X’qed tagħmel l-UE L-UE u l-Istati Membri tagħha jaħdmu flimkien biex jagħtu sostenn liż-żgħażagħ, kif indikat fl-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ, li tiffoka fuq 3 oqsma ta’ azzjoni ewlenin:Impenn – ninkoraġġixxu liż-żgħażagħ ikunu attivi fis-soċjetà u jipparteċipaw fit-teħid tad-deċiżjonijietKonnessjoni – nipprovdu opportunitajiet biex iż-żgħażagħ u dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ jipparteċipaw f’attivitajiet tal-mobbiltà tal-apprendiment u tal-volontarjat, u niffaċilitaw il-kooperazzjoni u l-apprendiment fost l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħGħoti tas-setgħa – nappoġġjaw l-iżvilupp ta’ ħidma ta’ kwalità fost iż-żgħażagħ Skopri x’tista’ toffri liż-żgħażagħ l-UE Iż-żgħażagħ fl-UE 64% ipparteċipaw f’attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ f’dawn l-aħħar 12-il xahar 48% ħadu azzjoni biex ibiddlu s-soċjetà (iffirmaw petizzjoni, ipparteċipaw f’dimostrazzjoni, jew kitbu lil xi politiku)74% jemmnu li l-edukazzjoni li ħadu tathom il-ħiliet diġitali meħtieġa biex jidentifikaw id-diżinformazzjoni Sors: Ewrobarometru dwar iż-Żgħażagħ u d-Demokrazija, 2024 L-oqsma ta’ azzjoniId-djalogu tal-UE maż-żgħażagħForum għar-riflessjoni u l-konsultazzjoni dwar dak li sar fuq il-bażi tal-Istrateġija tal-UE għaż-ŻgħażagħDjalogi ta’ politika maż-żgħażagħId-Djalogi ta’ Politika maż-Żgħażagħ ilaqqgħu flimkien liż-żgħażagħ u lill-Kummissarji biex jitkellmu dwar l-inizjattivi politiċi tal-UEL-attivitajiet ta’ parteċipazzjoni taż-żgħażagħ tal-Erasmus+ Opportunitajiet ta’ apprendiment mhux formali u informali għaż-żgħażagħ u għal dawk li jaħdmu maż-żgħażagħIl-Korp Ewropew ta’ SolidarjetàOpportunitajiet għaż-żgħażagħ biex jagħmlu l-volontarjat jew jaħdmu fuq proġetti li jkunu ta’ benefiċċju għall-komunitajiet u għan-nies madwar l-EwropaL-Erasmus għal imprendituri żgħażagħProgramm tal-UE li jgħin biex l-intraprendituri Ewropej jiksbu l-ħiliet meħtieġa biex jibdew u jmexxu negozju żgħirIl-Bord Konsultattiv taż-Żgħażagħ għall-PresidentInizjattiva li liż-żgħażagħ tagħtihom l-opportunità li jiltaqgħu mal-President tal-Kummissjoni u jaqsmu magħha ħsibijiethom dwar kwistjonijiet li huma importanti għalihom Il-kisbiet ewlenin L-Erasmus+, waħda mill-aktar inizjattivi tal-UE li rnexxew, ipprovdiet lil miljuni ta’ żgħażagħ opportunitajiet biex jistudjaw, jitħarrġu, jagħmlu l-volontarjat, u jaħdmu barra minn pajjiżhom, filwaqt li tinkoraġġixxi l-iskambju interkulturali u l-iżvilupp tal-ħiliet.Permezz ta’ inizjattivi bħas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ, il-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ, u l-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ, l-UE ħeġġet liż-żgħażagħ jinvolvu ruħhom f’attivitajiet ċiviċi, fl-elezzjonijiet, u fit-tfassil tal-inizjattivi politiċi.Bil-“Verifika taż-Żgħażagħ”, l-UE tixtieq tiżgura li, fil-fażi tat-tfassil tagħhom, l-inizjattivi politiċi tal-UE jagħtu kas tal-impatt fuq iż-żgħażagħ.Il-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati taż-Żgħażagħ tal-UE jinkludi organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, kunsilli nazzjonali taż-żgħażagħ, riċerkaturi fil-qasam taż-żgħażagħ, u rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-UE. Il-grupp jgħin biex jiġu skambjati l-għarfien u l-prattiki tajbin, jiffaċilita l-proċess tal-“Verifika taż-Żgħażagħ”, iwassal il-ħtiġijiet taż-żgħażagħ, u jservi bħala grupp konsultattiv dwar inizjattivi konġunti li jkunu ta’ benefiċċju għaż-żgħażagħ.Permezz tad-Djalogi maż-Żgħażagħ, iż-żgħażagħ jipparteċipaw b’mod attiv fit-tfassil tal-inizjattivi politiċi tal-UE flimkien ma’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livelli nazzjonali u tal-UE. Taħt il-lenti Passes tal-ivvjaġġar tad-DiscoverEU bla ħlas għaż-żgħażagħId-DiscoverEU, li tagħmel parti mill-programm Erasmus +, toffri liż-żgħażagħ ta’ 18-il sena vvjaġġar bil-ferrovija mingħajr ħlas madwar l-Ewropa. Din hija opportunità unika biex jesploraw id-diversità tal-Ewropa, jitgħallmu dwar il-wirt u l-istorja kulturali tagħha, u jagħmlu kuntatt ma’ nies minn madwar il-kontinent kollu. L-applikazzjonijiet għal dan iċ-ċiklu huma miftuħin sat-22 ta’ April 2026 (nofsinhar, ħin ta’ Brussell). L-applikanti magħżulin jistgħu jivvjaġġaw fi kwalunkwe ħin bejn l-1 ta’ Lulju 2026 u t-30 ta’ Settembru 2027 għal massimu ta’ sebat ijiem f’perjodu ta’ xahar.Kompli aqra L-aħħar aħbarijiet Statement29 Mejju 2026Statement by President von der Leyen with Hungarian Prime Minister Magyar4 min qariSpeech24 April 2026Video message by President von der Leyen opening the European Youth Event 20262 min qariAra kollox Eventi Informazzjoni relatataId-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport, u l-KulturaId-DiscoverEU Il-Portal Ewropew taż-ŻgħażagħIs-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ (2022–2023)L-edukazzjoni u t-taħriġIl-kultura u l-midja Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 8 April 2026
L-UE u l-Istati Membri tagħha jaħdmu flimkien biex jagħtu sostenn liż-żgħażagħ, kif indikat fl-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ, li tiffoka fuq 3 oqsma ta’ azzjoni ewlenin:Impenn – ninkoraġġixxu liż-żgħażagħ ikunu attivi fis-soċjetà u jipparteċipaw fit-teħid tad-deċiżjonijietKonnessjoni – nipprovdu opportunitajiet biex iż-żgħażagħ u dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ jipparteċipaw f’attivitajiet tal-mobbiltà tal-apprendiment u tal-volontarjat, u niffaċilitaw il-kooperazzjoni u l-apprendiment fost l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħGħoti tas-setgħa – nappoġġjaw l-iżvilupp ta’ ħidma ta’ kwalità fost iż-żgħażagħ Skopri x’tista’ toffri liż-żgħażagħ l-UE
Id-djalogu tal-UE maż-żgħażagħForum għar-riflessjoni u l-konsultazzjoni dwar dak li sar fuq il-bażi tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ
Djalogi ta’ politika maż-żgħażagħId-Djalogi ta’ Politika maż-Żgħażagħ ilaqqgħu flimkien liż-żgħażagħ u lill-Kummissarji biex jitkellmu dwar l-inizjattivi politiċi tal-UE
L-attivitajiet ta’ parteċipazzjoni taż-żgħażagħ tal-Erasmus+ Opportunitajiet ta’ apprendiment mhux formali u informali għaż-żgħażagħ u għal dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ
Il-Korp Ewropew ta’ SolidarjetàOpportunitajiet għaż-żgħażagħ biex jagħmlu l-volontarjat jew jaħdmu fuq proġetti li jkunu ta’ benefiċċju għall-komunitajiet u għan-nies madwar l-Ewropa
L-Erasmus għal imprendituri żgħażagħProgramm tal-UE li jgħin biex l-intraprendituri Ewropej jiksbu l-ħiliet meħtieġa biex jibdew u jmexxu negozju żgħir
Il-Bord Konsultattiv taż-Żgħażagħ għall-PresidentInizjattiva li liż-żgħażagħ tagħtihom l-opportunità li jiltaqgħu mal-President tal-Kummissjoni u jaqsmu magħha ħsibijiethom dwar kwistjonijiet li huma importanti għalihom
Passes tal-ivvjaġġar tad-DiscoverEU bla ħlas għaż-żgħażagħId-DiscoverEU, li tagħmel parti mill-programm Erasmus +, toffri liż-żgħażagħ ta’ 18-il sena vvjaġġar bil-ferrovija mingħajr ħlas madwar l-Ewropa. Din hija opportunità unika biex jesploraw id-diversità tal-Ewropa, jitgħallmu dwar il-wirt u l-istorja kulturali tagħha, u jagħmlu kuntatt ma’ nies minn madwar il-kontinent kollu. L-applikazzjonijiet għal dan iċ-ċiklu huma miftuħin sat-22 ta’ April 2026 (nofsinhar, ħin ta’ Brussell). L-applikanti magħżulin jistgħu jivvjaġġaw fi kwalunkwe ħin bejn l-1 ta’ Lulju 2026 u t-30 ta’ Settembru 2027 għal massimu ta’ sebat ijiem f’perjodu ta’ xahar.Kompli aqra
Statement29 Mejju 2026Statement by President von der Leyen with Hungarian Prime Minister Magyar4 min qari
Speech24 April 2026Video message by President von der Leyen opening the European Youth Event 20262 min qari