Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

X’tagħmel l-UE

L-approfondiment u t-twessigħ tas-sħubijiet kummerċjali tagħna ma’ pajjiżi terzi jgħinuna biex

  • niftħu swieq ġodda għall-esportazzjonijiet tal-UE, nappoġġaw l-impjiegi fl-UE, u nagħtu spinta lill-kompetittività
  • niddiversifikaw is-sorsi tal-provvista, u hekk niżguraw aċċess affidabbli għall-affarijiet li neħtieġu, inkluża l-materja prima
  • nindirizzaw ir-riskji għas-sigurtà b’mod aktar effettiv, u
  • insaħħu s-sostenibbiltà fl-UE u madwar id-dinja

Il-kummerċ tal-UE f’ċifri

44 L-UE għandha 44 ftehim kummerċjali preferenzjali ma’ 76 pajjiż
630,000 Aktar minn 630,000 kumpanija Ewropea jesportaw barra mill-UE, inklużi aktar minn 600,000 kumpanija żgħira u ta’ daqs medju
€24 biljun Il-ftehimiet kummerċjali tal-UE jiffrankaw lill-Ewropej €24 biljun f’dazji doganali kull sena

Oqsma ta’ azzjoni

Ngħinu lill-kumpaniji ż-żgħar jagħmlu l-aħjar użu mill-ftehimiet kummerċjali tal-UE

Ir-rwol tal-UE fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, u l-ideat tagħna dwar ir-riforma

Ara t-testi li l-UE ressqet fin-negozjati kummerċjali

Kif l-UE tinforza r-regoli internazzjonali u tipproteġi lin-negozji Ewropej minn kummerċ inġust

Il-kisbiet ewlenin

  • In-network ta’ 44 ftehim kummerċjali preferenzjali li l-UE għandha ma’ 76 sieħeb madwar id-dinja jipprovdi opportunitajiet għall-kumpaniji tal-UE fi swieq barranin. Dan joffri sigurtà tal-provvista għall-ktajjen tal-valur tal-UE. Jappoġġa wkoll l-impenji internazzjonali tal-UE dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli.
  • L-UE hija l-akbar esportatur fid-dinja ta’ oġġetti manifatturati u servizzi.
  • Aktar minn 30 miljun persuna fl-UE jaħdmu f’impjiegi relatati mal-esportazzjonijiet tal-UE.
  • 16-il miljun impjieg Ewropew jiddependu fuq investiment minn kumpaniji mhux tal-UE fl-UE.
  • L-UE tirrappreżenta 16.3% tal-kummerċ dinji totali f’oġġetti u servizzi, aktar miċ-Ċina u mill-Istati Uniti.
  • Il-miżuri tal-UE għad-difiża tal-kummerċ jindirizzaw il-prattiki kummerċjali inġusti u b’hekk jipproteġu lil aktar minn 550,000 impjieg Ewropew.
  • Il-ftehim kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Uniti reġa’ ġab l-istabbiltà u l-prevedibbiltà fir-relazzjonijiet kummerċjali u fl-investimenti bejn l-UE u l-Istati Uniti, u minn dan gawdew iċ-ċittadini u n-negozji fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku. 

Taħt il-lenti

Avvenimenti

Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 29 Jannar 2026