X’tagħmel l-UE? L-Unjoni Ewropea tistinka biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha billi tinvestiga l-frodi, il-korruzzjoni, u kwalunkwe attività illegali oħra li tista’ taffettwa l-baġit tagħha. Biex jappoġġa dan, fl-1999 ġie stabbilit l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (l-OLAF). Il-missjoni tal-OLAF hija li jidentifika, jinvestiga u jwaqqaf l-użu frodulenti tal-fondi tal-UE u reati oħra li jaffettwaw il-baġit tal-UE, kif ukoll imġiba ħażina serja mill-persunal u l-membri tal-istituzzjonijiet tal-UE. L-OLAF jiżviluppa u jimmonitorja wkoll il-leġiżlazzjoni u l-politiki kontra l-frodi. Dawn l-isforzi jgħinu biex ikun żgurat li l-flus tal-kontribwenti tal-UE jilħqu l-proġetti li huma maħsuba għalihom u li d-dħul tal-UE jkun protett b’mod adegwat. Fatti dwar il-prevenzjoni tal-frodi €17-il biljunIl-valur tal-frodi u l-irregolaritajiet li l-OLAF sab sa mit-twaqqif tiegħu fl-1999Aktar minn 6000L-għadd ta’ investigazzjonijiet li l-OLAF wettaq fis-26 snin tiegħu€ 871.5 miljunL-ammont f’euro li l-OLAF irrakkomanda li jiġi rkuprat lill-baġit tal-UE fl-2024 Oqsma ta’ azzjoninvestigazzjonijiet relatati mad-dħul tal-UESopri liema oqsma tad-dħul tal-UE jinvestiga l-OLAFInvestigazzjonijiet relatati man-nefqa tal-UETgħallem kif l-OLAF jinvestiga l-infiq tal-baġit tal-UEInvestigazzjonijiet amministrattivi interniL-investigazzjoni ta’ kondotta serjament ħażina minn membri u persunal tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UEPolitiki għall-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tal-frodiSir af kif l-OLAF ifassal il-politiki tal-UE kontra l-frodiProgramm tal-Unjoni Kontra l-FrodiAppoġġ finanzjarju u tekniku lill-pajjiżi tal-UE fil-ġlieda kontra l-frodiKooperazzjoni mas-sħab investigattiviKooperazzjoni mal-korpi tal-pulizija, il-korpi amministrattivi u dawk ġudizzjarji, fl-UE u lil hinn minnha Kisbiet ewlenin Sa mit-twaqqif tiegħu fl-1999, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (l-OLAF) għamel impatt sinifikanti fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE mill-frodi u l-irregolaritajiet. Permezz ta’ investigazzjonijiet indipendenti, l-OLAF jipproteġi l-kompetittività u t-tkabbir tal-Ewropa, is-saħħa u s-sikurezza tal-Ewropej, u l-ambjent. Dan jiżgura li l-fondi tal-UE jmorru fejn jappartjenu: it-titjib tal-ħajja taċ-ċittadini u l-appoġġ għal setturi ewlenin bħall-agrikoltura, l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-ambjent u l-industrija.Minbarra l-investigazzjonijiet, l-UE stabbiliet politiki u azzjonijiet kontra l-frodi biex ittejjeb l-effettività tal-ġlieda kontra l-frodi. Bis-saħħa tal-għarfien espert tiegħu, l-OLAF jappoġġa lill-istituzzjonijiet tal-UE fl-iżvilupp ta’ qafas legali sod li joffri protezzjoni akbar għall-baġit tal-UE u għall-flus tal-kontribwenti.Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jirċievu appoġġ finanzjarju għall-ġlieda kontra l-frodi permezz tal-Programm tal-Unjoni Kontra l-Frodi, b’mod partikolari appoġġ tekniku, appoġġ operazzjonali għal investigazzjonijiet, taħriġ speċjalizzat u attivitajiet ta’ riċerka.Għodda bbażata fuq il-web, is-Sistema ta’ Notifika ta’ Frodi tippermetti liċ-ċittadini jirrapportaw il-frodi online, bi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE, b’mod anonimu.Fl-2021, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-EPPO) beda l-operazzjonijiet tiegħu. Dan huwa l-uffiċċju indipendenti tal-prosekuzzjoni pubblika tal-UE, responsabbli mill-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u t-tressiq quddiem il-qorti ta’ reati kontra l-interessi finanzjarji tal-UE. Taħt il-lenti L-ebda flus għall-għasel falz“Mix-xehda” kienet azzjoni kkoordinata mill-UE mmirata lejn l-importazzjonijiet tal-għasel fl-UE. Dan tmexxa mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, mal-awtoritajiet nazzjonali ta’ 18-il pajjiż li huma parti min-Network tal-UE dwar il-Frodi Alimentari, l-OLAF u ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea. Huma ħadmu biex jidentifikaw għasel li kien inbidel artifiċjalment b’ġuleppijiet taz-zokkor irħas miżjuda qabel ma laħqu s-swieq tal-UE. L-OLAF appoġġa l-operazzjoni billi għen fl-investigazzjonijiet u fit-twettiq ta’ kontrolli fuq il-post. Instab li 133 negozju (70 importatur u 63 esportatur) kienu involuti f’kunsinni ta’ għasel suspettati b’adulterazzjoni. L-aħħar aħbarijiet 5 Diċembru 2025OLAF awarded for protecting industrial and intellectual property rights in Europe27 Novembru 2025Major seizures of hazardous toys by EU customs authorities under OLAF’s leadAra kollox l-aktar riċentiL-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-FrodiIrrapporta frodi lill-OLAFRapporti annwali tal-OLAF
L-Unjoni Ewropea tistinka biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha billi tinvestiga l-frodi, il-korruzzjoni, u kwalunkwe attività illegali oħra li tista’ taffettwa l-baġit tagħha. Biex jappoġġa dan, fl-1999 ġie stabbilit l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (l-OLAF). Il-missjoni tal-OLAF hija li jidentifika, jinvestiga u jwaqqaf l-użu frodulenti tal-fondi tal-UE u reati oħra li jaffettwaw il-baġit tal-UE, kif ukoll imġiba ħażina serja mill-persunal u l-membri tal-istituzzjonijiet tal-UE. L-OLAF jiżviluppa u jimmonitorja wkoll il-leġiżlazzjoni u l-politiki kontra l-frodi. Dawn l-isforzi jgħinu biex ikun żgurat li l-flus tal-kontribwenti tal-UE jilħqu l-proġetti li huma maħsuba għalihom u li d-dħul tal-UE jkun protett b’mod adegwat.
Investigazzjonijiet amministrattivi interniL-investigazzjoni ta’ kondotta serjament ħażina minn membri u persunal tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE
Politiki għall-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tal-frodiSir af kif l-OLAF ifassal il-politiki tal-UE kontra l-frodi
Programm tal-Unjoni Kontra l-FrodiAppoġġ finanzjarju u tekniku lill-pajjiżi tal-UE fil-ġlieda kontra l-frodi
Kooperazzjoni mas-sħab investigattiviKooperazzjoni mal-korpi tal-pulizija, il-korpi amministrattivi u dawk ġudizzjarji, fl-UE u lil hinn minnha
L-ebda flus għall-għasel falz“Mix-xehda” kienet azzjoni kkoordinata mill-UE mmirata lejn l-importazzjonijiet tal-għasel fl-UE. Dan tmexxa mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, mal-awtoritajiet nazzjonali ta’ 18-il pajjiż li huma parti min-Network tal-UE dwar il-Frodi Alimentari, l-OLAF u ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea. Huma ħadmu biex jidentifikaw għasel li kien inbidel artifiċjalment b’ġuleppijiet taz-zokkor irħas miżjuda qabel ma laħqu s-swieq tal-UE. L-OLAF appoġġa l-operazzjoni billi għen fl-investigazzjonijiet u fit-twettiq ta’ kontrolli fuq il-post. Instab li 133 negozju (70 importatur u 63 esportatur) kienu involuti f’kunsinni ta’ għasel suspettati b’adulterazzjoni.