Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 14 Jannar 2025
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 2 min qari

It-triq li rridu naqbdu biex ikollna avjazzjoni Ewropea sostenibbli

Plane taking off from runway. Wind turbines on the horizon.

 

Rapport ġdid dwar il-prestazzjoni ambjentali tas-settur tal-avjazzjoni Ewropew jistabbilixxi miżuri dwar kif innaqqsu l-impatt tal-avjazzjoni fuq it-tibdil fil-klima, l-istorbju u l-kwalità tal-arja, u niżguraw li l-Ewropa tilħaq l-għan tagħha tan-newtralità klimatika sal-2050. B’mod partikolari, ir-rapport jirrakkomanda li niffukaw fuq ċerti miżuri bħal pereżempju ż-żieda fl-użu tal-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli, l-aħjar użu mill-ottimizzazzjoni tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, u l-adozzjoni ta’ teknoloġiji aktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwils. Bl-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri, l-emissjonijiet jistgħu jitnaqqsu b’mill-inqas żewġ terzi sal-2050. 

Fost is-sejbiet tiegħu, ir-rapport josserva li: 

  • l-għadd medju ta’ passiġġieri (135) u d-distanza medja (1,730 km) għal kull titjira, kif ukoll l-età medja tal-flotta (11.8 sena), qed ikomplu jiżdiedu 
  • l-għadd ta’ titjiriet li waslu fl-ajruporti tal-UE u tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA, European Free Trade Association) u li telqu minnhom laħaq it-8.35 miljuni fl-2023, jiġifieri 10 % inqas minn qabel il-COVID-2019 
  • fl-2023, it-titjiriet li telqu mill-ajruporti tal-UE u tal-EFTA emettew 133 miljun tunnellata ta’ CO2, jiġifieri 10 % inqas minn kemm ġie rrilaxxat fl-2019 
  • il-massa medja ta’ CO2 emessa għal kull passiġġier-kilometru kompliet tonqos għal 83 gramma fl-2023, ammont ekwivalenti għal 3.3 litri ta’ fjuwil għal kull 100 passiġġier-kilometru 
  • fl-2022, it-titjiriet li telqu mill-UE u mill-EFTA rrappreżentaw 12 % tal-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra (GHG, greenhouse gases) mit-trasport u 4 % tal-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra fl-UE u fl-EFTA 

Ir-rapport jgħid ukoll li l-emissjonijiet netti ta’ CO2 jistgħu jitnaqqsu b’mill-inqas 65 miljun tunnellata (47 %) fl-2050, jekk jintlaħqu l-għanijiet tal-mandat ta’ provvista tal-inizjattiva ReFuelEU Aviation dwar il-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli (SAF, sustainable aviation fuels). Madankollu, billi t-tkabbir ipproġettat fid-domanda tat-traffiku tal-ajru mistenni jilħaq il-11.8 miljun titjira annwali sal-2050, ir-rapport jenfasizza li jeħtieġ tittieħed azzjoni ulterjuri fejn jidħlu t-teknoloġiji aktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwils, l-ottimizzazzjoni tal-operazzjonijiet u l-użu tal-SAF biex jiġi evitat li din iż-żieda fit-traffiku tiġġenera żieda fl-emissjonijiet.  

Ir-Rapport Ambjentali tal-2025 dwar l-Avjazzjoni Ewropea jsir mill-Kummissjoni Ewropea, flimkien mal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, bl-appoġġ tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u tal-Eurocontrol. 

Għal aktar informazzjoni 

Ir-Rapport Ambjentali tal-2025 dwar l-Avjazzjoni Ewropea 

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew 

Pjan ġdid għall-prosperità u l-kompetittività sostenibbli tal-Ewropa 

Tnaqqis tal-emissjonijiet mill-avjazzjoni 

Is-settur tal-avjazzjoni u l-ambjent 

Stqarrija għall-istampa: Ir-Rapport Ambjentali tal-2025 dwar l-Avjazzjoni Ewropea: għall-futur tal-avjazzjoni huwa kruċjali li nikkonvertu l-għanijiet tagħna f’azzjonijiet konkreti 

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
14 Jannar 2025
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni