Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 10 Marzu 2025
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 2 min qari

Nipproteġu lill-konsumaturi tal-UE: Aktar minn nofs il-kummerċjanti online li jbigħu oġġetti użati ma jissodisfawx il-liġijiet tal-konsumatur tal-UE

A woman organised clothes to sell online

Kull sena, miljuni ta’ konsumaturi Ewropej jixtru oġġetti użati, bħal ħwejjeġ, tagħmir elettroniku, ġugarelli, u aktar, mingħand kummerċjanti online. 

Meta jinxtraw oġġetti użati, il-liġi Ewropea tgħid li l-konsumaturi huma intitolati għall-istess garanzija u informazzjoni dwar il-prodott, dwar id-drittijiet tagħhom, u dwar il-kummerċjant li jkunu qed jixtru mingħandu, bħal meta jixtru kwalunkwe oġġett ieħor. 

L-UE hija impenjata li tiżgura li l-konsumaturi ma jiġux imqarrqa mill-prattiki kummerċjali tal-kummerċjanti u li l-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur tal-UE jiġu infurzati. 

Għal dan l-għan, dan l-aħħar il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tal-konsumatur ta’ 25 pajjiż tal-UE, tal-Iżlanda u tan-Norveġja wettqu skrinjar (“sweep”) ta’ 356 kummerċjant online, li joperaw siti web jew pjattaformi li fuqhom ibigħu oġġetti użati, sabiex jivverifikaw li l-prattiki tagħhom kienu konformi mal-liġi tal-konsumatur tal-UE. 

Dawn sabu li 52 % tal-kummerċjanti online rieżaminati kienu potenzjalment qed jiksru l-liġi tal-konsumatur tal-UE. 

  • 40 % ma infurmawx b’mod ċar lill-konsumaturi dwar id-dritt ta’ rtirar tagħhom, bħad-dritt li jirritornaw prodott fi żmien 14-il jum mingħajr ebda ġustifikazzjoni jew spiża; 
  • 45 % ma infurmawx b’mod korrett lill-konsumaturi dwar id-dritt tagħhom li jirritornaw oġġetti difettużi jew oġġetti li mhumiex jew ma jaħdmux kif irreklamat; 
  • 57 % ma rrispettawx il-perjodu minimu ta’ garanzija legali ta’ sena għall-oġġetti użati; 
  • 34 % tal-kummerċjanti ppreżentaw asserzjonijiet ambjentali fuq is-sit web tagħhom, li 20 % minnhom ma kinux sostanzjati biżżejjed, u 28 % kienu foloz, qarrieqa, jew meqjusa bħala prattiki kummerċjali inġusti

L-UE hija ddeterminata li tiżgura li fil-punt tal-bejgħ il-konsumaturi jingħataw informazzjoni aħjar dwar id-durabbiltà u r-riparabbiltà tal-oġġetti u dwar id-drittijiet marbuta mal-garanzija legali tal-konsumatur. 

L-awtoritajiet tal-konsumatur għażlu 185 kummerċjant għal aktar investigazzjoni u se jiddeċiedu jekk jiħdux azzjoni ulterjuri u jitolbux konformità skont il-proċeduri nazzjonali tagħhom. 

Għal aktar informazzjoni

Stqarrija għall-istampa 

Sweeps preċedenti mwettqa mill-UE 

Id-drittijiet tiegħek meta tixtri – għodda interattiva li tgħinek tifhem id-drittijiet tiegħek meta tixtri fl-UE 

In-Network ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur 

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
10 Marzu 2025
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni