Bis-saħħa tal-aktar investigazzjoni reċenti, il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet għall-protezzjoni tal-konsumatur skoprew li xi skontijiet online waqt il-bejgħ fil-Black Friday u s-Cyber Monday kienu qarrieqa. L-investigazzjonijiet huma koordinati mill-Kummissjoni Ewropea u jitwettqu fl-istess ħin mill-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar. F’din l-investigazzjoni ħadu sehem l-awtoritajiet minn 23 pajjiż tal-UE kif ukoll mill-Iżlanda u min-Norveġja. L-objettiv kien li jiġi valutat jekk l-iskonti u l-prattiki tal-ipprezzar waqt avvenimenti kbar ta’ bejgħ humiex konformi mal-liġi tal-konsumatur tal-UE. Sejbiet ewleninminn 314 negozjant online li ġew verifikati, 30% użaw prezz ta’ referenza mhux tajjeb għall-iskontijiet. L-iskontijiet iridu jkunu bbażati fuq l-aktar prezz baxx applikat f’dawn l-aħħar 30 jum.36% tan-negozjanti ppruvaw iżidu oġġetti fakultattivi fil-basktijiet tal-konsumaturi. Minnhom, 40% għamlu dan mingħajr ma talbu kunsens b’mod ċar.34% tan-negozjanti wrew tqabbil bejn il-prezzijiet iżda 60% minnhom ma spjegawx b’mod ċar minn fejn ġew il-prezzijiet ta’ referenza.18% użaw tekniki ta’ bejgħ billi jagħmlu pressjoni, bħal pereżempju jgħidu li prodott qed jispiċċa jew jużaw timers bil-countdown. Aktar minn nofs dawn il-każijiet kienu qarrieqa, pereżempju, mhux veru li l-istokk kien qed jispiċċa.10% użaw l-imsejjaħ “prezzar bil-qatra l-qatra” fejn jiżdiedu tariffi żejda aktar tard fil-proċess tax-xiri, bħal tariffi ta’ trasport jew servizz.Iż-żieda ta’ oġġetti mingħajr il-kunsens tal-konsumatur, il-wiri ta’ prezzijiet b’mod qarrieqi, id-dikjarazzjonijiet foloz li l-istokk ta’ prodott qed jispiċċa, jew il-ħabi ta’ tariffi żejda sa qabel tmiem il-proċess huma prattiki illegali skont il-liġi tal-konsumatur tal-UE. Wara l-investigazzjoni, l-awtoritajiet nazzjonali tal-konsumatur jistgħu jieħdu azzjoni kontra n-negozji konċernati.In-network ta’ kooperazzjoni għall-protezzjoni tal-konsumatur jinforza l-liġijiet tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. Dawk fin-network jaħdmu flimkien bil-koordinazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea biex jindirizzaw il-ksur tal-liġi tal-konsumatur fis-Suq Uniku. In-negozjanti jridu jkunu konformi mad-Direttiva dwar l-indikazzjoni tal-prezzijiet għat-tnaqqis fil-prezzijiet, u mad-Direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali għall-prattiki tal-ipprezzar. Il-konsumaturi li jkollhom problema ma’ negozjant għandhom għażliet differenti biex isibu rimedju. Jistgħu jitolbu l-għajnuna minn servizz ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, jikkuntattjaw lin-Network taċ-Ċentri Ewropej tal-konsumaturi (ECC-NET) jew jieħdu azzjoni legali formali.Għal iktar informazzjoniStqarrija għall-istampaInvestigazzjonijiet preċedentiYour Europe – Drittijiet tal-konsumaturi Dettalji Data tal-pubblikazzjoni26 Marzu 2026AwturId-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni