X’tagħmel l-UE L-UE għandha rwol kruċjali fil-koordinazzjoni tar-rispons għad-diżastri mal-Ewropa kollha u lil hinn minnha, fl-indirizzar ta’ epidemiji, għargħar, maltempati, nirien fil-foresti, terremoti, u diżastri kkawżati mill-bniedem. L-assistenza tal-protezzjoni ċivili tikkonsisti f’għajnuna mogħtija qabel jew immedjatament wara li jseħħ diżastru. Din l-għajnuna tista’ tkun fil-forma ta’ provvisti bħal mediċini, oġġetti għax-xelters, u unitajiet tat-tisfija tal-ilma. Ħafna drabi jiġu skjerati timijiet speċjalizzati, bħal pumpieri jew timijiet tat-tiftix u s-salvataġġ, flimkien ma’ esperti li jivvalutaw u jikkoordinaw l-isforzi tas-sokkors fuq il-post. Barra minn hekk, ir-ripatrijazzjoni taċ-ċittadini tal-UE hija parti importanti mill-assistenza pprovduta.L-objettivi ewlenin:li jiġu salvati u protetti l-ħajjietli tiġi evitata u mtaffija t-tbatija tan-niesli jiġu ssalvagwardjati l-integrità u d-dinjità tal-popolazzjonijiet affettwati minn perikli naturali u kriżijiet ikkawżati mill-bniedem Fatti u ċifri Aktar minn 800 L-għadd ta’ drabi li ġie attivat il-mekkaniżmu tal-UE għall-protezzjoni ċivili mill-2001 ’l hawn biex jirreaġixxi għall-emerġenziAktar minn €3 biljun Il-flus li ngħataw mill-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE lill-Istati Membri tal-UE u lill-pajjiżi li qegħdin fil-proċess biex jissieħbu fiha li ntlaqtu minn diżastri naturali u emerġenzi tas-saħħa pubblika mill-2019 ’l hawn285 L-għadd ta’ operazzjonijiet tal-pont tal-ajru umanitarju b’rispons għal għexieren ta’ kriżijiet madwar id-dinja bejn l-2020 u l-2024 Oqsma fejn tittieħed azzjoniIl-mekkaniżmu tal-UE għall-protezzjoni ċiviliQafas għall-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE u l-10 stati parteċipanti fir-rispons għal perikli naturali u diżastri kkawżati mill-bniedemIċ-ċentru ta’ koordinazzjoni tar-reazzjoni f’każ ta’ emerġenza (ERCC, Emergency Response Coordination Centre)Iċ-ċentru ta’ koordinazzjoni li jimmonitorja l-avvenimenti madwar id-dinja 24 siegħa kuljum u jiżgura l-implimentazzjoni rapida tal-appoġġ ta’ emerġenzaIs-sistemi Ewropej ta’ twissija bikrija u ta’ informazzjoniIl-bini ta’ sistemi ta’ rispons aktar reżiljenti permezz ta’ twissija bikrija u informazzjoniL-istrument għall-appoġġ ta’ emerġenzaBiex jingħata sostenn lill-pajjiżi tal-UE meta kriżi tilħaq skala u impatt mingħajr preċedentIl-korp mediku EwropewAssistenza medika rapida u għarfien espert fil-qasam tas-saħħa pubblika f’każ ta’ emerġenza tas-saħħa fl-UE u lil hinn minnhaIr-rescEURiżerva strateġika tal-kapaċitajiet Ewropej ta’ rispons għad-diżastri, minn ajruplani u ħelikopters tat-tifi tan-nar għal oġġetti mediċi u sptarijiet fuq il-postNirien fis-selvaġġIr-rispons tal-UE għan-nirien fis-selvaġġ fl-Ewropa u lil hinn minnhaAppoġġ għall-assistenza konsulariAssistenza biex jingħata sostenn konsulari liċ-ċittadini f’emerġenzi, pereżempju fil-kuntest ta’ operazzjonijiet ta’ evakwazzjoniIl-ġestjoni Ewropea tar-riskju ta’ diżastriSostenn min-naħa tal-UE għal azzjonijiet preventivi, ta’ tħejjija, ta’ rispons, u ta’ rkupru Il-kisbiet ewlenin Il-mekkaniżmu tal-UE għall-protezzjoni ċivili jista’ jiġi attivat fl-UE u lil hinn minnha, u jippermetti li kwalunkwe pajjiż jitlob assistenza. Fl-2024, il-mekkaniżmu ġie attivat 58 darba b’rispons, fost l-oħrajn, (i) għall-gwerra fl-Ukrajna u għall-kunflitt fil-Lvant Nofsani, (ii) għal għargħar fi Franza, fiċ-Ċekja, fil-Polonja, fil-Bożnija-Ħerzegovina, u fi Spanja; (iii) għal nirien fis-selvaġġ fl-Ewropa u fl-Amerika Latina; u (iv) għaċ-ċiklun tropikali Chido f’Mayotte.L-UE għaddejja bl-akbar operazzjoni ta’ emerġenza li qatt wettqet fl-ambitu tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili, b’rispons għall-gwerra fl-Ukrajna. Kull wieħed mis-27 Stat Membru tal-UE u s-6 stati parteċipanti offrew assistenza in natura, inklużi miljuni ta’ oġġetti bħal kaxex għall-ewwel għajnuna, tagħmir għax-xelters, tagħmir għat-tifi tan-nar, pompi tal-ilma, ġeneraturi tad-dawl, u fjuwil. L-UE qed tikkoordina wkoll l-evakwazzjonijiet mediċi ta’ pazjenti Ukreni li għandhom bżonn urġenti ta’ trattament, li qed jinġiebu fi sptarijiet madwar l-Ewropa.Ir-rescEU hija riżerva strateġika ta’ kapaċitajiet u ħażniet Ewropej ta’ rispons għad-diżastri, u hija ffinanzjata għalkollox mill-UE. Għandha flotta ta’ ajruplani u ħelikopters tat-tifi tan-nar, ajruplan għall-evakwazzjoni medika, u diversi ħażniet essenzjali. Dawn jinkludu sptarijiet fuq il-post, assi tat-trasport, oġġetti tal-enerġija u għax-xelters, provvisti mediċi kritiċi, u tagħmir għar-rispons għal emerġenzi kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi, u nukleari (CBRN, chemical, biological, radiological and nuclear).It-tqegħid għall-użu komuni tal-kapaċitajiet tal-protezzjoni ċivili jippermetti rispons kollettiv aktar b’saħħtu u aktar koerenti. Fil-każ tal-istaġun tan-nirien fis-selvaġġ tal-2024, Ċipru, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, il-Portugall, u l-Iżvezja flimkien poġġew 24 ajruplan tat-tifi tan-nar u 4 ħelikopters għad-dispożizzjoni ta’ Stati Membri oħrajn f’każ ta’ emerġenza. Bis-saħħa tal-programm tal-Korp Mediku Ewropew, jistgħu jiġu pprovduti assistenza medika rapida u għarfien espert fil-qasam tas-saħħa pubblika b’rispons għal emerġenzi tas-saħħa fl-UE u lil hinn minnha. L-implimentazzjonijiet reċenti saru b’rispons għall-COVID-19, għal splużjonijiet, għal terremoti, u għal ċikluni tropikali. Taħt il-lenti Azzjoni aktar qawwija min-naħa tal-UE dwar in-nirien fis-selvaġġMill-2006 ’l hawn ħadu n-nar aktar minn miljun ettaru. In-nirien fis-selvaġġ fl-Ewropa qed isiru aktar frekwenti u intensi kaġun tat-tibdil fil-klima, filwaqt li l-bidliet soċjoekonomiċi qed isawru mill-ġdid il-pajsaġġi u jkabbru r-riskji tan-nirien. Il-Kummissjoni Ewropea stabbiliet approċċ ġdid għall-prevenzjoni, it-tħejjija, ir-rispons, u l-irkupru b’rabta man-nirien fis-selvaġġ. Fuq il-bażi tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili, ir-rescEU, u tal-istrateġija għal unjoni tal-preparatezza, il-miżuri l-ġodda għandhom l-għan li jagħmlu l-Ewropa aktar reżiljenti u jtejbu l-kooperazzjoni, il-preparatezza, u l-protezzjoni għan-nies u għan-natura.Kompli aqra L-aħħar aħbarijiet 26 Marzu 2026Commission scales up its humanitarian response in Lebanon to address urgent needs25 Marzu 2026Commission launches new strategy to tackle rising wildfire threatAra kollox Avvenimenti 03-04Nov2026Konferenzi u summits9th European Civil Protection Forum - Save the dateAra kollox Informazzjoni relatataIl-liġi dwar l-għajnuna umanitarja u l-protezzjoni ċiviliIl-finanzjament u l-għotjiet (protezzjoni ċivili) Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 25 Marzu 2026
L-UE għandha rwol kruċjali fil-koordinazzjoni tar-rispons għad-diżastri mal-Ewropa kollha u lil hinn minnha, fl-indirizzar ta’ epidemiji, għargħar, maltempati, nirien fil-foresti, terremoti, u diżastri kkawżati mill-bniedem. L-assistenza tal-protezzjoni ċivili tikkonsisti f’għajnuna mogħtija qabel jew immedjatament wara li jseħħ diżastru. Din l-għajnuna tista’ tkun fil-forma ta’ provvisti bħal mediċini, oġġetti għax-xelters, u unitajiet tat-tisfija tal-ilma. Ħafna drabi jiġu skjerati timijiet speċjalizzati, bħal pumpieri jew timijiet tat-tiftix u s-salvataġġ, flimkien ma’ esperti li jivvalutaw u jikkoordinaw l-isforzi tas-sokkors fuq il-post. Barra minn hekk, ir-ripatrijazzjoni taċ-ċittadini tal-UE hija parti importanti mill-assistenza pprovduta.L-objettivi ewlenin:li jiġu salvati u protetti l-ħajjietli tiġi evitata u mtaffija t-tbatija tan-niesli jiġu ssalvagwardjati l-integrità u d-dinjità tal-popolazzjonijiet affettwati minn perikli naturali u kriżijiet ikkawżati mill-bniedem
Il-mekkaniżmu tal-UE għall-protezzjoni ċiviliQafas għall-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE u l-10 stati parteċipanti fir-rispons għal perikli naturali u diżastri kkawżati mill-bniedem
Iċ-ċentru ta’ koordinazzjoni tar-reazzjoni f’każ ta’ emerġenza (ERCC, Emergency Response Coordination Centre)Iċ-ċentru ta’ koordinazzjoni li jimmonitorja l-avvenimenti madwar id-dinja 24 siegħa kuljum u jiżgura l-implimentazzjoni rapida tal-appoġġ ta’ emerġenza
Is-sistemi Ewropej ta’ twissija bikrija u ta’ informazzjoniIl-bini ta’ sistemi ta’ rispons aktar reżiljenti permezz ta’ twissija bikrija u informazzjoni
L-istrument għall-appoġġ ta’ emerġenzaBiex jingħata sostenn lill-pajjiżi tal-UE meta kriżi tilħaq skala u impatt mingħajr preċedent
Il-korp mediku EwropewAssistenza medika rapida u għarfien espert fil-qasam tas-saħħa pubblika f’każ ta’ emerġenza tas-saħħa fl-UE u lil hinn minnha
Ir-rescEURiżerva strateġika tal-kapaċitajiet Ewropej ta’ rispons għad-diżastri, minn ajruplani u ħelikopters tat-tifi tan-nar għal oġġetti mediċi u sptarijiet fuq il-post
Appoġġ għall-assistenza konsulariAssistenza biex jingħata sostenn konsulari liċ-ċittadini f’emerġenzi, pereżempju fil-kuntest ta’ operazzjonijiet ta’ evakwazzjoni
Il-ġestjoni Ewropea tar-riskju ta’ diżastriSostenn min-naħa tal-UE għal azzjonijiet preventivi, ta’ tħejjija, ta’ rispons, u ta’ rkupru
Azzjoni aktar qawwija min-naħa tal-UE dwar in-nirien fis-selvaġġMill-2006 ’l hawn ħadu n-nar aktar minn miljun ettaru. In-nirien fis-selvaġġ fl-Ewropa qed isiru aktar frekwenti u intensi kaġun tat-tibdil fil-klima, filwaqt li l-bidliet soċjoekonomiċi qed isawru mill-ġdid il-pajsaġġi u jkabbru r-riskji tan-nirien. Il-Kummissjoni Ewropea stabbiliet approċċ ġdid għall-prevenzjoni, it-tħejjija, ir-rispons, u l-irkupru b’rabta man-nirien fis-selvaġġ. Fuq il-bażi tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili, ir-rescEU, u tal-istrateġija għal unjoni tal-preparatezza, il-miżuri l-ġodda għandhom l-għan li jagħmlu l-Ewropa aktar reżiljenti u jtejbu l-kooperazzjoni, il-preparatezza, u l-protezzjoni għan-nies u għan-natura.Kompli aqra