X’qed tagħmel l-UE
L-isfidi li qed jikbru bħat-tibdil fil-klima, l-intelliġenza artifiċjali u t-tensjonijiet ġeopolitiċi qed ibiddlu d-dinja li ngħixu fiha. Sabiex jirnexxu f’dan ix-xenarju l-ġdid, jeħtieġ li niżguraw li l-Ewropa tkun post fejn it-tkabbir u l-innovazzjoni jistgħu jkomplu jitrawmu.
Il-Kummissjoni qed tqiegħed il-kompetittività fil-qalba tal-aġenda ekonomika tagħha biex tiżgura li n-negozji Ewropej ikunu jistgħu jirnexxu fis-suq globali u biex twassal prosperità sostenibbli għan-nies kollha fl-UE.
Il-ħidma tal-Kummissjoni f’dan il-qasam hija ggwidata mir-rapport ta’ Draghi u l-Boxxla għall-Kompetittività.

Eżiti mistennija
Oqsma ta’ azzjoni
Il-pjan direzzjonali tagħna biex inqajmu mill-ġdid id-dinamiżmu tal-Ewropa u nagħtu spinta lit-tkabbir ekonomiku
Id-direzzjonar tal-investimenti tul il-ktajjen tal-valur strateġiċi fil-pajjiżi tal-UE kollha
Kif qed inbiddlu d-dekarbonizzazzjoni f’mutur tat-tkabbir għall-industriji Ewropej
Il-pjan tagħna li nnaqqsu d-diskrepanzi bejn ix-xogħol u l-ħiliet li qed iżommu lura t-tkabbir Ewropew
Il-ħolqien ta’ opportunitajiet finanzjarji aħjar għaċ-ċittadini tal-UE, filwaqt li n-negozji madwar l-Ewropa jkunu jistgħu jikbru
It-tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq il-kumpaniji tal-UE biex in-negozju jsir aktar faċli u aktar rapidu
Rapport storiku dwar kif l-Ewropa tista’ terġa’ tistabbilixxi l-kompetittività tagħha
Il-kisbiet ewlenin
- L-UE tipprovdi qafas stabbli u sigur għall-kumpaniji li jiżviluppaw teknoloġiji diġitali, permezz ta’ miżuri bħall-Atti dwar id-Data u l-Governanza tad-Data, l-Att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika u l-Att dwar l-IA.
- Aktar minn wieħed f’kull ħames teknoloġiji nodfa tad-dinja huma żviluppati fl-UE, u l-Ewropa hija mexxejja dinjija fl-iżvilupp ta’ turbini eoliċi, elettrolizzaturi u fjuwils b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju.
- L-UE għandha network ta’ ftehimiet kummerċjali li huwa l-akbar u l-aktar li qed jikber b’rata mgħaġġla fid-dinja, li jkopri 76 pajjiż. Aħna s-sieħeb kummerċjali numru wieħed għal 72 pajjiż, li jirrappreżentaw 38 % tal-PDG dinji. Fl-2022, il-valur tal-kummerċ tal-UE permezz ta’ ftehimiet ta’ kummerċ ħieles mas-sħab globali qabeż iż-€2 triljun għall-ewwel darba.
- Il-Kummissjoni stabbiliet miri ambizzjużi biex tnaqqas ir-rekwiżiti ta’ rapportar b’mill-inqas 25 % għall-kumpaniji kollha u b’mill-inqas 35 % għall-SMEs, u biex eventwalment tespandi dan it-tnaqqis għat-tipi kollha ta’ piż amministrattiv. Dan huwa parti minn sforz bla preċedent tal-UE għas-simplifikazzjoni, bil-għan li jħeġġeġ id-dinamiżmu tan-negozju u jattira investiment addizzjonali lejn l-Ewropa.
- L-UE għandha grupp kbir ta’ ħaddiema tas-sengħa, sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ b’saħħithom, u stat soċjali robust. Illum aktar minn 216.5 miljun persuna, jew aktar minn 75 % tal-popolazzjoni, huma impjegati, aktar milli fi kwalunkwe żmien ieħor fl-istorja tal-UE.
Taħt il-lenti
L-istituzzjonijiet tal-UE qablu li jniedu l-Pjan Direzzjonali għal Ewropa Waħda, Suq Wieħed li se jgħin javvanza l-aġenda tal-kompetittività tal-UE. Il-pjan direzzjonali, li ġie ffirmat mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill tal-UE u mill-Kummissjoni Ewropea, jistabbilixxi azzjonijiet u miri konkreti għall-ftehimiet, sa mhux aktar tard minn tmiem l-2027, li se jagħtu spinta lit-tkabbir ekonomiku tal-Ewropa. B’mod partikolari, il-pjan direzzjonali jistabbilixxi miri għal proposti leġiżlattivi u ftehim mill-koleġiżlaturi, u rieżamijiet trimestrali għall-monitoraġġ tal-progress.

Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 29 Mejju 2026