Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Il-midja soċjali: ingħaqad mal-Kummissjoni Ewropea

Segwi lill-Kummissjoni fuq il-midja soċjali

Il-Kummissjoni Ewropea tippreżenta ħidmietha fuq bosta mezzi tal-midja soċjali mill-aktar użati. Nistidnuk tagħti sehmek fil-konverżazzjonijiet li jkollna fuq il-profili tagħna u li xxerred il-kontenut tagħna.

Il-politika tal-moderazzjoni tal-midja soċjali

Aħna nieħdu pjaċir naqraw fehmiet u opinjonijiet differenti iżda ma naċċettawx kummenti offensivi jew li jistgħu jweġġgħu lil ħaddieħor. 

Nitolbuk tkun rispettuż fi kliemek u tevita l-lingwaġġ xewwiexi, insulenti jew offensiv. Nitolbuk tirrispetta lill-parteċipanti l-oħra u l-prinċipji fundamentali komuni tagħna lkoll. Aħna nistmerru r-razziżmu, il-ksenofobija, u d-diskriminazzjoni ta’ kull tip (minħabba r-reliġjon, l-oriġini etnika, il-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, u l-bqija.). Ma nittolleraw l-ebda inċitament għall-vjolenza. U għalhekk il-kontenut li jikser il-politika tal-moderazzjoni tagħna se jitneħħa.

Nitolbuk iżżomm mas-suġġett tal-posts tagħna. L-ispam ma nittollerawhx u se nneħħu kull kumment b’links suspettużi. Nitolbuk ukoll tevita li taqasm informazzjoni qarrieqa, speċjalment jekk din tista’ tagħmel ħsara lil ħaddieħor jew tkun maħsuba għall-gwadann personali.  

Nemmnu ferm li l-paġna tagħna għandha tkun spazju sikur u akkoljenti, fejn kulħadd jista’ jħossu komdu jaqsam fehmietu.  Għalhekk jaf ikollna naħbu jew inneħħu xi kummenti, u l-parteċipanti li jiksru ripetutament il-politika tal-moderazzjoni tagħna jistgħu jitneħħew għalkollox.

L-intenzjoni tagħna hi li nwieġbu kemm jista’ jkun mistoqsijiet fl-iqsar żmien possibbli. Ma weġibniex il-mistoqsija tiegħek? Jekk jogħġbok comm-social-media-teamatec [dot] europa [dot] eu (għarrafna).

Drittijiet tal-awtur

Il-kontenut fil-profili tal-midja soċjali tal-Kummissjoni Ewropea hu soġġett għall-avviż standard dwar id-drittijiet tal-awtur.

Mistoqsijiet?

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar il-Kummissjoni Ewropea u l-attivitajiet tagħha, tista’ tikkuntattjana.

Ċaħda tar-responsabbiltà

L-ideat u l-fehmiet espressi mill-Kummissjoni Ewropea fuq il-midja soċjali huma għal skopijiet ta’ informazzjoni biss. L-ebda komunikazzjoni fuq il-midja soċjali m’għandha titqies li tikkostitwixxi avviż legali jew uffiċjali f’isem il-Kummissjoni Ewropea.

Protezzjoni tad-data fuq il-midja soċjali

Il-Kummissjoni Ewropea tuża l-midja soċjali biex tippreżenta ħidmietha. Il-profili tal-midja soċjali tal-Kummissjoni Ewropea tista’ taċċessahom direttament mis-sit web tagħna.  

Il-buttuni tal-midja soċjali fuq is-sit web tagħna ma jerfgħux id-data tiegħek, u ma jibagħtukx f’xi siti esterni, sakemm ma tkunx għafast fuqhom inti stess. Meta tagħmel dan, inti se tintalab taċċetta l-politiki tal-cookies ta’ dawk il-pjattaformi.  

Kull pjattaforma tal-midja soċjali (bħal YouTube, X, LinkedIn, Facebook, Instagram, u oħrajn) għandha l-mod tagħha kif tittratta d-data personali tiegħek. Jekk imħasseb fuq il-mod kif il-pjattaformi tal-midja soċjali qed jużaw id-data tiegħek, tajjeb taqra l-politiki tal-privatezza tagħhom qabel tużahom.  

Jekk tixtieq tkun taf aktar dwar il-politika tal-privatezza b’rabta mal-preżenza tagħna fuq il-midja soċjali, aqra d-dikjarazzjoni tal-privatezza [PDF] tagħna.