Kontenut tal-paġna Kontenut tal-paġna Introduzzjoni Dan hu n-NextGenerationEU. Dan hu aktar minn pjan ta’ rkupru. Hu opportunità ta’ darba li noħorġu aktar b’saħħitna mill-pandemija, nittrasformaw l-ekonomiji tagħna u noħolqu opportunitajiet u impjiegi għall-Ewropa li nixtiequ ngħixu fiha. Għandna dak kollu li hemm bżonn biex dan iseħħ.Għandna l-viżjoni, għandna l-pjan, u qbilna li ninvestu €806.9 biljun* flimkien.Issa wasal iż-żmien li nmiddu idejna għax-xogħol, biex nagħmlu l-Ewropa aktar ekoloġika, aktar diġitali u aktar reżiljenti.*Din iċ-ċifra hi fi prezzijiet attwali. Din tammonta għal €750 biljun fi prezzijiet tal-2018. L-akbar pakkett ta’ stimolu li qatt ġie ffinanzjat Il-baġit fit-tul tal-UE, flimkien man-NextGenerationEU (NGEU), l-istrument temporanju mfassal biex jagħti spinta lill-irkupru, jiffurmaw l-akbar pakkett ta’ stimolu li qatt ġie ffinanzjat fl-Ewropa. B’kollox, €2.018 triljun fi prezzijiet attwali* qed jgħinu biex l-Ewropa tinbena mill-ġdid wara l-COVID-19. Din se tkun Ewropa aktar ekoloġika, aktar diġitali u aktar reżiljenti. Il-fondi qed jintużaw biex jindirizzaw l-aktar sfidi importanti quddiem l-Ewropa u biex jappoġġjaw lil dawk fil-bżonn. Wara l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja, il-baġit tal-UE ġie mmobilizzat biex jipprovdi assistenza ta’ emerġenza u appoġġ, fl-Ukrajna u fil-pajjiżi tal-UE, u biex itaffi l-konsegwenzi umanitarji tal-gwerra. *€1.8 triljun fi prezzijiet tal-2018 Fatti u figuri tal-QFP 2021-2027 u tan-NextGenerationEU Elementi ewlenin tal-pakkett Aktar minn 50% tal-baġit fit-tul u tan-NextGenerationEU qed jappoġġjaw il-modernizzazzjoni, pereżempju, bis-saħħa ta’: ir-riċerka u l-innovazzjoni, permezz ta’ Orizzont Ewropail-klima ġusta u t-tranżizzjonijiet diġitali, permezz tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Programm Ewropa Diġitaliit-tħejjija, l-irkupru u r-reżiljenza, permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, rescEU u programm ġdid tas-saħħa, l-UE għas-Saħħa Barra minn hekk, il-pakkett jagħti attenzjoni lil: l-immodernizzar tal-politiki tradizzjonali bħall-koeżjoni u l-politika agrikola komuni, biex jiġi mmassimizzat il-kontribut tagħhom għall-prijoritajiet tal-Unjoniil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, bi 30% tal-fondi tal-UE, l-ogħla sehem li qatt kien hemm mill-baġit Ewropewil-protezzjoni tal-bijodiversità u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri Novitajiet ewlenin Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u allokazzjonijiet totali tan-NextGenerationEU għal kull intestatura* Intestatura QFP NextGenerationEU 1. Suq uniku, innovazzjoni u diġitali €149.5 biljun €11.5-il biljun 2. Koeżjoni, reżiljenza u valuri €426.7 biljun €776.5 biljun 3. Riżorsi naturali u ambjent €401 biljun €18.9-il biljun 4. Migrazzjoni u ġestjoni tal-fruntieri €25.7 biljun - 5. Sigurtà u difiża €14.9-il biljun - 6. Viċinat u d-dinja €110.6 biljun - 7. Amministrazzjoni Pubblika Ewropea €82.5 biljun - QFP TOTALI €1,210.9 biljun €806.9 biljun L-ammonti kollha huma f’€, fi prezzijiet attwali. Sors: Il-Kummissjoni Ewropea NextGenerationEUIn-NextGenerationEU hu strument ta’ rkupru temporanju ta’ aktar minn €800 biljun biex jgħin biex tissewwa l-ħsara ekonomika u soċjali immedjata kkawżata mill-pandemija tal-coronavirus. L-Ewropa ta’ wara l-COVID-19 se tkun aktar ekoloġika, aktar diġitali, aktar reżiljenti u aktar adatta għall-isfidi attwali u futuri. Il-qofol tan-NextGenerationEU hu l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) – strument li joffri għotjiet u self biex jiġu appoġġjati riformi u investimenti fl-Istati Membri tal-UE b’valur totali ta’ €723.8 biljun. Biex jirċievu fondi mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, l-Istati Membri jeħtieġ li jħejju Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza li jiddeskrivu kif se jinvestu l-fondi. Barra minn hekk, jeħtieġ li jissodisfaw l-istadji importanti u l-miri rilevanti, u qabel ma jkun jista’ jsir kwalunkwe żborż taħt l-RRF, il-Kummissjoni tivvaluta l-ilħuq sodisfaċenti ta’ kull stadju importanti u mira. Biex tikkonsulta l-pjanijiet ta’ Stati Membri differenti tal-UE u ssegwi l-iżborżi li saru s’issa, ara t-Tabella ta’ Valutazzjoni interattiva għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Il-bqija tal-fondi min-NextGenerationEU qed jiġu żborżati lill-Istati Membri tal-UE minn diversi programmi tal-UE: l-Assistenza fl-Irkupru għall-Koeżjoni u għat-Territorji tal-Ewropa (REACT-EU), Orizzont Ewropa, InvestEU, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali jew il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (JTF). Wara l-aggressjoni tar-Russja fuq l-Ukrajna, l-Istati Membri tal-UE jistgħu jużaw xi wħud minn dawn il-fondi biex jindirizzaw il-ħtiġijiet tar-refuġjati li jaslu fit-territorji tagħhom. Tqassim tan-NextGenerationEU Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) €723.8 biljun li minnhom, self €385.8 biljun li minnhom, għotjiet €338 biljun Programm Finanzjament ReactEU €50.6 biljun Orizzont Ewropa €5.4 biljun InvestEU €6.1 biljun Żvilupp Rurali €8.1 biljun Il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (JTF) €10.9 biljun RescEU €2 biljun TOTAL €806.9 biljun L-ammonti kollha huma f’€, fi prezzijiet attwali. Sors: Il-Kummissjoni Ewropea Allokazzjonijiet nazzjonali Il-baġit tal-UE mhux u qatt ma kien dwar li trodd lura skont kemm tirċievi jew viċeversa. L-Istati Membri kollha jibbenefikaw mill-fatt li jkunu parti mis-suq uniku, u jindirizzaw flimkien l-isfidi komuni. Il-fondi tal-UE, pereżempju taħt il-fondi ta’ koeżjoni jew Orizzont Ewropa, imorru f’kull rokna tal-UE. F'ċerti oqsma ta’ politika l-Istati Membri rċevew ammonti assenjati minn qabel. Tista’ tikkonsultahom hawnhekk. Il-finanzjament tal-baġit fit-tul tal-UE u n-NextGenerationEU Il-baġit fit-tul tal-UE se jkompli jiġi ffinanzjat permezz tar-riżorsi tad-dħul magħrufin sew tal-baġit tal-UE:dazji doganalikontribuzzjonijiet mill-Istati Membri bbażati fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-introjtu nazzjonali gross (ING)Barra minn hekk, mill-1 ta’ Jannar 2021, se tiġi introdotta kontribuzzjoni nazzjonali ġdida bbażata fuq l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik mhux riċiklat bħala sors ta’ dħul tal-baġit tal-UE. Self għall-finanzjament tal-irkupru Biex tiffinanzja n-NextGenerationEU, il-Kummissjoni Ewropea - f’isem l-Unjoni Ewropea – qed tissellef fis-swieq b'rati aktar favorevoli minn bosta Stati Membri u tqassam mill-ġdid l-ammonti. Qabel in-NextGenerationEU, il-Kummissjoni Ewropea diġà ħarġet bonds, pereżempju biex tiffinanzja self lill-Istati Membri tal-UE u lil pajjiżi terzi, inklużi sa €100 biljun għall-programm SURE biex jiġu appoġġjati l-impjiegi u n-nies jibqgħu jaħdmu waqt il-pandemija tal-COVID-19. L-Unjoni Ewropea se tiġbor sa madwar €800 biljun fi prezzijiet attwali sal-2026 għan-NextGenerationEU permezz ta’ strateġija ta’ finanzjament diversifikata. L-UE bħala mutwatarja Pjan direzzjonali ċar lejn sorsi ġodda ta’ dħul biex jgħinu fil-ħlas lura tas-self. Fil-Ftehim interistituzzjonali ta’ Diċembru 2021, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu li jaħdmu biex jintroduċu biżżejjed riżorsi proprji ġodda biex ikopru r-ripagamenti tan-NextGenerationEU. F’Diċembru 2021, il-Kummissjoni għalhekk ipproponiet tliet sorsi ġodda ta’ dħul għall-baġit tal-UE, biex tgħin tħallas lura l-parti tal-għotjiet tan-NextGenerationEU. Din il-proposta tikkontribwixxi wkoll għall-finanzjament tal-Fond Soċjali għall-Klima, li għandu l-għan li jiżgura li ħadd ma jitħalla jibqa' lura fit-tranżizzjoni lejn ekonomija dekarbonizzata. Fl-20 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni lestiet il-proposta tagħha għall-ġenerazzjoni li jmiss ta’ riżorsi proprji. Il-pakkett jinkludi riżorsa proprja statistika temporanja ġdida bbażata fuq il-profitti tal-kumpaniji. Wara l-ftehim politiku dwar il-pakkett Lesti għall-mira ta’ 55%, li għandu l-għan li jiżgura li l-politiki tal-UE jikkontribwixxu għan-newtralità klimatika tal-kontinent tagħna, il-Kummissjoni aġġustat ukoll il-proposti dwar ir-riżorsi proprji bbażati fuq l-iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) u l-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (CBAM) meta mqabbla mal-proposti oriġinali ta’ Diċembru 2021. Riżorsa proprja tas-Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-EmissjonijietRiżorsa proprja tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieraRiżorsa proprja temporanja bbażata fuq l-istatistika fuq il-profitti tal-kumpaniji Barra minn hekk, tinżamm ir-riżorsa proprja bbażata fuq is-sehem tal-profitti residwi minn kumpaniji multinazzjonali li se jiġu riallokati lill-Istati Membri tal-UE skont il-ftehim tal-OECD/G20 dwar riallokazzjoni tad-drittijiet ta’ tassazzjoni (“l-Ewwel Pilastru”). Il-Kummissjoni qed taħdem mal-Parlament Ewropew u mal-Istati Membri tal-UE fil-Kunsill sabiex ikun hemm approvazzjoni rapida tal-għejun ġodda ta’ dħul. Sorsi ta’ dħul għall-baġit tal-UE għall-2021-2027 Il-ġenerazzjoni li jmiss ta’ riżorsi proprji tal-UE Il-benefiċjarji Kulħadd jista’ jibbenefika mill-baġit tal-UE. Sib sejħiet miftuħin u li se jinfetħu dalwaqt għal proposti ta' finanzjament, ikseb informazzjoni ta' sfond dwar il-proċessi u l-programmi ta' finanzjament, u applika online. Tgħallem dwar il-proċess tal-offerti u dwar l-opportunitajiet biex tinnegozja mal-Kummissjoni Ewropea. Kuntest Il-Kummissjoni ressqet il-proposta tagħha għall-baġit fit-tul li jmiss tal-UE fit-2 ta’ Mejju 2018. Fis-27 ta’ Mejju 2020, b’reazzjoni għall-kriżi bla preċedent ikkawżata mill-coronavirus, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet l-istrument ta’ rkupru temporanju NextGenerationEU, kif ukoll rinforzi mmirati għall-baġit fit-tul tal-UE għall-2021-2027. Fil-21 ta’ Lulju 2020, anqas minn xahrejn wara, il-kapijiet ta’ stat jew ta’ gvern tal-UE laħqu ftehim politiku dwar il-pakkett. L-adozzjoni finali mill-Kunsill saret fis-17 ta’ Diċembru 2020. Il-proċess tan-negozjati Segwi l-aktar progress reċenti u involvi ruħek.#NextGenerationEUNetwerks soċjali oħrajn Dokumenti 11 FRAR 2021Adopted MFF legal acts 17 DIĊEMBRU 2020EU budget - European Commission welcomes the adoption of the EU's long-term budget for 2021-2027 22 DIĊEMBRU 2020Questions and answers on the adoption of the EU's long-term budget for 2021-2027 11 NOVEMBRU 2020EU’s next long-term budget & NextgenerationEU - Key facts and figuresLingwi oħrajn (2)Deutsch(605.33 KB - PDF)Iddawnlowdjafrançais(588.43 KB - PDF)Iddawnlowdja 11 NOVEMBRU 2020Questions and Answers on the agreement on the €1.8 trillion package to help build greener, more digital and more resilient Europe 10 NOVEMBRU 2020Il-baġit tal-UE: Il-Kummissjoni Ewropea tilqa' l-ftehim dwar pakkett ta' EUR 1.8 triljun biex jgħin fil-bini ta' Ewropa aktar ekoloġika, aktar diġitali u aktar reżiljentiLingwi oħrajn (21)български(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjaespañol(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjačeština(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjadansk(5.95 KB - HTML)IddawnlowdjaDeutsch(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjaeesti(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjaελληνικά(5.95 KB - HTML)IddawnlowdjaEnglish(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjafrançais(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjahrvatski(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjaitaliano(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjalatviešu(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjalietuvių(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjamagyar(5.95 KB - HTML)IddawnlowdjaNederlands(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjapolski(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjaromână(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjaslovenčina(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjaslovenščina(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjasuomi(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjasvenska(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdja 27 MEJJU 2020Il-mument tal-Ewropa: Tiswija u Tħejjija għall-Ġenerazzjoni li JmissLingwi oħrajn (22)български(130.13 KB - HTML)Iddawnlowdjaespañol(198.88 KB - HTML)Iddawnlowdjačeština(193.71 KB - HTML)Iddawnlowdjadansk(192.25 KB - HTML)IddawnlowdjaDeutsch(202.37 KB - HTML)Iddawnlowdjaeesti(187.53 KB - HTML)Iddawnlowdjaελληνικά(251.55 KB - HTML)IddawnlowdjaEnglish(186.04 KB - HTML)Iddawnlowdjafrançais(203.22 KB - HTML)Iddawnlowdjahrvatski(187.76 KB - HTML)Iddawnlowdjaitaliano(196.7 KB - HTML)Iddawnlowdjalatviešu(193.32 KB - HTML)Iddawnlowdjalietuvių(193.19 KB - HTML)Iddawnlowdjamagyar(202.4 KB - HTML)IddawnlowdjaNederlands(195.79 KB - HTML)Iddawnlowdjapolski(199.4 KB - HTML)Iddawnlowdjaportuguês(197.76 KB - HTML)Iddawnlowdjaromână(200.08 KB - HTML)Iddawnlowdjaslovenčina(195.02 KB - HTML)Iddawnlowdjaslovenščina(188.28 KB - HTML)Iddawnlowdjasuomi(194.34 KB - HTML)Iddawnlowdjasvenska(192.6 KB - HTML)Iddawnlowdja 27 MEJJU 2020Il-baġit tal-UE jmexxi l-pjan ta' rkupru għall-EwropaLingwi oħrajn (22)български(352.85 KB - HTML)Iddawnlowdjaespañol(271.43 KB - HTML)Iddawnlowdjačeština(264.71 KB - HTML)Iddawnlowdjadansk(264.63 KB - HTML)IddawnlowdjaDeutsch(274.84 KB - HTML)Iddawnlowdjaeesti(259.17 KB - HTML)Iddawnlowdjaελληνικά(359.9 KB - HTML)IddawnlowdjaEnglish(257.84 KB - HTML)Iddawnlowdjafrançais(278.35 KB - HTML)Iddawnlowdjahrvatski(261.24 KB - HTML)Iddawnlowdjaitaliano(268.16 KB - HTML)Iddawnlowdjalatviešu(269.8 KB - HTML)Iddawnlowdjalietuvių(266.32 KB - HTML)Iddawnlowdjamagyar(283.57 KB - HTML)IddawnlowdjaNederlands(271.63 KB - HTML)Iddawnlowdjapolski(271.56 KB - HTML)Iddawnlowdjaportuguês(274.84 KB - HTML)Iddawnlowdjaromână(278.69 KB - HTML)Iddawnlowdjaslovenčina(267.79 KB - HTML)Iddawnlowdjaslovenščina(256.31 KB - HTML)Iddawnlowdjasuomi(269.34 KB - HTML)Iddawnlowdjasvenska(262.73 KB - HTML)Iddawnlowdja 27 MEJJU 2020Commission Staff Working Document: Identifying Europe's recovery need 27 MEJJU 2020Programm ta' Ħidma Aġġustat tal-Kummissjoni 2020Lingwi oħrajn (23)български(300.99 KB - HTML)Iddawnlowdjaespañol(252.58 KB - HTML)Iddawnlowdjačeština(246.51 KB - HTML)Iddawnlowdjadansk(244.46 KB - HTML)IddawnlowdjaDeutsch(251.13 KB - HTML)Iddawnlowdjaeesti(243.26 KB - HTML)Iddawnlowdjaελληνικά(296.6 KB - HTML)IddawnlowdjaEnglish(241.49 KB - HTML)Iddawnlowdjafrançais(255.95 KB - HTML)IddawnlowdjaGaeilge(241.49 KB - HTML)Iddawnlowdjahrvatski(248.85 KB - HTML)Iddawnlowdjaitaliano(252.5 KB - HTML)Iddawnlowdjalatviešu(249.62 KB - HTML)Iddawnlowdjalietuvių(250.34 KB - HTML)Iddawnlowdjamagyar(257.22 KB - HTML)IddawnlowdjaNederlands(250.19 KB - HTML)Iddawnlowdjapolski(253.31 KB - HTML)Iddawnlowdjaportuguês(251.69 KB - HTML)Iddawnlowdjaromână(255.7 KB - HTML)Iddawnlowdjaslovenčina(249.4 KB - HTML)Iddawnlowdjaslovenščina(245.02 KB - HTML)Iddawnlowdjasuomi(246.63 KB - HTML)Iddawnlowdjasvenska(248.77 KB - HTML)Iddawnlowdja 27 MEJJU 2020Adjusted Commission Work Programme 2020 - Annexes 27 MEJJU 2020MFF Legislation Links relatati Faċilità għall-Irkupru u r-ReżiljenzaRispons għall-coronavirus
Dan hu n-NextGenerationEU. Dan hu aktar minn pjan ta’ rkupru. Hu opportunità ta’ darba li noħorġu aktar b’saħħitna mill-pandemija, nittrasformaw l-ekonomiji tagħna u noħolqu opportunitajiet u impjiegi għall-Ewropa li nixtiequ ngħixu fiha. Għandna dak kollu li hemm bżonn biex dan iseħħ.Għandna l-viżjoni, għandna l-pjan, u qbilna li ninvestu €806.9 biljun* flimkien.Issa wasal iż-żmien li nmiddu idejna għax-xogħol, biex nagħmlu l-Ewropa aktar ekoloġika, aktar diġitali u aktar reżiljenti.*Din iċ-ċifra hi fi prezzijiet attwali. Din tammonta għal €750 biljun fi prezzijiet tal-2018.
NextGenerationEUIn-NextGenerationEU hu strument ta’ rkupru temporanju ta’ aktar minn €800 biljun biex jgħin biex tissewwa l-ħsara ekonomika u soċjali immedjata kkawżata mill-pandemija tal-coronavirus. L-Ewropa ta’ wara l-COVID-19 se tkun aktar ekoloġika, aktar diġitali, aktar reżiljenti u aktar adatta għall-isfidi attwali u futuri.
Il-baġit fit-tul tal-UE se jkompli jiġi ffinanzjat permezz tar-riżorsi tad-dħul magħrufin sew tal-baġit tal-UE:dazji doganalikontribuzzjonijiet mill-Istati Membri bbażati fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-introjtu nazzjonali gross (ING)Barra minn hekk, mill-1 ta’ Jannar 2021, se tiġi introdotta kontribuzzjoni nazzjonali ġdida bbażata fuq l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik mhux riċiklat bħala sors ta’ dħul tal-baġit tal-UE.