Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Il-bord speċjali dwar is-sikurezza tat-tfal online

“Dan ir-rapport ħareġ f’mument opportun uniku. Smajna x’kellhom xi jgħidu l-ġenituri, l-edukaturi, l-esperti, u ż-żgħażagħ infushom. Smajna l-esperjenza ta’ sħabna kif ukoll tal-Istati Membri tagħna. Issa wasal il-mument li naġixxu fil-livell Ewropew.” 

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen

Ir-rapport tal-bord speċjali

Kif ħabbret fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2025, il-President Ursula von der Leyen waqqfet bord speċjali ta’ esperti biex jiġi żviluppat approċċ Ewropew b’saħħtu u prattiku għas-sikurezza tat-tfal online. 

Il-kopresidenti tal-bord ippreżentaw ir-rapport finali tagħhom f’Lulju 2026. Ir-rapport jenfasizza l-isfidi kritiċi li t-tfal jiffaċċjaw online u jipprovdi rakkomandazzjonijiet u spunti ta’ ispirazzjoni dwar kif nipproteġuhom aħjar u nsaħħulhom il-pożizzjoni tagħhom, kif ukoll dwar l-użu xieraq tal-midja soċjali u ta’ servizzi diġitali oħrajn skont l-età. 

Il-bord ħejja wkoll sensiela ta’ pariri biex il-ġenituri u ż-żgħażagħ jorjentaw ruħhom fid-dinja diġitali b’mod sikur u fiduċjuż. 

Ir-rakkomandazzjonijiet nagħmluhom realtà

Fuq il-bażi tal-ħidma tal-bord, il-Kummissjoni pproponiet l-UE KIDS Act biex tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ internet aktar sikur għat-tfal.

Aqra l-proposta
Il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen u l-Viċi President Eżekuttiv Henna Virkkunen jippreżentaw l-EU Kids Act

Il-kuntest

Il-kuntest

Fuqiex ħadem il-bord?

  • Is-sikurezza tat-tfal online
    • l-aħjar approċċ għall-UE kollha biex it-tfal jinżammu sikuri online
    • limitu ta’ età komuni tal-UE għall-midja soċjali bi protezzjonijiet adattati għall-età u għar-riskju
    • edukazzjoni biex jiġi inkoraġġit l-użu sikur u responsabbli tal-midja soċjali 
  • L-użu tal-pjattaformi online mit-tfal
    • ir-riskji u l-benefiċċji tal-użu mit-tfal tal-midja soċjali, tal-logħob tal-azzard, tal-apps tal-messaġġi, u tal-għodod tal-IA
    • l-effetti fuq is-saħħa u l-benesseri tagħhom f’etajiet differenti 
  • Ir-responsabbiltà tal-pjattaformi online
    • ir-responsabbiltà tal-kumpaniji tat-teknoloġija biex it-tfal jiġu protetti
    • modi biex jissaħħu l-miżuri ta’ sikurezza eżistenti

Il-membri tal-bord 

Kopresidenti

Portrait of Dr Maria Melchior
Dr. Maria Melchior

Id-Direttur tal-Institut national de la santé et de la recherche médicale ta’ Franza

Portrait of Dr. Jörg M. Fegert
Prof. Dr. Jörg M. Fegert

Id-Direttur tad-Dipartiment tal-Psikjatrija, il-Psikosomatika, u l-Psikoterapija tat-Tfal u tal-Adolexxenti fiċ-Ċentru Mediku tal-Università ta’ Ulm

Il-parteċipanti fl-ewwel laqgħa
  • Kimmo Alho, Professur Emeritu tal-Psikoloġija fl-Università ta’ Helsinki, speċjalizzat fin-newroxjenza konjittiva, il-mekkaniżmi ta’ attenzjoni tal-moħħ, u l-funzjonament fl-ispazji diġitali   

  • Leanda Barrington-Leach, id-Direttur Eżekuttiv tal-Fondazzjoni 5Rights 

  • Gabriele Battimelli, l-ambaxxatur tal-Istrateġija għal Internet Aħjar għat-Tfal+ (BIK+) għall-Italja   

  • Elena Bozzola, pedjatra u Segretarju u Kunsillier Nazzjonali tas-Soċjetà Taljana tal-Pedjatrija (ħadet sehem online) 

  • Matthias Brand, il-Kap tad-Dipartiment tal-Psikoloġija tal-Università ta’ Duisburg   

  • Jutta Croll, il-President tal-Bord tal-iStiftung Digitale Chancen 

  • Sigge Eriksson mill-Kunsill Nazzjonali tal-Organizzazzjonijiet Żvediżi tat-Tfal u taż-Żgħażagħ, l-Iżvezja   

  • Jeff Hancock, id-Direttur Fundatur tal-iStanford Social Media Lab (ħa sehem online) 

  • Pavel Kordik, Professur Assoċjat fil-Fakultà tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni tas-CTU fi Praga (ħa sehem online) 

  • Marta Lamarosa Gonçalves, ambaxxatur tal-Istrateġija għal Internet Aħjar għat-Tfal+ (BIK+) għall-Portugall   

  • Sonia Livingstone, OBE, Professur tal-Psikoloġija Soċjali, u d-Direttur tad-Digital Future for Children Centre tal-London School of Economics 

  • Elvira Mentzelioti, mill-Kunsill Nazzjonali Elleniku taż-Żgħażagħ, il-Greċja   

  • Servane Mouton, tabiba, newrologa, u newropsikologa   

  • James O’Higgins Norman, Professur tal-Edukazzjoni u s-Soċjetà, id-Direttur tad-DCU Anti-Bullying Centre, u l-Kattedra tal-UNESCO dwar il-Bullying u l-Bullying Ċibernetiku   

  • Maja Olszewska, ambaxxatriċi tal-Istrateġija għal Internet Aħjar għat-Tfal+ (BIK+) għall-Polonja   

  • Brian O’Neil, Professur Emeritu fit-Technological University Dublin   

  • Leo Pekkala, espert tal-litteriżmu diġitali, u Viċi Direttur tal-KAVI   

  • Soledad Pera, Professur Assoċjata fil-Grupp tas-Sistemi tal-Informazzjoni tal-Web tal-Fakultà tal-Inġinerija Elettrika, il-Matematika, u x-Xjenza tal-Kompjuter tat-TU Delft   

  • Hanne-Mari Schiøtz Thorud, fiżjologa u Professur fin-National Centre for Optics, Vision and Eye Care tal-University of South-Eastern Norway   

  • Lore Sleeckx mill-Kunsill Fjamming taż-Żgħażagħ   

  • Piotr Toczyski, Riċerkatur fl-SWPS University of Social Sciences and Humanities   

  • Antonia Torrens, il-President tal-COFACE — Families Europe   

  • Rareș Voicu, Maniġer Superjuri responsabbli għall-politiki u għall-promozzjoni fil-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ 

  • Alexandra Weilenmann, Professur tad-Disinn tal-Interazzjoni, il-Kap tal-Unità tal-Interazzjoni bejn il-Bniedem u l-Kompjuter fid-Dipartiment tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni Applikata fl-Università ta’ Gothenburg 

 

Il-parteċipanti fit-tieni laqgħa
  • Mehdi Arfaoui, Soċjologu mal-Commission nationale de l'informatique et des libertés (CNIL) & École des hautes études en sciences sociales (EHESS)

  • Leanda Barrington-Leach, id-Direttur Eżekuttiv tal-Fondazzjoni 5Rights 

  • Tobiáš Bruno Galia, mill-Bord Konsultattiv taż-Żgħażagħ għall-President u miċ-Czech Council of Children and Youth

  • Urs Buscke, Uffiċjal Legali Anzjan fl-Organizzazzjoni Ewropea tal-Konsumaturi (BEUC)

  • Alex Cooney, il-Kap Eżekuttiv u Kofundatur tas-CyberSafeKids

  • María del Mar España Martí, id-Direttur tal-Pjattaforma Control Z u eks Direttur tal-Aġenzija Spanjola għall-Protezzjoni tad-Data

  • Marina Fernández, il-President tal-Adolescència Lliure de Mòbils

  • Louise Flynn, Assistent Professur fl-Edukazzjoni tal-Għalliema fit-Trinity College, Dublin — Skola tal-Edukazzjoni

  • Catalina Goanta, Professur Assoċjat fid-Dritt Privat u t-Teknoloġija fl-Università ta’ Utrecht (NL) 

  • Rasmus Kjedahl, Direttur ta’ Børns Vilkår

  • Petra Kogelnig, Segretarju Ġenerali tal-European Parents’ Association  

  • Marta Lamarosa Gonçalves, Ambaxxatur tal-Internet Aħjar għat-Tfal (BIK)+ għall-Portugall

  • Giovanna Mascheroni, Professur fid-Dipartiment tal-Komunikazzjoni tal-Università Kattolika ta’ Milan 

  • Helen Mason, id-Direttur Eżekuttiv taċ-Child Helpline International  

  • Servane Mouton, tabiba, newrologa, u newropsikologa

  • María Soledad Pera, Professur Assoċjata fil-Grupp tas-Sistemi tal-Informazzjoni tal-Web tal-Fakultà tal-Inġinerija Elettrika, il-Matematika, u x-Xjenza tal-Kompjuter tat-TU Delft

  • Tanja Petelin, Lettur fil-Fakultà tal-Liġi tal-Università ta’ Poitiers

  • Jessica Piotrowski, Professur fl-Amsterdam School of Communication tal-Università ta’ Amsterdam

  • Declan Qualter, Kontrollur tat-Tiroċinju u kandidat għal dottorat fl-Iskola tal-Edukazzjoni tal-University College ta’ Dublin

  • Judith Simon, Professur għall-Etika fit-Teknoloġiji tal-Informazzjoni fl-Università ta’ Hamburg 

  • Petr Slovak, Professur Assoċjat fl-Interazzjoni bejn il-Bniedem u l-Kompjuter fil-King's College London 

  • Elisabeth Staksrud, Professur fid-Dipartiment tal-Midja u l-Komunikazzjoni tal-Università ta’ Oslo

  • Sophie Stalla-Bourdillon, Kap tar-Riċerka tal-Grupp ta’ Riċerka tal-Liġi, ix-Xjenza, it-Teknoloġija, u s-Soċjetà tal-VUB

  • Argyris Stringaris, Professur tal-Psikjatrija tat-Tfal u tal-Adolexxenti fil-University College London 

  • Lisa Thorell, Professur fid-Dipartiment tan-Newroxjenza Klinika tal-Karolinska Institutet 

  • Martina Tóthová mill-Bord Konsultattiv taż-Żgħażagħ għall-President u mill-Kunsill taż-Żgħażagħ tas-Slovakkja

  • Mieke Visser-Schuurman, id-Direttur għad-Drittijiet tat-Tfal u t-Tisħiħ tal-Kapaċitajiet tal-Eurochild 

  • Niels Zagema mill-Bord Konsultattiv taż-Żgħażagħ għall-President; u mill-Kunsill Nazzjonali Olandiż taż-Żgħażagħ 

Il-parteċipanti fit-tielet laqgħa
  • Louise Heeran Flynn, Assistent Professur fl-Edukazzjoni tal-Għalliema fl-Iskola tal-Edukazzjoni tat-Trinity College Dublin
  • Lies Craeynest, il-Fundatriċi tal-KidsUnplugged
  • Jutta Croll, il-President tal-Bord tal-iStiftung Digitale Chancen
  • Alberto Monge Roffarello, Assistent Professur fil-Politecnico di Torino
  • Kai Rannenberg, il-President tal-Mobile Business and Multilateral Security tal-Università ta’ Goethe fi Frankfurt
  • Christoph Pieh, il-Kap tad-Dipartiment tal-University for Continuing Education Krems
  • Urs Buscke, Uffiċjal Legali Anzjan fl-Organizzazzjoni Ewropea tal-Konsumaturi (BEUC)
  • Théo Mouhoud, Psikjatra tat-Tfal fl-Isptarijiet ta’ Pariġi
  • Eva Möhler, President u Tabib Kliniku tal-Psikjatrija tat-Tfal u tal-Adolexxenti
  • Kerstin Paschke, Speċjalista Medika fil-Psikjatrija u l-Psikoterapija tat-Tfal u tal-Adolexxenti
  • Petra Kogelnig, Segretarju Ġenerali tal-European Parents’ Association
  • Laura Vandenbosch,Professur assoċjat u Direttur tal-Laboratorju tal-Psikoloġija tal-Midja tal-KU Leuven
  • Sørine Vesth Rasmussen, Konsulent dwar id-drittijiet tat-tfal u l-politika tat-teknoloġija, Børns Vilkår
  • Marta Lamarosa Gonçalves, Ambaxxatur tal-Internet Aħjar għat-Tfal (BIK) + għaż-Żgħażagħ
  • Dimitris Tsalavos, Ambaxxatur tal-BIK għaż-Żgħażagħ
  • Anna Schwabegger, President tal-Kunsill Nazzjonali Awstrijak taż-Żgħażagħ
  • Aisling Maloney mill-PYAB u mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ tal-Irlanda
  • Maya Katkovska,il-Kap taċ-Ċentru Latvjan għal Internet Aktar Sikur
  • Konstantinos Karachalios, Konsulent tad-Direttur Eżekuttiv tal-IEEE u Membru tal-Bord tal-Fondazzjoni 5Rights
  • Mie Oehlenschlager, Riċerkatriċi u konsulenta indipendenti (id-Danimarka)
  • Ana Caballero, il-President tal-Grupp ta’ Esperti biex tittejjeb il-protezzjoni tal-minorenni fil-qasam diġitali
  • Lisa Thorell, Professur fid-Dipartiment tan-Newroxjenza Klinika tal-Karolinska Institutet
  • Servane Mouton, tabiba, newrologa, u newropsikologa   
  • Owen Bennett, Espert indipendenti fir-regolamentazzjoni tat-teknoloġiji diġitali (ir-Renju Unit)
  • Lucas Borges, Supretendent tar-Regolamentazzjoni tal-Aġenzija Brażiljana għall-Protezzjoni tad-Data
  • Giovanna Mascheroni, Professur fid-Dipartiment tal-Komunikazzjoni tal-Università Kattolika ta’ Milan
  • Beckett LeClair, il-Kap tat-Teknoloġija tal-Fondazzjoni 5Rights
  • Ayata, rappreżentanta ta’ 15-il sena tal-Pjattaforma tal-UE għall-Parteċipazzjoni tat-Tfal
  • Zuzanna, rappreżentanta ta’ 17-il sena tal-Pjattaforma tal-UE għall-Parteċipazzjoni tat-Tfal

Dokumenti

Special panel report: "Child Safety Online: Protecting and Empowering Minors in a Digital world"
  • Pubblikazzjonijiet ġenerali
  • 13 Lulju 2026
Sikurezzatat-tfalonline: protezzjoni u inkoraġġiment tal - minorenni f'dinja diġiti
  • Pubblikazzjonijiet ġenerali
  • 13 Lulju 2026
A guide for kids and teens on the report on child safety online: Protecting and empowering minors in a digital world
  • Pubblikazzjonijiet ġenerali
  • 16 Settembru 2026

Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 13 Lulju 2026