L-industrija Ewropea tal-karozzi hija settur vitali tal-ekonomija tagħna, għax tipprovdi 13-il miljun impjieg u tikkontribwixxi 7% tal-PDG tal-UE. Minħabba li s-settur qed jiffaċċja sfidi bħal teknoloġiji ġodda, kompetizzjoni dejjem akbar, u kuntest ġeopolitiku li qed jinbidel, f’Jannar 2025 il-President von der Leyen nediet id-Djalogu Strateġiku dwar il-Futur tal-Industrija Awtomobilistika. Id-djalogu jlaqqa’ flimkien rappreżentanti tal-industrija, is-sħab soċjali, ir-rappreżentanti tal-infrastruttura, u s-soċjetà ċivili biex jinstabu soluzzjonijiet komuni.Fuq il-bażi tax-xogħol li sar bid-djalogu strateġiku, il-Kummissjoni ppreżentat pjan ta’ azzjoni għall-industrija awtomobilistika. Il-Kummissjoni fasslet il-pjan ta’ azzjoni biex ikollna industrija tal-karozzi b’saħħitha li toħloq l-impjiegi, tixpruna t-tkabbir, u tipproteġi l-ambjent għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. L-elementi ewlenin tal-pjan ta’ azzjoni Il-pjan ta’ azzjoni għandu l-għan li lill-industrija tal-karozzi jagħmilha b’saħħitha, sostenibbli, u kompetittiva bl-azzjonijiet konkreti li ġejjin. Innovazzjoni u diġitalizzazzjoniAlleanza Ewropea ġdida għal vetturi konnessi u awtonomi se tlaqqa’ flimkien lill-partijiet interessati Ewropej ewlenin fil-qasam awtomobilistiku, biex tiġi żviluppata l-ġenerazzjoni li jmiss ta’ karozzi. L-innovaturi se jkollhom il-libertà li jittestjaw u jtejbu t-teknoloġiji tagħhom għall-vetturi awtonomi permezz ta’ spazji kbar għall-ittestjar u ambjenti għall-esperimentazzjoni regolatorja.Il-Kummissjoni se tkompli tiżviluppa r-regoli għall-vetturi awtonomi u, flimkien ma’ sħab privati, sal-2027 se tkun ipparteċipat f’investiment pubbliku-privat konġunt ta’ madwar €1 biljun, bl-appoġġ tal-programm Orizzont Ewropa, biex tmexxi ’l quddiem il-pjan ta’ azzjoni.Il-Kummissjoni pubblikat ukoll komunikazzjoni dwar flotot korporattivi nodfa li fiha tenfasizza eżempji ta’ suċċess u tħeġġeġ lill-pajjiżi tal-UE jieħdu aktar azzjonijiet biex il-flotot tal-vetturi tal-kumpaniji jsiru aktar ekoloġiċi. Il-qalba għal vetturi b’emissjonijiet żero Biex tiżdied il-flessibbiltà, il-Kummissjoni se tipproponi li temenda r-Regolament dwar l-Istandards tas-CO2 għall-karozzi u l-vannijiet. B’hekk, il-manifatturi jkunu jistgħu jilħqu l-miri billi jilħqu l-medja tal-prestazzjoni tagħhom fuq perjodu ta’ tliet snin (2025-2027), u jikkumpensaw għan-nuqqasijiet f’sena jew tnejn b’kisbiet żejda fis-sena l-oħra/fis-snin l-oħrajn, filwaqt li jibqgħu jimmiraw biex jilħqu l-miri tal-2025.Fl-istess waqt, il-Kummissjoni qed tieħu passi biex tistimula d-domanda għall-vetturi Ewropej b’emissjonijiet żero, billi:in-nies jingħataw inċentivi biex jitħeġġu jaqilbu għal vetturi b’emissjonijiet żerotitħaffef l-istallazzjoni tal-istazzjonijiet tal-iċċarġjar permezz ta’ inizjattiva dwar kurituri tat-trasport nodfatissaħħaħ il-fiduċja tal-konsumatur b’miżuri bħal għażla aħjar ta’ modi biex wieħed isewwi l-batterijajiġu inkoraġġiti skemi ta’ lokazzjoni soċjali għal vetturi ġodda u użati b’emissjonijiet żero biex it-trasport sostenibbli jsir aċċessibbli għal kulħadd Niggarantixxu r-reżiljenza tal-katina tal-provvistaL-UE teħtieġ katina tal-provvista awtosuffiċjenti u produzzjoni tal-batteriji kompetittiva fir-rigward tal-kostijiet. Biex naslu għal dan, il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa lill-industrija tal-batteriji tal-UE u ssaħħaħ il-produzzjoni Ewropea. Jista’ jagħti l-każ ukoll li tipprovdi appoġġ dirett lill-produtturi tal-batteriji.Biex jiġu evitati d-dipendenzi strateġiċi, il-Kummissjoni beħsiebha talloka €1.8 biljun biex toħloq katina tal-provvista sigura u kompetittiva għall-materja prima tal-batteriji. Intejbu l-ħiliet u nindirizzaw id-dimensjoni soċjaliBiex tindirizza n-nuqqas ta’ ħiliet, in-nuqqas ta’ tlaqqigħ tal-ħiliet, u t-tixjiħ tal-forza tax-xogħol fis-settur awtomobilistiku, il-Kummissjoni:se tespandi l-appoġġ tal-Fond Ewropew għall-Globalizzazzjoni biex il-kumpaniji u l-ħaddiema jingħataw l-għajnuna meta jkun meħtieġse żżid il-finanzjament tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) biex jingħata sostenn lill-ħaddiema li jridu jiksbu ħiliet ġodda u jfittxu opportunitajiet ġodda ta’ xogħolse tuża r-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-FSE+ biex tinkoraġġixxi lill-pajjiżi tal-UE jipprogrammaw mill-ġdid aktar finanzjament għas-settur tal-karozzise ssaħħaħ l-appoġġ għall-ħaddiema f’setturi strateġiċi bħall-industrija awtomobilistika, b’enfasi fuq it-titjib u t-tiġdid tal-ħiliet Barra minn hekk, l-Osservatorju Ewropew għat-Tranżizzjoni Ekwa se jiżviluppa u jiġbor id-data biex jidentifika r-riskji futuri għall-impjiegi u d-diskrepanzi fil-ħiliet. Inqawwu r-reżiljenza tal-industrija biex tikkompeti b’suċċess fil-livell dinjiBiex l-industrija awtomobilistika tal-UE ssir aktar kompetittiva, il-Kummissjoni se tiżgura ambjent ekwu billi tħaddem strumenti għad-difiża tal-kummerċ, bħal miżuri antisussidji. Il-Kummissjoni se tkompli wkoll bin-negozjati mal-pajjiżi sħabna biex ittejjeb l-aċċess għas-suq u l-opportunitajiet ta’ akkwist.Il-Kummissjoni se tipproponi miżuri biex tiżgura li l-investimenti barranin fis-settur awtomobilistiku tal-UE jsaħħu l-kompetittività fit-tul tal-industrija. Fl-aħħar nett, qed tippjana wkoll li tissimplifika r-regolamenti biex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-produtturi Ewropej tal-karozzi. Dokumenti Pubblikazzjonijiet ġenerali5 Marzu 2025Decarbonising corporate fleets - Factsheet Links relatati Id-djalogu strateġiku dwar il-futur tal-industrija awtomobilistikaMistoqsijiet u tweġibiet
L-industrija Ewropea tal-karozzi hija settur vitali tal-ekonomija tagħna, għax tipprovdi 13-il miljun impjieg u tikkontribwixxi 7% tal-PDG tal-UE. Minħabba li s-settur qed jiffaċċja sfidi bħal teknoloġiji ġodda, kompetizzjoni dejjem akbar, u kuntest ġeopolitiku li qed jinbidel, f’Jannar 2025 il-President von der Leyen nediet id-Djalogu Strateġiku dwar il-Futur tal-Industrija Awtomobilistika. Id-djalogu jlaqqa’ flimkien rappreżentanti tal-industrija, is-sħab soċjali, ir-rappreżentanti tal-infrastruttura, u s-soċjetà ċivili biex jinstabu soluzzjonijiet komuni.Fuq il-bażi tax-xogħol li sar bid-djalogu strateġiku, il-Kummissjoni ppreżentat pjan ta’ azzjoni għall-industrija awtomobilistika. Il-Kummissjoni fasslet il-pjan ta’ azzjoni biex ikollna industrija tal-karozzi b’saħħitha li toħloq l-impjiegi, tixpruna t-tkabbir, u tipproteġi l-ambjent għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.
Biex tiżdied il-flessibbiltà, il-Kummissjoni se tipproponi li temenda r-Regolament dwar l-Istandards tas-CO2 għall-karozzi u l-vannijiet. B’hekk, il-manifatturi jkunu jistgħu jilħqu l-miri billi jilħqu l-medja tal-prestazzjoni tagħhom fuq perjodu ta’ tliet snin (2025-2027), u jikkumpensaw għan-nuqqasijiet f’sena jew tnejn b’kisbiet żejda fis-sena l-oħra/fis-snin l-oħrajn, filwaqt li jibqgħu jimmiraw biex jilħqu l-miri tal-2025.Fl-istess waqt, il-Kummissjoni qed tieħu passi biex tistimula d-domanda għall-vetturi Ewropej b’emissjonijiet żero, billi:in-nies jingħataw inċentivi biex jitħeġġu jaqilbu għal vetturi b’emissjonijiet żerotitħaffef l-istallazzjoni tal-istazzjonijiet tal-iċċarġjar permezz ta’ inizjattiva dwar kurituri tat-trasport nodfatissaħħaħ il-fiduċja tal-konsumatur b’miżuri bħal għażla aħjar ta’ modi biex wieħed isewwi l-batterijajiġu inkoraġġiti skemi ta’ lokazzjoni soċjali għal vetturi ġodda u użati b’emissjonijiet żero biex it-trasport sostenibbli jsir aċċessibbli għal kulħadd