X’tagħmel l-UE L-UE hi impenjata li tiżgura oċean b’saħħtu, sajd sostenibbli, ekonomija blu sostenibbli u prosperuża, u komunitajiet kostali vibranti madwar l-Ewropa. Permezz tal-politika komuni tas-sajd, l-UE tappoġġa s-sigurtà tal-ikel tal-Ewropa billi tippromwovi sajd responsabbli u sostenibbli. Il-Patt Ewropew dwar l-Oċeani jiġbor flimkien il-politiki tal-UE relatati mal-oċeani, inklużi s-sigurtà marittima, il-governanza internazzjonali tal-oċeani u l-osservazzjoni tal-oċeani. L-objettivi ewlenin tal-politika tat-tkabbir tal-UE huma li:jintuża l-potenzjal tal-ibħra tal-Ewropa biex jinħolqu impjiegi sostenibbli li jippreservaw ir-riżorsi naturalitiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel filwaqt li l-istokkijiet tal-ħut jiġu restawrati u jinżammu f’livelli sostenibblissir kollaborazzjoni mas-sħab globali biex jiġu stabbiliti regoli għall-ġestjoni u l-governanza tal-oċeani tad-dinjatiġġieled kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolattappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni fis-setturi marittimijingħata appoġġ finanzjarju lir-reġjuni u l-komunitajiet kostali permezz tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura PlayPauseIl-protezzjoni tal-oċeanAqra l-artiklu fil-fond Ċifri ewlenin 30% Il-perċentwal tal-ibħra internazzjonali tad-dinja li l-UE hija impenjata li tipproteġi5 miljuni In-numru ta’ impjiegi appoġġati direttament mill-ekonomija blu tal-UE23,5 kg Ħut u frott tal-baħar ikkunsmati għal kull ċittadin tal-UE bħala medja fl-2022 Sors: Ir-Rapport dwar l-Ekonomija Blu tal-UE 2025 Oqsma ta’ azzjoniIl-Patt dwar l-OċeaniL-istrateġija tal-UE biex tissalvagwardja l-oċeani tagħna u tagħti spinta lill-industriji marittimi sostenibbliIl-Politika Komuni tas-SajdRegoli għall-ġestjoni sostenibbli tal-flotot tas-sajd Ewropej u għall-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħutSajd sostenibbliNesploraw kif il-politiki tal-UE jipproteġu l-ħajja tal-baħar, jappoġġaw lis-sajjieda, u jsawru l-futur tal-ibħra tagħnaOċeani sostenibbliSkopri kif l-UE tmexxi l-protezzjoni tal-oċeani, it-tkabbir sostenibbli, u l-kooperazzjoni globali dwar il-baħarL-ekonomija bluAttivitajiet ekonomiċi relatati mal-oċeani u l-ibħraL-akkwakulturaAra kif l-UE tappoġġa t-trobbija innovattiva u b’impatt baxx tal-ħut, tal-frott tal-baħar bil-qoxra u tal-algiIl-governanza internazzjonali tal-oċeaniNaħdmu flimkien mas-sħab għal oċeani produttivi u b’saħħithomIl-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-AkkwakulturaFinanzjament għal proġetti li jappoġġaw is-sostenibbiltà tar-riżorsi akkwatiċi u marittimi Kisbiet ewlenin L-ekonomija blu tal-UE hija mutur ekonomiku ewlieni li joħloq kważi 5 miljun impjieg u jiġġenera €250 biljun f’valur miżjud.L-UE qed twitti t-triq fl-enerġija rinnovabbli fuq il-baħar, billi tiżviluppaha mill-mewġ, il-marej, u l-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta, biex tilħaq il-miri tal-enerġija rinnovabbli u l-għanijiet klimatiċi tagħha.Biex tgħin lis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura jimxu lejn prattiki aktar nodfa u aktar sostenibbli, l-UE nediet is-Sħubija għat-Tranżizzjoni tal-Enerġija li għandha l-għan li tiżviluppa soluzzjonijiet prattiċi biex tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050.Biex jiġi evitat is-sajd eċċessiv u biex l-istokkijiet tal-ħut vijabbli jinżammu fit-tul, l-UE tuża l-qabdiet totali permissibbli (TACs, total allowable catches) u l-kwoti tas-sajd. B’mod ġenerali, is-sajd Ewropew ikompli x-xejra ta’ titjib gradwali tas-sostenibbiltà tiegħu b’aktar stokkijiet ta’ ħut mistada f’livelli sostenibbli fl-2024 milli fl-2003.Fix-xena globali, l-UE kellha rwol ewlieni fin-negozjati u l-adozzjoni tat-Trattat dwar l-Ibħra Internazzjonali tal-2023, li jippermetti żoni protetti tal-baħar, pass importanti lejn il-protezzjoni ta’ mill-inqas 30 % tal-oċean sal-2030.L-UE tiżgura li l-prodotti tas-sajd importati jiġu minn sajd legali, skont il-liġijiet u l-miżuri ta’ konservazzjoni internazzjonali. Billi 70% tal-ikel akkwatiku kkunsmat fl-UE jiġi importat, din is-sorveljanza hija vitali. Taħt il-lenti Il-Patt dwar l-OċeaniIl-Patt dwar l-Oċeani jlaqqa’ flimkien il-politiki tal-UE dwar l-oċeani taħt qafas uniku u koordinat. Se jagħmel dan permezz ta’ approċċ kollaborattiv bejn il-pajjiżi, ir-reġjuni u l-partijiet ikkonċernati tal-UE, inklużi s-sajjieda, l-innovaturi, l-investituri, ix-xjenzati, u s-soċjetà ċivili.Sir af aktar L-aħħar aħbarijiet 26 Frar 2026The Commission sets up the European Ocean Board and calls for experts to advise on ocean policy24 Frar 2026Commission seeks feedback on the future of the fisheries and aquaculture sectorAra kollox Avvenimenti 02-06Mar2026Konferenzi u summitsEuropean Ocean Days 2026Brussels, Belgium21-22May2026Konferenzi u summitsEuropean Maritime Day 2026Limassol , CyprusAra kollox Informazzjoni relatataId-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-SajdLiġiFinanzjamentSejħiet għal offerti u kuntrattiKonsultazzjonijiet
L-UE hi impenjata li tiżgura oċean b’saħħtu, sajd sostenibbli, ekonomija blu sostenibbli u prosperuża, u komunitajiet kostali vibranti madwar l-Ewropa. Permezz tal-politika komuni tas-sajd, l-UE tappoġġa s-sigurtà tal-ikel tal-Ewropa billi tippromwovi sajd responsabbli u sostenibbli. Il-Patt Ewropew dwar l-Oċeani jiġbor flimkien il-politiki tal-UE relatati mal-oċeani, inklużi s-sigurtà marittima, il-governanza internazzjonali tal-oċeani u l-osservazzjoni tal-oċeani. L-objettivi ewlenin tal-politika tat-tkabbir tal-UE huma li:jintuża l-potenzjal tal-ibħra tal-Ewropa biex jinħolqu impjiegi sostenibbli li jippreservaw ir-riżorsi naturalitiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel filwaqt li l-istokkijiet tal-ħut jiġu restawrati u jinżammu f’livelli sostenibblissir kollaborazzjoni mas-sħab globali biex jiġu stabbiliti regoli għall-ġestjoni u l-governanza tal-oċeani tad-dinjatiġġieled kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolattappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni fis-setturi marittimijingħata appoġġ finanzjarju lir-reġjuni u l-komunitajiet kostali permezz tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura
Il-Patt dwar l-OċeaniL-istrateġija tal-UE biex tissalvagwardja l-oċeani tagħna u tagħti spinta lill-industriji marittimi sostenibbli
Il-Politika Komuni tas-SajdRegoli għall-ġestjoni sostenibbli tal-flotot tas-sajd Ewropej u għall-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut
Sajd sostenibbliNesploraw kif il-politiki tal-UE jipproteġu l-ħajja tal-baħar, jappoġġaw lis-sajjieda, u jsawru l-futur tal-ibħra tagħna
Oċeani sostenibbliSkopri kif l-UE tmexxi l-protezzjoni tal-oċeani, it-tkabbir sostenibbli, u l-kooperazzjoni globali dwar il-baħar
L-akkwakulturaAra kif l-UE tappoġġa t-trobbija innovattiva u b’impatt baxx tal-ħut, tal-frott tal-baħar bil-qoxra u tal-algi
Il-governanza internazzjonali tal-oċeaniNaħdmu flimkien mas-sħab għal oċeani produttivi u b’saħħithom
Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-AkkwakulturaFinanzjament għal proġetti li jappoġġaw is-sostenibbiltà tar-riżorsi akkwatiċi u marittimi
Il-Patt dwar l-OċeaniIl-Patt dwar l-Oċeani jlaqqa’ flimkien il-politiki tal-UE dwar l-oċeani taħt qafas uniku u koordinat. Se jagħmel dan permezz ta’ approċċ kollaborattiv bejn il-pajjiżi, ir-reġjuni u l-partijiet ikkonċernati tal-UE, inklużi s-sajjieda, l-innovaturi, l-investituri, ix-xjenzati, u s-soċjetà ċivili.Sir af aktar
26 Frar 2026The Commission sets up the European Ocean Board and calls for experts to advise on ocean policy