X’tagħmel l-UE Skont id-dritt tal-UE, il-politika ekonomika titqies bħala “kwistjoni ta’ interess komuni”. L-UE stabbiliet qafas ta’ governanza ekonomika biex timmonitorja, tipprevjeni u tikkoreġi x-xejriet ekonomiċi fl-UE li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv l-ekonomiji nazzjonali, iż-żona tal-euro jew l-UE kollha. F’dan il-qafas, b’mod partikolari permezz tas-Semestru Ewropew, l-UE tiggwida u tikkoordina l-politiki makroekonomiċi biex tippromwovi t-tkabbir sostenibbli fl-UE, fiż-żona tal-euro, u fl-Istati Membri. Dan jiżgura wkoll l-istabbiltà fiskali u finanzjarja fl-UE.Biex tinforma t-tfassil tal-politiki ekonomiċi, il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi tbassir ekonomiku u twettaq stħarriġ fost in-negozji u l-konsumaturi. It-tbassir ekonomiku, ippubblikat kull sena fir-rebbiegħa u l-ħarifa, ikopri firxa wiesgħa ta’ varjabbli makroekonomiċi u fiskali għal kull Stat Membru, pajjiż kandidat u pajjiż tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA, European Free Trade Association) u għall-ekonomiji avvanzati u emerġenti ewlenin l-oħra. L-istħarriġ armonizzat regolari fost in-negozji u l-konsumaturi jkopri setturi differenti tal-ekonomiji fl-UE u fil-pajjiżi kandidati.Barra minn hekk, l-UE flimkien mal-Istati Membri kollha timplimenta l-għodda ewlenija ta’ rkupru tagħha, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF, Recovery and Resilience Facility) b’valur ta’ €650 biljun. L-għan tagħha huwa li tagħmel l-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħna aktar sostenibbli, aktar reżiljenti u aktar allinjati mat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali.Lil hinn mill-UE, l-UE tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lill-pajjiżi sħab, fosthom lil 10 sħab tat-tkabbir u tal-viċinat, u b’hekk tgħin lill-ekonomiji tagħhom jistabbilizzaw ruħhom fi żminijiet diffiċli. L-UE tippromwovi wkoll il-pożizzjonijiet ekonomiċi tagħha fil-livell dinji billi tinvolvi ruħha ma’ awtoritajiet u istituzzjonijiet nazzjonali u internazzjonali ewlenin. L-euro, bħala t-tieni l-aktar munita importanti fid-dinja, isaħħaħ l-ekonomiji u s-sistemi finanzjarji taż-żona tal-euro biex ikunu jifilħu għal xokkijiet tal-kambju, inaqqas id-dipendenza fuq muniti oħra u jnaqqas l-ispejjeż għad-ditti tal-UE. L-UE tappoġġa lill-Istati Membri mhux fiż-żona tal-euro fl-isforzi tagħhom biex jissodisfaw il-kriterji ħalli jadottaw l-euro. Ċifri ewlenin €650 biljunGħall-finanzjament ta’ tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, riformi u investiment fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza29.8 biljunKarti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni (€1,568 biljun) fi Frar 202511L-għadd ta’ pajjiżi li bbenefikaw mill-assistenza makrofinanzjarja tal-UE Oqsma ta’ azzjoniTbassir ekonomikuL-aktar tbassir komprensiv riċenti li jkopri l-indikaturi makroekonomiċi u fiskali ewleninIs-Semestru EwropewKoordinazzjoni annwali tal-politiki ekonomiċi u soċjali tal-UEIl-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF)Strument temporanju biex l-UE ssir aktar b’saħħitha u aktar reżiljenti wara l-COVIDL-euroIl-munita unika tal-UE użata f’21 pajjiż tal-UE Kisbiet ewlenin L-UE tidentifika, tipprevjeni u tindirizza fi stadju bikri l-iżbilanċi makroekonomiċi potenzjalment dannużi li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv l-istabbiltà ekonomika fi Stat Membru partikolari, fiż-żona tal-euro, jew fl-UE kollha.L-UE qed tinvesti u timplimenta riformi għall-benefiċċju taċ-ċittadini, tan-negozji u tal-ambjent tagħha. Permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Kummissjoni Ewropea tiġbor fondi biex tappoġġa lill-Istati Membri ħalli jiffinanzjaw riformi u investimenti ambizzjużi.L-UE tirrappreżenta l-interessi ekonomiċi tal-UE fil-livell dinji. Bħala qawwa ekonomika dinjija, l-UE taqdi rwol kostruttiv fit-tfassil tar-rispons tal-komunità internazzjonali għall-isfidi ekonomiċi l-aktar urġenti. Taħt il-lenti Il-Bulgarija tissieħeb fiż-żona tal-euroFl-1 ta’ Jannar 2026, il-Bulgarija adottat l-euro bħala l-munita uffiċjali tagħha. B’hekk saret il-21 pajjiż tal-UE li ssieħeb fiż-żona tal-euro u li adotta l-euro. Dan huwa pass sinifikanti fl-integrazzjoni tal-Bulgarija fl-UE għax joffrilha stabbiltà ekonomika aqwa u jippermettilha tintegra aktar mal-bqija tal-Ewropa. L-euro huwa simbolu tal-għaqda u s-solidarjetà tal-UE li se jipprovdi benefiċċji għas-soċjetà u l-ekonomija Bulgari. Skopri aktar L-aktar aħbarijiet riċenti News announcement20 Mejju 2025Flash Consumer Confidence Indicator1 min qariSee all Avvenimenti 29Jan2026Konferenzi u summitsResearch Conference: Understanding the impact of the Recovery and Resilience Facility03Feb2026Taħriġ u workshopsWorkshop: Adapting public finances to the emerging spending needsAktar avvenimenti Links relatati Id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u FinanzjarjiFinanzjament
Skont id-dritt tal-UE, il-politika ekonomika titqies bħala “kwistjoni ta’ interess komuni”. L-UE stabbiliet qafas ta’ governanza ekonomika biex timmonitorja, tipprevjeni u tikkoreġi x-xejriet ekonomiċi fl-UE li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv l-ekonomiji nazzjonali, iż-żona tal-euro jew l-UE kollha. F’dan il-qafas, b’mod partikolari permezz tas-Semestru Ewropew, l-UE tiggwida u tikkoordina l-politiki makroekonomiċi biex tippromwovi t-tkabbir sostenibbli fl-UE, fiż-żona tal-euro, u fl-Istati Membri. Dan jiżgura wkoll l-istabbiltà fiskali u finanzjarja fl-UE.Biex tinforma t-tfassil tal-politiki ekonomiċi, il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi tbassir ekonomiku u twettaq stħarriġ fost in-negozji u l-konsumaturi. It-tbassir ekonomiku, ippubblikat kull sena fir-rebbiegħa u l-ħarifa, ikopri firxa wiesgħa ta’ varjabbli makroekonomiċi u fiskali għal kull Stat Membru, pajjiż kandidat u pajjiż tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA, European Free Trade Association) u għall-ekonomiji avvanzati u emerġenti ewlenin l-oħra.
Tbassir ekonomikuL-aktar tbassir komprensiv riċenti li jkopri l-indikaturi makroekonomiċi u fiskali ewlenin
Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF)Strument temporanju biex l-UE ssir aktar b’saħħitha u aktar reżiljenti wara l-COVID
Il-Bulgarija tissieħeb fiż-żona tal-euroFl-1 ta’ Jannar 2026, il-Bulgarija adottat l-euro bħala l-munita uffiċjali tagħha. B’hekk saret il-21 pajjiż tal-UE li ssieħeb fiż-żona tal-euro u li adotta l-euro. Dan huwa pass sinifikanti fl-integrazzjoni tal-Bulgarija fl-UE għax joffrilha stabbiltà ekonomika aqwa u jippermettilha tintegra aktar mal-bqija tal-Ewropa. L-euro huwa simbolu tal-għaqda u s-solidarjetà tal-UE li se jipprovdi benefiċċji għas-soċjetà u l-ekonomija Bulgari. Skopri aktar
29Jan2026Konferenzi u summitsResearch Conference: Understanding the impact of the Recovery and Resilience Facility