Skopri l-Kummissjoni Ewropea fi Brussell. Ħu sehem f’wirja interattiva — Experience Europe — jew f’sessjoni ta’ informazzjoni fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi biex issir taf kif taħdem il-Kummissjoni u x’inhuma l-politiki u l-prijoritajiet ewlenin tagħha. Id-dħul huwa bla ħlas.
Experience EuropeWirja interattiva- Wirja tip walk-in għal individwi, familji u gruppi
- Attivitajiet edukattivi
- Miftuħa 7 ijiem fil-ġimgħa
- Prenotazzjoni rakkomandata għal gruppi ta’ aktar minn 10 persuni
Iċ-Ċentru tal-ViżitaturiSessjonijiet ta’ informazzjoni- Disponibbli għal gruppi ta’ aktar minn 15-il persuna
- Iltaqa’ mal-uffiċjali tal-UE u skopri l-ħidma tagħhom ta’ kuljum
- Miftuħ matul il-ġimgħa
- Prenotazzjoni meħtieġa
Aktar informazzjoni dwar iċ-Ċentru għall-Viżitaturi
Jum l-Ewropa

Kull sena l-Kummissjoni tiċċelebra Jum l-Ewropa billi tiftaħ il-bibien tagħha għall-pubbliku. Fil-kwartieri ġenerali tagħha, il-bini Berlaymont fi Brussell, tilqa’ eluf ta’ persuni li jingħataw l-opportunità li jiltaqgħu mal-persunal, jiskopru kif taħdem il-Kummissjoni u jieħdu sehem f’attivitajiet, wirjiet u diskussjonijiet dwar l-UE.
Tgħallem dwar l-oriġini ta’ Jum l-Ewropa, li jiġi kkommemorat fid-9 ta’ Mejju, u kif il-Kummissjoni ċċelebratu fl-2026.
Ma tistax tistenna żjara? 🤓Ara kemm taf bi kwiżż dwar il-Kummissjoni Ewropea.