X’tagħmel l-UE L-Unjoni Ewropea taħdem biex ikollna garanzija li l-ikel kollu li nieklu fl-Ewropa ma jagħmlilniex ħsara. Ir-regoli tal-UE jistabbilixxu standards għoljin dwar kif l-ikel jiġi prodott, ipproċessat, ittrasportat, u mibjugħ. Il-katina tal-ikel hija koperta kollha kemm hi, sabiex l-ikel li jasal fil-platti tagħna mhux biss ma jagħmlilniex ħsara iżda nkunu nistgħu wkoll inkunu nafu s-sors tiegħu.Il-liġijiet tal-UE dwar is-sikurezza tal-ikel huma msejsin fuq il-pariri xjentifiċi tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, li tidentifika u tivvaluta r-riskji fl-ikel tagħna, kemm jekk ikunu ġejjin minn batterji kif ukoll jekk ikunu kkaġunati minn sustanzi kimiċi jew perikli oħrajn.Sabiex jiġi żgurat li dawn l-istandards jiġu rrispettati, il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet nazzjonali jwettqu kontrolli u spezzjonijiet regolari. Jekk tinqala’ problema, bħal bi prodotti kkontaminati, is-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF) tal-UE tippermetti lill-pajjiżi jaqsmu l-informazzjoni bejniethom u jirtiraw il-prodotti mhux sikuri mis-suq malajr.L-UE tuża wkoll għodod diġitali bħat-TRACES biex tittraċċa l-annimali u l-prodotti tal-ikel irrispettivament mill-fruntieri, u b’hekk tipprevjeni t-tixrid tal-mard u tmantni s-sikurezza tal-kummerċ.L-UE tiżgura wkoll li l-konsumaturi jkollhom l-informazzjoni t-tajba. Il-fatt li għandna regoli ċari dwar it-tikkettar tal-ikel ifisser li tista’ tara x’fih l-ikel tiegħek — mill-allerġeni sal-valuri nutrizzjonali u minn fejn jiġi. Jekk iseħħ inċident marbut mas-sikurezza tal-ikel, l-awtoritajiet jaġixxu malajr biex jgħarrfu lill-pubbliku u jikkoordinaw is-sejħiet lura meta dawn ikunu meħtieġa.Permezz tal-ftehimiet kummerċjali u l-kooperazzjoni globali tagħha, l-UE tippromwovi l-istess standards stretti tas-sikurezza tal-ikel internazzjonalment. B’dan il-mod, il-konsumaturi Ewropej jistgħu jserrħu rashom li l-ikel li jixtru, irrispettivament minn fejn ikun ġej, mhux se jagħmlilhom ħsara. Fatti dwar is-sikurezza tal-ikel 40 miljun impjieg fis-settur tal-ikel u tal-biedja tal-UE€154.9 miljun f’għotjiet għas-sikurezza tal-ikel ipprovduti lill-pajjiżi tal-UE u mhux tal-UE fl-2023Aktar minn 90 pajjiż jużaw il-pjattaforma TRACES biex jiżguraw is-sikurezza u t-traċċabbiltà tal-ikel L-oqsma ta’ azzjoniIt-tnaqqis tal-ħela tal-ikelIt-titjib tas-sostenibbiltà, is-sikurezza, u l-affordabbiltà tal-produzzjoni u l-konsum tal-ikelL-istandards tas-sikurezza tal-ikelIl-protezzjoni tal-konsumaturi b’regoli stretti, sorveljanza xjentifika, u twissijiet rapidiRegoli dwar is-saħħa tal-pjantiIl-prevenzjoni, il-monitoraġġ, u l-kontroll tal-pesti u tal-mard biex jiġu protetti l-pjantiIs-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-GħalfNiggarantixxu reazzjoni malajr meta jinstabu riskji għas-saħħa pubblikaIl-Bażi tad-Data tal-UE dwar il-PestiċidiInformazzjoni dwar is-sustanzi attivi, il-livelli massimi ta’ residwi, u l-awtorizzazzjonijiet ta’ emerġenza Il-kisbiet ewlenin Il-Liġi Ġenerali tal-UE dwar l-Ikel stabbilixxiet sistema soda u bbażata fuq ix-xjenza li tipproteġi lin-nies, lill-annimali, u lill-ambjent, u b’hekk jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet kollha dwar is-sikurezza tal-ikel ikunu bbażati fuq provi konvinċenti.Minn mindu nħolqot fl-2002, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) saret il-bażi xjentifika tal-politika tal-UE dwar is-sikurezza tal-ikel, billi tipprovdi pariri xjentifiċi affidabbli u komunikazzjoni ċara dwar ir-riskji tul il-katina tal-ikel.Is-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF) saħħet il-kapaċità tal-UE li tirrispondi malajr meta jinqalgħu riskji għas-sikurezza tal-ikel, u b’hekk jiġi żgurat li prodotti mhux konformi jitneħħew malajr mis-suq.Il-pjattaforma TRACES għat-traċċabbiltà tal-ikel tippermetti lill-awtoritajiet u lill-kummerċjanti jżommu kont taċ-ċirkulazzjoni transfruntiera tal-ikel, tal-annimali, u tal-għalf — dan itejjeb it-trasparenza, jiffaċilita l-kummerċ, u jgħin fit-trażżin tat-tifqigħat tal-mard jew tal-kontaminazzjoni.In-Network ta’ Twissija u ta’ Kooperazzjoni (ACN) isaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri, filwaqt li jiżgura li l-informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali fil-katina agroalimentari tinqasam b’mod effiċjenti. Taħt il-lenti Zero Waste, More Taste! Ktieb tar-riċetti biex issajjar b’mod kreattiv u sostenibbliIl-ktieb tat-tisjir “Zero Waste, More Taste!”, li fih 27 riċetta mill-aqwa koki Ewropej, juri kif il-fdalijiet u l-ingredjenti ta’ kuljum, li spiss jispiċċaw jintremew, jistgħu jinbidlu f’ikliet delizzjużi u li ma jħallux skart. Kull riċetta tinkludi suġġerimenti prattiċi biex tnaqqas il-ħela tal-ikel u biex tagħmel l-aħjar użu minn dak li diġà għandek fil-kċina. Minbarra l-ktieb tat-tisjir, hemm ukoll 10 filmati qosra ppakkjati b’ideat ta’ riċetti faċli u li jsiru malajr biex mill-fdalijiet tal-ikel toħroġ ikliet li jiftħulek l-aptit. Gawdi t-tisjir b’mod sostenibbli u skopri kif it-tisjir li ma joħloqx skart jista’ jkun bnin, kreattiv, u stimulanti.Sir af aktar L-aħħar aħbarijiet 10 Marzu 2026Commission unveils new AI tool to fight agri-food alerts and food fraud26 Jannar 2026Commission launches task force to strengthen import controls on food safetyAra kollox Informazzjoni relatataId-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza AlimentariFinanzjamentIl-bażijiet tad-data tal-UE dwar is-sikurezza tal-ikel u servizzi online oħrajn Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 19 Novembru 2025
L-Unjoni Ewropea taħdem biex ikollna garanzija li l-ikel kollu li nieklu fl-Ewropa ma jagħmlilniex ħsara. Ir-regoli tal-UE jistabbilixxu standards għoljin dwar kif l-ikel jiġi prodott, ipproċessat, ittrasportat, u mibjugħ. Il-katina tal-ikel hija koperta kollha kemm hi, sabiex l-ikel li jasal fil-platti tagħna mhux biss ma jagħmlilniex ħsara iżda nkunu nistgħu wkoll inkunu nafu s-sors tiegħu.Il-liġijiet tal-UE dwar is-sikurezza tal-ikel huma msejsin fuq il-pariri xjentifiċi tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, li tidentifika u tivvaluta r-riskji fl-ikel tagħna, kemm jekk ikunu ġejjin minn batterji kif ukoll jekk ikunu kkaġunati minn sustanzi kimiċi jew perikli oħrajn.Sabiex jiġi żgurat li dawn l-istandards jiġu rrispettati, il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet nazzjonali jwettqu kontrolli u spezzjonijiet regolari. Jekk tinqala’ problema, bħal bi prodotti kkontaminati, is-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF) tal-UE tippermetti lill-pajjiżi jaqsmu l-informazzjoni bejniethom u jirtiraw il-prodotti mhux sikuri mis-suq malajr.L-UE tuża wkoll għodod diġitali bħat-TRACES biex tittraċċa l-annimali u l-prodotti tal-ikel irrispettivament mill-fruntieri, u b’hekk tipprevjeni t-tixrid tal-mard u tmantni s-sikurezza tal-kummerċ.L-UE tiżgura wkoll li l-konsumaturi jkollhom l-informazzjoni t-tajba. Il-fatt li għandna regoli ċari dwar it-tikkettar tal-ikel ifisser li tista’ tara x’fih l-ikel tiegħek — mill-allerġeni sal-valuri nutrizzjonali u minn fejn jiġi. Jekk iseħħ inċident marbut mas-sikurezza tal-ikel, l-awtoritajiet jaġixxu malajr biex jgħarrfu lill-pubbliku u jikkoordinaw is-sejħiet lura meta dawn ikunu meħtieġa.Permezz tal-ftehimiet kummerċjali u l-kooperazzjoni globali tagħha, l-UE tippromwovi l-istess standards stretti tas-sikurezza tal-ikel internazzjonalment. B’dan il-mod, il-konsumaturi Ewropej jistgħu jserrħu rashom li l-ikel li jixtru, irrispettivament minn fejn ikun ġej, mhux se jagħmlilhom ħsara.
It-tnaqqis tal-ħela tal-ikelIt-titjib tas-sostenibbiltà, is-sikurezza, u l-affordabbiltà tal-produzzjoni u l-konsum tal-ikel
L-istandards tas-sikurezza tal-ikelIl-protezzjoni tal-konsumaturi b’regoli stretti, sorveljanza xjentifika, u twissijiet rapidi
Regoli dwar is-saħħa tal-pjantiIl-prevenzjoni, il-monitoraġġ, u l-kontroll tal-pesti u tal-mard biex jiġu protetti l-pjanti
Is-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-GħalfNiggarantixxu reazzjoni malajr meta jinstabu riskji għas-saħħa pubblika
Il-Bażi tad-Data tal-UE dwar il-PestiċidiInformazzjoni dwar is-sustanzi attivi, il-livelli massimi ta’ residwi, u l-awtorizzazzjonijiet ta’ emerġenza
Zero Waste, More Taste! Ktieb tar-riċetti biex issajjar b’mod kreattiv u sostenibbliIl-ktieb tat-tisjir “Zero Waste, More Taste!”, li fih 27 riċetta mill-aqwa koki Ewropej, juri kif il-fdalijiet u l-ingredjenti ta’ kuljum, li spiss jispiċċaw jintremew, jistgħu jinbidlu f’ikliet delizzjużi u li ma jħallux skart. Kull riċetta tinkludi suġġerimenti prattiċi biex tnaqqas il-ħela tal-ikel u biex tagħmel l-aħjar użu minn dak li diġà għandek fil-kċina. Minbarra l-ktieb tat-tisjir, hemm ukoll 10 filmati qosra ppakkjati b’ideat ta’ riċetti faċli u li jsiru malajr biex mill-fdalijiet tal-ikel toħroġ ikliet li jiftħulek l-aptit. Gawdi t-tisjir b’mod sostenibbli u skopri kif it-tisjir li ma joħloqx skart jista’ jkun bnin, kreattiv, u stimulanti.Sir af aktar