Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea
L-Istat tal-Unjoni 2026
Diskorsi dwar l-Istat tal-Unjoni
  • 16 Set 2026
  • 09:00 - 11:50 (CEST)
  • Il-Parlament Ewropew fi Strasburgu u xandira diretta fuq l-internet

X’inhu mistenni?

Id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni (SOTEU) huwa diskors annwali li l-President tal-Kummissjoni Ewropea tagħmel lill-Parlament Ewropew, u li fih tistabbilixxi l-prijoritajiet għall-Unjoni għas-sena li jkun imiss. Huwa mument vitali fid-demokrazija tal-UE - opportunità biex

  • issir riflessjoni dwar is-sena li tkun għaddiet
  • jiġu spjegati b’mod ġenerali l-prijoritajiet tal-UE
  • jitħabbru inizjattivi ġodda.

Wara d-diskors isir dibattitu mal-Membri tal-Parlament Ewropew, u dan isaħħaħ is-sens ta’ responsabbiltà.

Fid-diskors ta’ din is-sena, il-President Ursula von der Leyen se titkellem dwar il-viżjoni u l-inizjattivi ewlenin tagħha għas-sena li ġejja, li jibnu fuq il-kisbiet tal-UE s’issa.

Fis-16 ta’ Settembru 2026 f’din il-paġna se tkun tista’ ssegwi x-xandira diretta tad-diskors tal-Istat tal-Unjoni.

Dan għandu jkun il-mument tal-indipendenza tal-Ewropa. Nemmen li din hija l-missjoni tal-Unjoni tagħna. Fl-aħħar mill-aħħar, l-għan huwa li jkollna l-libertà u s-setgħa li niddeterminaw id-destin tagħna stess. U nafu li dan kapaċi nagħmluh. Għax flimkien urejna x’inhu possibbli meta jkollna l-istess ambizzjoni, unità u urġenza.

Ursula von der Leyen, l-Istat tal-Unjoni 2025
X’inhu l-Istat tal-Unjoni u għaliex huwa importanti?

L-għan tas-SOTEU huwa li jiġi żgurat li l-Ewropa qed tissodisfa l-aspettattivi tal-Ewropej.

Skopri aktar
Portrait of President von der Leyen against a purple and blue background stripes