Għaliex għandu jinteressak li taħdem magħna?
Titħajjar ikollok karriera fil-Kummissjoni Ewropea? Aħna nipprovdu varjetà wiesgħa ta’ impjiegi u opportunitajiet, minn pożizzjonijiet permanenti għal kuntratti temporanji u apprendistati.
Ix-xogħol mal-Kummissjoni hu opportunità unika biex tibni l-karriera tiegħek u ssawwar il-futur tal-Ewropa. Aħna nipprovdu post tax-xogħol modern b’kundizzjonijiet kompetittivi u flessibbli, u b’opportunitajiet eċċellenti biex titgħallem u tipprogressa.
Skopri impjiegi u opportunitajiet oħrajn
Fittex qalb il-pożizzjonijiet vakanti attwali, esplora l-programm ta’ traineeship tal-Blue Book, u skopri kif jaħdmu l-kompetizzjonijiet miftuħin għal dawk li qed ifittxu li jsiru membru permanenti tal-persunal.
Aħdem bħala aġent kuntrattwali jew temporanju biex tissodisfa ħtiġijiet speċjalizzati jew temporanji.
Mexxi timijiet, sawwar il-prijoritajiet, u għin biex jintlaħqu l-objettivi tal-Kummissjoni.
Sir uffiċjal permanenti tal-UE permezz ta’ kompetizzjoni organizzata mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO).
Ikseb esperjenza prattika ta’ xogħol fil-Kummissjoni permezz ta’ traineeship imħallas ta’ ħames xhur.