Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Dikjarazzjoni tal-aċċessibbiltà

Sit web tal-Kummissjoni Ewropea

Din id-dikjarazzjoni tapplika għall-kontenut ippubblikat fuq: https://commission.europa.eu

Ma tapplikax għall-kontenut jew għas-siti web l-oħra li hemm fis-subdominji tiegħu. Dawk is-siti web u l-kontenut tagħhom għandhom id-dikjarazzjoni tal-aċċessibbiltà speċifika tagħhom.

Dan is-sit web imexxih id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Tfassal biex jużawh kemm jista’ jkun nies, inkluż il-persuni b’diżabbiltà.

Għalhekk tista’:

  • tkabbar l-iskrin sa 200% faċilment,
  • iżżur ħafna mis-sit web bit-tastiera biss, u
  • iżżur ħafna mis-sit web b’qarrej tal-iskrin modern u b’software li jagħraf id-diskors (fuq kompjuter jew mowbajl).

Dan is-sit web tfassal skont l-istandard tekniku għas-siti web u l-apps tal-mowbajl, EN 301 549 v.3.2.1. Jimxi mill-qrib mal-livell “AA” tal-verżjoni 2.1 tal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG).

Status tal-konformità

Josserva parzjalment l-istandard tekniku EN 301 549 v.3.2.1 u jimxi mal-livell “AA” tal-verżjoni 2.1 tal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG). Għal aktar dettalji ara “Kontenut mhux aċċessibbli”.

Is-sit web ġie ttestjat l-aħħar fil-25/10/2024.

Tħejjija ta’ din id-dikjarazzjoni

Din id-dikjarazzjoni tħejjiet fl-10 ta' Novembru 2025.

Id-dikjarazzjoni tistrieħ fuq analiżi ta’ kampjun rappreżentattiv tal-paġni web minn espert tal-aċċessibbiltà kkwalifikat fl-IAAP, b’taħlita ta’ ttestjar manwali u awtomatizzat.

Rispons

Napprezzaw ir-rispons tiegħek dwar l-aċċessibbiltà tas-sit web tal-Kummissjoni Ewropea. Jekk issib xi xkiel fl-aċċessibbiltà, ikkuntattjana:

  • bit-telefown: 00 800 6 7 8 9 10 11
  • bil-formola tal-kuntatt: Iktbilna mingħajr ma tagħti informazzjoni sensittiva, eż. informazzjoni li tiżvela informazzjoni finanzjarja personali, informazzjoni relatata mas-saħħa, jew xi suġġett sensittiv ieħor.

Aħna nippruvaw inwieġbu r-rispons fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta jasal għand id-dipartiment responsabbli tal-Kummissjoni.

Kompatibbiltà ma’ browsers u teknoloġija assistiva

Is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea tfassal biex ikun kompatibbli mal-aktar teknoloġiji assistivi użati li ġejjin:

  • l-aħħar verżjoni tal-browsers Google Chrome, Microsoft Edge, Mozilla Firefox u Apple Safari;
  • u mal-aħħar verżjonijiet tal-NVDA, il-VoiceOver u t-TalkBack.

Speċifikazzjonijiet tekniċi

L-aċċessibbiltà tas-sit web tal-Kummissjoni Ewropea tiddependi fuq it-teknoloġiji li ġejjin biex tkun tista’ taħdem bil-kombinament partikolari ta’ browser u teknoloġija assistiva jew plugin installati fuq il-kompjuter tiegħek:

  • HTML
  • WAI-ARIA
  • CSS
  • JavaScript

Kontenut mhux aċċessibbli

Minkejja l-aħjar sforzi tagħna biex niżguraw l-aċċessibbiltà tas-sit web tal-Kummissjoni Ewropea, nifhmu li hemm xi limitazzjonijiet, u qed naħdmu biex nirranġawhom. Hawn taħt hawn deskrizzjoni tal-limitazzjonijiet magħrufin u tas-soluzzjonijiet potenzjali. Jekk issib xi waħda li ma tissemmiex hawn taħt, nitolbuk tikkuntattjana.

Limitazzjonijiet magħrufa fis-sit web tal-Kummissjoni Ewropea:

  1. Il-videoplayer – aċċessibbiltà bit-tastiera: Nafu li hemm xi diffikultajiet fl-aċċessibbiltà bit-tastiera għall-videoplayer tagħna (meta tiġi biex tagħżel il-lingwa tal-caption mill-menù, ma tistax tuża l-vleġeġ tat-tastiera biex tmur minn lingwa għall-oħra, u jkollok tuża l-buttuna TAB).
  2. Il-captions: Xi filmati għandhom captions miftuħa li ma jidentifikawx lill-kelliema b’mod ċar.
  3. Id-deskrizzjoni tal-audio: Il-videos fuq dan is-sit web m’għandhomx deskrizzjoni tal-audio.
  4. Il-graphs u ċ-charts – l-użu tal-kulur: Uħud mill-graphs u ċ-charts fuq is-sit web jiddependu biss fuq il-kulur biex jikkomunikaw l-informazzjoni, u dan ifixkel lill-persuni daltoniċi. Fiċ-charts li t-tikketti tagħhom ma jkunux assoċjati viżwalment mat-taqsima kkulurita korrispondenti, meta l-utent jagħfas fuq xi tikketta tal-leġġenda, dan iwassal biex il-linja, l-iżbarra jew it-taqsima korrispondenti tiġi attivata jew diżattivata, u b’hekk l-utent ikun jista’ jinduna għal liema parti taċ-chart tappartjeni t-tikketta. Din qed nippjanaw li nsolvuha matul l-2025.
  5. Il-ġerarkija tal-intestaturi: Xi intestaturi ma jsegwux il-ġerarkija korretta tal-intestatura, li tista’ tikkawża problemi għall-utenti tal-qarrejja tal-iskrin. Din qed nippjanaw li nsolvuha sal-aħħar tal-2025.
  6. Iċ-chart tal-organizzazzjoni: Il-verżjoni attwali taċ-chart tal-organizzazzjoni mhix aċċessibbli għal persuni li jużaw il-qarrej tal-iskrin jew li jiddependu fuq in-navigazzjoni bit-tastiera. Il-Whoiswho hi alternattiva aċċessibbli għal ħafna mill-kontenut tagħha.
  7. Animazzjonijiet: Xi paġni fihom animazzjonijiet, bħal graphs animati, li la jistgħu jitwaqqfu għal ftit jew għalkollox u lanqas jinħbew. Din qed nippjanaw li nsolvuha matul l-2025.
  8. Effetti parallaċi: Xi paġni fihom effetti parallaċi li jistgħu jikkawżaw sturdament, nawżja, u żbilanċ lill-persuni b’sensittività tal-moviment.
  9. Immaġnijiet: Xi immaġnijiet dekorattivi huma mmarkati bħala immaġnijiet informattivi mingħajr alternattiva tat-test. Qed nippjanaw li nsolvuha sa Frar 2026.
  10. Links: Il-links tal-immaġnijiet f’lista tal-links għal album tal-filmati mhux dejjem ikollhom alternattiva tat-test xierqa. Qed nippjanaw li nsolvuha sa Frar 2026.
  11. Il-widget tat-tiftix: Fit-tieqa tad-dijalog modali li tfeġġ wara xi tiftixa fis-sit, il-kexxun tal-input m’għandux tikketta. Qed nippjanaw li nsolvuha sal-aħħar tal-2025.