X’tagħmel l-UE
Is-suq uniku Ewropew hu wieħed mill-akbar kisbiet tal-UE. Bil-garanzija tal-moviment liberu tal-merkanzija, tal-kapital, tas-servizzi, u tax-xogħol u n-nies, dan iġġenera tkabbir ekonomiku u għamel il-ħajja ta’ kuljum tan-negozji u tal-konsumaturi Ewropej aktar faċli.
Dan hu maħsub biex joħloq żona ekonomika mingħajr fruntieri ħalli n-nies u n-negozji jkunu jistgħu joperaw liberament, trawwem it-tkabbir ekonomiku u tkun vantaġġuża għall-konsumaturi b’għażla akbar u bi prezzijiet orħos.
Is-suq uniku jinkludi s-27 Stat Membru tal-UE u lin-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein (permezz taż-Żona Ekonomika Ewropea).

Fatti dwar is-suq uniku
Oqsma ta’ azzjoni
Pjan biex is-suq uniku jsir aktar sempliċi, bla xkiel u b’saħħtu – naħtfu l-potenzjal kollu tiegħu għall-benefiċċju tan-nies u n-negozji
Skopri kif l-UE qed tiffaċilita l-moviment liberu tal-merkanzija, filwaqt li tiżgura livell għoli tas-sikurezza u l-ħarsien tal-ambjent
Sir af kif l-UE qed tneħħi l-ostakli biex tgħin lin-negozji jipprovdu servizzi lil hinn mill-fruntieri
Pjan ġdid biex jiġu ssimplifikati r-regoli tas-suq uniku u titnaqqas il-burokrazija
Insawru unjoni tas-swieq kapitali biex tgħin lin-negozji ż-żgħar u tagħmel l-Ewropa aktar attraenti għall-investituri
Nibnu s-suq uniku diġitali, b’regoli komuni għat-telekomunikazzjoni, id-drittijiet tal-awtur, il-protezzjoni tad-data, u l-bqija
Kisbiet ewlenin
- Għal aktar minn 30 sena, is-suq uniku għen biex jagħmel il-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini u n-negozji aktar faċli, u fetaħ il-bibien biex l-oġġetti, is-servizzi, in-nies u l-flus jiċċaqalqu liberament madwar l-UE.
- Bis-saħħa tas-suq uniku, iċ-ċittadini tal-UE jistgħu jistudjaw, jgħixu, jixtru, jaħdmu u jirtiraw fi kwalunkwe Stat Membru tal-UE u jgawdu prodotti mill-Ewropa kollha.
- Il-kumpaniji jistgħu jwessgħ l-operazzjonijiet tagħhom, filwaqt li l-kompetizzjoni tgħin biex jorħsu l-prezzijiet u tiżdied l-għażla għall-konsumaturi.
- Permezz tas-suq uniku, in-nies fl-UE jistgħu jgawdu prezzijiet orħos, aktar innovazzjoni u żvilupp teknoloġiku malajr, u standards ogħla tas-sikurezza u l-ħarsien ambjentali.
- Is-suq uniku jixpruna l-PDG, jappoġġa miljuni ta’ impjiegi, u jgħin lill-UE tikkompeti fid-dinja billi tattira l-investiment u ssaħħaħ il-ktajjen tal-provvista.
- Is-suq uniku żied il-PDG tal-UE bi 3-4% u ħoloq 3.6 miljun impjieg ġdid minn mindu ġie stabbilit fl-1993.
Taħt il-lenti
L-istituzzjonijiet tal-UE qablu li jniedu l-Pjan għal Ewropa Waħda, għal Suq Wieħed li se jgħin biex imexxi l-aġenda tal-kompetittività tal-UE ’l quddiem. Dan il-Pjan, iffirmat mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill tal-UE u mill-Kummissjoni Ewropea, jistabbilixxi azzjonijiet u miri konkreti għal ftehimiet, sa tmiem l-2027, li se jixprunaw it-tkabbir ekonomiku tal-Ewropa. B’mod partikolari, dan il-Pjan jistabbilixxi miri għal proposti leġiżlattivi u qbil bejn il-koleġiżlaturi, u analiżijiet kull tliet xhur għall-monitoraġġ tal-progress.

Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 24 April 2026