Ejja ara l-wirja Experience Europe fil-qalba tal-kwartier Ewropew ta’ Brussell. Esplora kif taħdem il-Kummissjoni Ewropea, skopri l-proġetti tal-UE u ltaqa’ “virtwalment” mal-President tal-Kummissjoni. Issib ukoll logħob u attivitajiet divertenti għall-etajiet kollha.
Tkun miftuħa l-ġimgħa kollha u l-biċċa l-kbira tal-kontenut huwa disponibbli bl-24 lingwa uffiċjali tal-UE.
Sempliċiment ejja, imxi u gawdi l-wirja.

Kif iżżur
Qed iżżur bħala individwu?
Għaddi xħin trid — m’hemmx bżonn ta’ prenotazzjoni
Qed iżżur fi grupp?
Gruppi ta’ 10 persuni jew aktar huma ġentilment mitluba jirreġistraw minn qabel biex jiżguraw l-aħjar esperjenza tal-viżitaturi.
Tixtieq attività interattiva?
Gruppi ta’ żgħażagħ — bħal klassijiet tal-iskola — jistgħu wkoll jieħdu sehem f’“Ej nitkellmu dwar l-Ewropa”, attività ta’ 45 minuta li tinvolvi dibattitu dinamiku f’sessjoni ta' ħidma, immirata għall-istudenti minn 15-il sena ‘l fuq. Is-sessjoni ta’ ħidma tippromwovi l-ħsieb kritiku, it-tagħlim bejn il-pari u l-involviment ċiviku mal-parteċipanti li jiddiskutu l-prijoritajiet attwali tal-UE kif ukoll jiksbu għarfien dwar il-ħidma ta’ kuljum tal-Kummissjoni Ewropea biex jiġi żviluppat fehim aktar profond tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE.
L-attività “Ej nitkellmu dwar l-Ewropa” tinstab bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bil-Franċiż, bl-Olandiż, bl-Ispanjol, bit-Taljan u bil-Pollakk.


Let’s talk EuropeLet’s talk Europe 

Logħba tat-tlielaq tad-droni Logħba tat-tlielaq tad-droni 

Fl-istituzzjonijiet tal-UE Fl-istituzzjonijiet tal-UE 

Esplora l-EwropaEsplora l-Ewropa 

Taħseb li taf l-UE?Taħseb li taf l-UE? 

Skopri l-ħidma tal-Kummissjoni EwropeaSkopri l-ħidma tal-Kummissjoni Ewropea 

Ritratt tal-grupp Ritratt tal-grupp
