Global Gateway in Benin X’tagħmel l-UE Is-sħubijiet internazzjonali tal-UE huma kruċjali biex jissaħħaħ ir-rwol globali tagħha bil-promozzjoni ta’ relazzjonijiet sostenibbli u ta’ benefiċċju reċiproku ma’ pajjiżi b’introjtu baxx u medju.Dawn is-sħubijiet ikopru l-Afrika sub-Saħarjana, l-Asja, il-Paċifiku, l-Amerka Latina, u l-Karibew kif ukoll it-territorji ekstra-Ewropej tal-UE.L-UE għandha l-għan li ssawwar dinja aktar ġusta, aktar reżiljenti, u aktar sostenibbli billi tallinja mal-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli tan-NU. Is-sħubijiet internazzjonali jikkontribwixxu wkoll għall-ġid, għar-reżiljenza, u għas-sigurtà tal-UE. Inizjattiva ewlenija hija l-Global Gateway, l-istrateġija ta’ investiment ta’ €300 biljun li tiffoka fuq: infrastruttura intelliġenti, nadifa, u sigura; l-appoġġ għall-investimenti fl-edukazzjoni, fis-saħħa, u fir-riċerka, u l-garanzija ta’ sħubijiet ġusti u bbażati fuq il-valuri.Is-sħubijiet internazzjonali tal-UE jappoġġaw ukoll lill-pajjiżi li jinsabu f’kuntesti fraġli billi jipprovdu servizzi bażiċi. Barra minn hekk, jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari, inkluż bi ġlieda flimkien kontra n-networks tat-traffikar tal-bnedmin.Permezz tal-approċċ tat-Tim Ewropa, l-UE tiżgura li dawn l-inizjattivi jiġu implimentati b’mod effiċjenti billi tikkoordina l-isforzi fost l-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri, il-Bank Ewropew tal-Investiment, u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp.Il-Global Gateway fil-Benin Ċifri ewlenin €300 biljun L-objettiv ta’ investiment tal-Global Gateway għall-perjodu 2021–2027120 L-għadd ta’ sħubijiet fl-Afrika, fil-Paċifiku, fil-kontinent Amerikan, u fil-Karibew41 % Is-sehem tal-kontribuzzjoni tal-UE u tal-Istati Membri tagħha għall-għajnuna għall-iżvilupp fil-livell globali Oqsma ta’ azzjoniId-diġitaliSkopri kif il-Global Gateway issaħħaħ il-konnessjonijiet bejn l-Ewropa u d-dinja, u tgħin biex jitnaqqas id-distakk diġitaliIl-klima u l-enerġijaEsplora kif il-Global Gateway tappoġġa l-investimenti fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, fir-reżiljenza, u fl-enerġija nadifaIt-trasportAra kif il-Global Gateway tippromwovi investimenti infrastrutturali globali għal networks tat-trasport sostenibbli, intelliġenti, reżiljenti, inklużivi, u sikuriIs-saħħaSir af dwar l-isforzi tal-Global Gateway biex issaħħaħ il-kapaċitajiet tas-servizzi tas-saħħa madwar id-dinjaL-edukazzjoni u r-riċerkaEsplora kif il-Global Gateway qed tinvesti f’edukazzjoni ta’ kwalità u tippromowovi kooperazzjoni aktar b’saħħitha fir-riċerka u l-innovazzjoniIl-migrazzjoni u l-ispostament furzatSir af x’tagħmel l-UE biex il-migrazzjoni ssir b’mod sikur, ordnat, u regolariIs-sliem u l-governanzaSkopri kif l-UE tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, u l-istat tad-dritt madwar id-dinjaL-ugwaljanza bejn il-ġeneriSir af x’tagħmel l-UE madwar id-dinja biex tippromwovi d-drittijiet tan-nisaIż-żgħażagħSir af kif l-UE ssaħħaħ il-pożizzjoni taż-żgħażagħ madwar id-dinja biex ikunu aġenti ewlenin għal bidla pożittiva Kisbiet ewlenin L-UE varat il-Global Gateway madwar id-dinja billi nediet pakketti ta’ investiment fl-Afrika, fix-Xlokk tal-Asja, fl-Amerka Latina, fil-Karibew, u fl-Asja Ċentrali. Bħalissa għaddejjin aktar minn 250 proġett ewlieni.L-UE varat ħames pakketti tal-ekonomija diġitali biex tinkoraġġixxi t-tkabbir diġitali ċċentrat fuq il-bniedem. Eżempju ta’ dan huwa l-programm ta’ osservazzjoni tad-dinja tal-Copernicus fil-Filippini, li juża d-data satellitari għall-ġestjoni tar-riskju tad-diżastri u biex itejjeb il-konnettività.L-UE tgħin lin-Namibja tiżviluppa faċilitajiet tal-idroġenu ekoloġiku, u b’hekk tkun fuq quddiem fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli. Tappoġġa lill-Costa Rica fl-isforz tagħha biex telettrifika s-sistema tat-trasport pubbliku, u tgħin lill-Karibew jibdel l-alga Sargassum f’riżorsa ekonomika.Il-kuritur tat-trasport Trans-Kaspju u l-kuritur Lobito jtejbu r-rotot kummerċjali bejn l-Ewropa, l-Asja, u l-Afrika.L-Istrateġija tal-UE għas-Saħħa Globali ssaħħaħ is-sistemi tas-saħħa u l-ktajjen tal-provvista tal-mediċini. Pereżempju, l-Inizjattiva tat-Tim Ewropa dwar il-vaċċini u l-mediċini twessa’ l-aċċess għall-vaċċini u tagħti spinta lill-produzzjoni farmaċewtika lokali fl-Afrika.Il-finanzjament tal-UE għall-edukazzjoni f’pajjiżi terzi kważi rdoppja, b’enfasi fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-taħriġ tal-għalliema. Taħt il-lenti Inħejju lin-Namibja biex tagħmel rivoluzzjoni fil-qasam tal-idroġenu ekoloġikuIn-Namibja, li għandha riżorsi kbar tal-enerġija mir-riħ u mix-xemx u depożiti minerali sinifikanti, għandha dak kollu li teħtieġ biex tkun ekonomija industrijali ekoloġika kompetittiva.Inizjattiva tal-Global Gateway b’valur li jitla’ sa €20 biljun se tixpruna seba’ proġetti tal-idroġenu ekoloġiku filwaqt li tnaqqas id-dipendenza tal-pajjiż fuq l-elettriku impurtat.Skopri aktar dwarha hawnhekk L-aħħar aħbarijiet News announcement27 Jannar 2026EU-Morocco: European Commissioner for International Partnerships Jozef Síkela in Rabat for the 2025 Africa Cup of Nations Final3 min qariNews announcement10 Diċembru 2025EU invests in new Global Gateway partnerships at the 2025 Forum of Cities and Regions for International Partnerships5 min qariAra kollox Eventi 23-25Feb2026Konferenzi u summitsLiberia-EU Business Forum 2026Belgium16-07Mar-May2026Konferenzi u summitsAngola-EU Lobito Corridor Business ForumAra kollox Informazzjoni relatataId-Direttorat Ġenerali għas-Sħubijiet InternazzjonaliL-istrateġija tal-Global GatewaySejħiet għal offerti u kuntratti
Is-sħubijiet internazzjonali tal-UE huma kruċjali biex jissaħħaħ ir-rwol globali tagħha bil-promozzjoni ta’ relazzjonijiet sostenibbli u ta’ benefiċċju reċiproku ma’ pajjiżi b’introjtu baxx u medju.Dawn is-sħubijiet ikopru l-Afrika sub-Saħarjana, l-Asja, il-Paċifiku, l-Amerka Latina, u l-Karibew kif ukoll it-territorji ekstra-Ewropej tal-UE.L-UE għandha l-għan li ssawwar dinja aktar ġusta, aktar reżiljenti, u aktar sostenibbli billi tallinja mal-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli tan-NU. Is-sħubijiet internazzjonali jikkontribwixxu wkoll għall-ġid, għar-reżiljenza, u għas-sigurtà tal-UE. Inizjattiva ewlenija hija l-Global Gateway, l-istrateġija ta’ investiment ta’ €300 biljun li tiffoka fuq: infrastruttura intelliġenti, nadifa, u sigura; l-appoġġ għall-investimenti fl-edukazzjoni, fis-saħħa, u fir-riċerka, u l-garanzija ta’ sħubijiet ġusti u bbażati fuq il-valuri.Is-sħubijiet internazzjonali tal-UE jappoġġaw ukoll lill-pajjiżi li jinsabu f’kuntesti fraġli billi jipprovdu servizzi bażiċi. Barra minn hekk, jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari, inkluż bi ġlieda flimkien kontra n-networks tat-traffikar tal-bnedmin.Permezz tal-approċċ tat-Tim Ewropa, l-UE tiżgura li dawn l-inizjattivi jiġu implimentati b’mod effiċjenti billi tikkoordina l-isforzi fost l-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri, il-Bank Ewropew tal-Investiment, u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp.Il-Global Gateway fil-Benin
Id-diġitaliSkopri kif il-Global Gateway issaħħaħ il-konnessjonijiet bejn l-Ewropa u d-dinja, u tgħin biex jitnaqqas id-distakk diġitali
Il-klima u l-enerġijaEsplora kif il-Global Gateway tappoġġa l-investimenti fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, fir-reżiljenza, u fl-enerġija nadifa
It-trasportAra kif il-Global Gateway tippromwovi investimenti infrastrutturali globali għal networks tat-trasport sostenibbli, intelliġenti, reżiljenti, inklużivi, u sikuri
Is-saħħaSir af dwar l-isforzi tal-Global Gateway biex issaħħaħ il-kapaċitajiet tas-servizzi tas-saħħa madwar id-dinja
L-edukazzjoni u r-riċerkaEsplora kif il-Global Gateway qed tinvesti f’edukazzjoni ta’ kwalità u tippromowovi kooperazzjoni aktar b’saħħitha fir-riċerka u l-innovazzjoni
Il-migrazzjoni u l-ispostament furzatSir af x’tagħmel l-UE biex il-migrazzjoni ssir b’mod sikur, ordnat, u regolari
Is-sliem u l-governanzaSkopri kif l-UE tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, u l-istat tad-dritt madwar id-dinja
L-ugwaljanza bejn il-ġeneriSir af x’tagħmel l-UE madwar id-dinja biex tippromwovi d-drittijiet tan-nisa
Iż-żgħażagħSir af kif l-UE ssaħħaħ il-pożizzjoni taż-żgħażagħ madwar id-dinja biex ikunu aġenti ewlenin għal bidla pożittiva
Inħejju lin-Namibja biex tagħmel rivoluzzjoni fil-qasam tal-idroġenu ekoloġikuIn-Namibja, li għandha riżorsi kbar tal-enerġija mir-riħ u mix-xemx u depożiti minerali sinifikanti, għandha dak kollu li teħtieġ biex tkun ekonomija industrijali ekoloġika kompetittiva.Inizjattiva tal-Global Gateway b’valur li jitla’ sa €20 biljun se tixpruna seba’ proġetti tal-idroġenu ekoloġiku filwaqt li tnaqqas id-dipendenza tal-pajjiż fuq l-elettriku impurtat.Skopri aktar dwarha hawnhekk
News announcement27 Jannar 2026EU-Morocco: European Commissioner for International Partnerships Jozef Síkela in Rabat for the 2025 Africa Cup of Nations Final3 min qari
News announcement10 Diċembru 2025EU invests in new Global Gateway partnerships at the 2025 Forum of Cities and Regions for International Partnerships5 min qari