazzjonijiet, u l-individwi kollha għandhom ikunu involuti
  • approċċ ta’ gvern sħiħ: l-aġenziji u d-dipartimenti tal-gvern jikkoordinaw u jikkollaboraw biex jindirizzaw il-perikli b’mod aktar effettiv 

L-istrateġija tinkludi azzjonijiet dettaljati biex jitmexxew ’il quddiem l-objettivi tal-unjoni tal-preparatezza.

L-azzjonijiet ewlenin tal-istrateġija għal unjoni tal-preparatezza

Il-prospettiva u l-antiċipazzjoni

  • niżviluppaw valutazzjoni komprensiva tar-riskji u t-theddid għall-UE
  • noħolqu dashboard tal-kriżijiet għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet
  • insaħħu ċ-ċentru ta’ koordinazzjoni tar-reazzjoni f'każ ta’ emerġenza
  • niżviluppaw katalogu tal-UE għat-taħriġ u pjattaforma għal-lezzjonijiet li nieħdu
  • nistabbilixxu servizz governattiv tal-UE għall-osservazzjoni tad-dinja (EOGS, Earth Observation Governmental Service)

Ir-reżiljenza tal-funzjonijiet vitali tas-soċjetà

  • il-preparatezza u l-ippjanar għar-rispons għall-kriżijiet tas-saħħa
  • nagħmlu l-preparatezza parti mill-pjan fil-politiki u l-azzjonijiet tal-UE
  • nadottaw rekwiżiti tal-preparatezza minimi
  • nirrevedu l-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili
  • nipproponu strateġija għall-kumulazzjoni tar-riżervi tal-UE
  • nipproponu pjan ta’ adattament għall-klima
  • niggarantixxu l-provvista tal-ilma u ta’ riżorsi naturali kritiċi oħrajn

 Il-preparatezza tal-popolazzjoni

  • intejbu s-sistemi ta’ twissija bikrija
  • inżidu s-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji u t-theddid
  • nippromwovu l-programmi ta’ sensibilizzazzjoni, bħall-panels taċ-ċittadini, il-kampanji online, u s-settijiet ta’ għodod għall-komunikazzjoni strateġika u l-ġlieda kontra l-manipulazzjoni tal-informazzjoni
  • niżviluppaw linji gwida biex il-popolazzjoni jkollha awtosuffiċjenza ta’ mill-inqas 72 siegħa
  • ninkludu l-preparatezza fil-kurrikuli tal-edukazzjoni skolastika u fit-taħriġ tal-persunal edukattiv
  • nippromwovu l-preparatezza fil-programmi taż-żgħażagħ
  • nattiraw it-talent biex insaħħu l-preparatezza tal-UE

Kooperazzjoni bejn is-settur pubbliku u l-privat

  • nistabbilixxu task force għall-preparatezza pubblika-privata
  • niżviluppaw protokolli ta’ emerġenza bejn is-settur pubbliku u l-privat
  • nirrevedu l-qafas tal-akkwist pubbliku
  • nistabbilixxu ċentru Ewropew ta' għarfien espert dwar is-sigurtà tar-riċerka

Kooperazzjoni bejn iċ-ċivil u l-militar

  • nagħmlu arranġamenti komprensivi ta’ preparatezza ċivili u militari
  • niżviluppaw standards għall-ippjanar u l-investiment b’użu doppju, ċivili u militari
  • norganizzaw eżerċizzji regolari tal-UE għall-promozzjoni ta’ preparatezza komprensiva

Il-koordinazzjoni tar-rispons għall-kriżijiet

  • noħolqu ċentru tal-UE għall-koordinazzjoni fil-kriżijiet
  • nagħtu spinta lir-riżerva ta’ kapaċitajiet ta’ rispons tar-rescEU fil-livell tal-UE

Reżiljenza permezz ta’ sħubijiet esterni

  • navvanzaw ir-reżiljenza reċiproka mal-pajjiżi kandidati
  • nintegraw il-preparatezza u r-reżiljenza fi sħubijiet bilaterali u f’istituzzjonijiet multilaterali
  • nintegraw il-preparatezza u r-reżiljenza fil-kooperazzjoni man-NATO
  • niżviluppaw reżiljenza reċiproka permezz ta’ politiki ekonomiċi u ta’ żvilupp esterni

Sfond

Fil-linji gwida politiċi tagħha, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen enfasizzat l-importanza li nibnu l-kapaċitajiet tal-Ewropa kif ukoll il-ħtieġa għal ambizzjoni ġdida dwar il-preparatezza għall-kriżijiet u fl-ambitu tas-sigurtà.

Ir-rapport ta’ Niinistö dwar il-preparatezza u l-prontezza tal-UE saħaq fuq il-ħtieġa urġenti li tissaħħaħ il-preparatezza ċivili u militari tal-Ewropa biex jiġu indirizzati l-isfidi rigward is-sigurtà. Ir-rapport irrikonoxxa li l-preparatezza hija kemm responsabbiltà nazzjonali kif ukoll responsabbiltà Ewropea kondiviża li tirrikjedi li l-Unjoni jkollha rwol aktar b’saħħtu biex tkun ta’ sostenn għall-Istati Membri.

Dokumenti

  • 26 MARZU 2025
Factsheet - Preparedness union strategy
  • 26 MARZU 2025
EU preparedness union strategy to prevent and react to emerging threats and crises
  • 26 MARZU 2025
Questions and answers on the EU preparedness union strategy
  • 24 MARZU 2025
EU preparedness union strategy - Communication
  • 25 MARZU 2025
EU preparedness union strategy - Annex