Post tax-xogħol li jagħtik is-sostenn meħtieġ biex tiżviluppa l-karriera tiegħek
Li tingħaqad mal-Kummissjoni jfisser li ssir parti minn istituzzjoni li tieħu r-responsabbiltajiet tagħha bħala impjegatur bis-serjetà daqs ir-responsabbiltajiet tagħha lejn iċ-ċittadini Ewropej.
Aħna nemmnu li l-mod kif naħdmu huwa importanti daqs dak li naħdmu fuqu — u huwa għalhekk li ninvestu fl-iżvilupp tan-nies tagħna, nippromwovu l-benesseri, u nimponu fuqna nfusna standards għoljin dwar id-diversità, is-sostenibbiltà, u r-rappreżentanza ġusta fl-Istati Membri kollha.
Noffru paga u benefiċċji attraenti, ambjent tax-xogħol flessibbli u inklużiv, u opportunitajiet biex tiżviluppa l-karriera tiegħek u biex ikollok esperjenzi f’timijiet, dipartimenti, u postijiet differenti.
Is-salarji, il-liv, il-pensjonijiet, l-assigurazzjoni tas-saħħa, u l-appoġġ għall-familja u għall-benesseri tagħha
L-apprendiment u l-iżvilupp, il-mobbiltà interna, u l-progressjoni
Il-bilanċ bejn il-ġeneri, paga ugwali, u opportunitajiet indaqs
Impjegatur ekoloġiku, li jiġġieled għan-newtralità klimatika