Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea
SOTEU banner blue bg with dots
L-Istat tal-Unjoni

14 ta' Settembru 2022

Infasslu d-direzzjoni għas-sena li ġejja

Fid-diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni fl-14 ta’ Settembru 2022, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen iddeskriviet l-inizjattivi ewlenin li l-Kummissjoni qed tippjana li tieħu matul is-sena li ġejja. Ħafna minnhom huma bi tweġiba għar-rakkomandazzjonijiet li għamlu ċ-ċittadini fil-kuntest tal-Konferenza dwar il-futur tal-Ewropa.

Fost l-oħrajn, l-inizjattivi jinkludu:

  • Inkomplu nagħtu appoġġ b’saħħtu lill-Ukrajna u l-poplu tagħha, inkluż billi nimmobilizzaw il-qawwa kollha tas-Suq Uniku tal-UE
  • Indaħħlu fis-seħħ miżuri biex jgħinu lill-Ewropej jaffrontaw il-kriżi tal-enerġija
  • Nappoġġaw l-ambjent imprenditorjali, partikolarment lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, biex insaħħu l-kompetittività futura tal-Ewropa
  • Innaqqsu d-dipendenza tal-UE fuq il-fjuwils fossili Russi, u naħdmu mill-qrib ma’ fornituri affidabbli
  • Inkomplu ninvestu fl-enerġija rinnovabbli u b’mod partikolari fl-idroġenu
  • Inkunu protagonisti fl-adattament għat-tibdil fil-klima u nipproteġu n-natura
  • Inkomplu niddefendu d-demokrazija, f’pajjiżna u madwar id-dinja, u l-istat tad-dritt
  • 13 SETTEMBRU 2022
L-Istat tal-Unjoni 2022 – Id-diskors tal-President von der Leyen

Diskors kif mogħti mill-President von der Leyen

  • 13 SETTEMBRU 2022
State of the Union 2022 - President von der Leyen's speech, multilingual version

Inizjattivi ġodda

Fl-14 ta’ Settembru, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen bagħtet ukoll Ittra ta’ Intenzjoni lil Roberta Metsola, il-President tal-Parlament Ewropew, u lill-Prim Ministru Petr Fiala tar-Repubblika Ċeka, li bħalissa għandha l-Presidenza tal-Kunsill. Fiha tagħti dettalji dwar l-azzjonijiet li l-Kummissjoni beħsiebha tieħu fis-sena ta’ wara permezz ta’ leġiżlazzjoni u inizjattivi oħra.

Patt Ekoloġiku Ewropew
  • Reviżjoni tar-regoli tas-suq intern tal-elettriku tal-UE
  • Proposta biex jinħoloq Bank tal-Idroġenu tal-UE
  • Reviżjoni tal-qafas dwar l-iskart biex jitnaqqas l-iskart, inkluż l-iskart tal-ikel, u l-impatt ambjentali tal-immaniġġjar tal-iskart *
  • Proposta leġiżlattiva dwar pjanti prodotti b’ċerti tekniki ġenomiċi ġodda *
  • Reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-trattament xieraq tal-annimali *

L-inizjattivi li jsegwu direttament jew jikkontribwixxu indirettament għal proposta tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa huma mmarkati b’asterisk (*).

Ewropa Lesta għall-era diġitali
  • Att Ewropew dwar il-materja prima kritika *
  • Pakkett ta’ Għajnuna għall-SMEs, inkluża d-Direttiva dwar il-Ħlas Tard
  • Inizjattiva dwar id-dinjiet virtwali, bħall-metaverse
  • Pakkett ta’ Liċenzji għall-Privattivi
  • Proposta leġiżlattiva dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-asbestos fil-bini *
  • Proposta għas-Sena Ewropea tal-Ħiliet

L-inizjattivi li jsegwu direttament jew jikkontribwixxu indirettament għal proposta tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa huma mmarkati b’asterisk (*).

Ekonomija għas-servizz tan-nies
  • Rieżami ta’ nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 *
  • Rieżami tal-Governanza Ekonomika
  • Proposta leġiżlattiva dwar it-tieni ġabra ta’ riżorsi proprji ġodda *
  • Proposta leġiżlattiva dwar in-Negozju fl-Ewropa: qafas għat-Tassazzjoni fuq l-Introjtu “BEFIT” *
  • Aċċess għad-data fis-servizzi finanzjarji *
  • Proposti leġiżlattivi dwar it-twaqqif ta’ euro diġitali *

L-inizjattivi li jsegwu direttament jew jikkontribwixxu indirettament għal proposta tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa huma mmarkati b’asterisk (*).

Ewropa aktar b’saħħitha fid-dinja
  • Strateġija spazjali tal-UE għas-sigurtà u d-difiża *
  • Aġenda Ġdida għall-Amerika Latina u għall-Karibew
  • Aġġornament tal-istrateġija tas-sigurtà marittima tal-UE
  • Aġġornament tar-reġim ta’ sanzjonijiet b’rabta mad-drittijiet tal-bniedem

L-inizjattivi li jsegwu direttament jew jikkontribwixxu indirettament għal proposta tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa huma mmarkati b’asterisk (*).

Promozzjoni tal-istil ta’ ħajja Ewropew tagħna
  • Approċċ komprensiv għas-saħħa mentali *
  • Ir-rikonoxximent tal-kwalifiki ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi
  • Proposta leġiżlattiva dwar id-diġitalizzazzjoni tad-dokumenti tal-ivvjaġġar u l-faċilitazzjoni tal-ivvjaġġar
  • Reviżjoni tad-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal
  • Inizjattiva dwar l-Akkademja tal-Ħiliet taċ-Ċibersigurtà

L-inizjattivi li jsegwu direttament jew jikkontribwixxu indirettament għal proposta tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa huma mmarkati b’asterisk (*).

Spinta ġdida għad-demokrazija Ewropea
  • Id-difiża tal-pakkett dwar id-demokrazija, inkluża l-inizjattiva dwar il-protezzjoni tal-isfera demokratika tal-UE minn influwenzi barranin moħbijin
  • Pakkett kontra l-korruzzjoni
  • Proposta leġiżlattiva dwar il-Karta tad-Diżabilità Ewropea *

L-inizjattivi li jsegwu direttament jew jikkontribwixxu indirettament għal proposta tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa huma mmarkati b’asterisk (*).

  • 13 SETTEMBRU 2022
L-Istat tal-Unjoni 2022 – L-ittra ta’ intenzjoni tal-President von der Leyen

Il-Kummissjoni von der Leyen: 2021-2022

  • 8 SETTEMBRU 2022
L-Istat tal-Unjoni 2022 - Kisbiet

Mumenti ewlenin 2021-2022

  • 8 SETTEMBRU 2022
L-Istat tal-Unjoni 2022 - Kronoloġija

Dokumenti u skedi informattivi