It-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali huma theddida eżistenzjali għall-Ewropa u d-dinja. Biex jegħleb dawn l-isfidi, il-Patt Ekoloġiku Ewropew se jittrasforma lill-UE f’ekonomija moderna, effiċjenti fir-riżorsi u kompetittiva, biex jiġi żgurat li:
- ma jkun hemm ebda emissjoni netta ta’ gassijiet b’effett serra sal-2050
- it-tkabbir ekonomiku jiġi diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi
- ebda persuna u ebda post ma jitħallew barra
Il-Patt Ekoloġiku Ewropew huwa wkoll vitali biex noħorġu mill-pandemija tal-COVID-19. Terz mill-investimenti ta’ €1.8 triljun mill-Pjan ta’ Rkupru tan-NextGenerationEU, u l-baġit ta’ seba’ snin tal-UE se jiffinanzjaw il-Patt Ekoloġiku Ewropew.
Il-Kummissjoni Ewropea adottat sett ta’ proposti leġiżlattivi sabiex il-politiki tal-UE dwar il-klima, l-enerġija, it-trasport u t-tassazzjoni tagħmilhom tajbin biex inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’mill-inqas 55% sal-2030, meta mqabbla mal-livelli tal-1990. Aktar informazzjoni dwar Inwettqu l-Patt Ekoloġiku Ewropew.
Punt ewlieni

24 ta’ Jannar – Il-Kummissjoni ppreżentat ftehim ġdid għall-pollinaturi biex jiġi indirizzat it-tnaqqis allarmanti fl-insetti dakkara selvaġġi fl-Ewropa. Dan se jistabbilixxi azzjonijiet biex jitreġġa’ lura t-tnaqqis tal-pollinaturi sal-2030 fi sforz biex jissaħħu s-sigurtà tal-ikel u r-reżiljenza tal-ekosistema. It-telf tad-dakkara huwa wieħed mill-akbar theddidiet għan-natura u l-benesseri tal-bniedem tal-UE u l-preservazzjoni tiegħu għandha rwol kritiku fil-produzzjoni agrikola sostenibbli fit-tul.
Ċifri ewlenin
Il-benefiċċji tal-Patt Ekoloġiku Ewropew
Il-Patt Ekoloġiku Ewropew se jtejjeb il-benesseri u s-saħħa taċ-ċittadini u l-ġenerazzjonijiet futuri billi jipprovdi:
arja friska, ilma nadif, ħamrija u bijodiversità b’saħħithom
bini rinnovat u effiċjenti fl-użu tal-enerġija
ikel tajjeb għas-saħħa u affordabbli
aktar trasport pubbliku
enerġija aktar nadifa u innovazzjoni teknoloġika nadifa mill-aktar avvanzata
prodotti li jdumu aktar li jistgħu jissewwew, jiġu riċiklati u użati mill-ġdid
impjiegi li jibqgħu validi fil-futur u taħriġ fil-ħiliet għat-tranżizzjoni
industrija globalment kompetittiva u reżiljenti

REPowerEU
Enerġija affordabbli, sikura u sostenibbli għall-Ewropa

Klima
Inkunu l-ewwel kontinent newtrali għall-klima sal-2050

Enerġija
Tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u effiċjenti

Ambjent u oċeani
Protezzjoni tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tagħna

Agrikoltura
Sistema ta’ ikel tajjeb għas-saħħa għan-nies u għall-pjaneta

Trasport
Forniment ta’ trasport effiċjenti, sikur u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent

Industrija
Strateġija industrijali għal Ewropa kompetittiva, ekoloġika u diġitali

Riċerka u innovazzjoni
Ir-rwol tagħha fl-ixprunar ta’ bidla trasformattiva

Finanzi u żvilupp reġjonali
Investimenti sostenibbli biex inwettqu l-Patt Ekoloġiku Ewropew

Bauhaus Ewropew Ġdid
Inizjattiva kreattiva u interdixxiplinari li tgħaqqad il-Patt Ekoloġiku Ewropew mal-ispazji tal-għajxien u l-esperjenzi tagħna
Kronoloġija
- 24 ta' Jannar 2023
Preżentazzjoni ta’ Patt Ġdid għall-Pollinaturi biex jiġi indirizzat it-tnaqqis allarmanti fl-insetti dakkara selvaġġi fl-Ewropa.
- 18 ta' Diċembru 2022
L-UE taqbel li ssaħħaħ u tespandi l-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet, u toħloq Fond Soċjali għall-Klima biex jgħin lin-nies fit-tranżizzjoni
- 9 ta' Diċembru 2022
Regoli ġodda dwar l-applikazzjoni tal-iskema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet fis-settur tal-avjazzjoni
- 6 ta' Diċembru 2022
L-UE tilħaq ftehim dwar liġi kontra d-deforestazzjoni globali u d-degradazzjoni tal-foresti xprunati mill-produzzjoni u l-konsum tal-UE
- 15 ta' Novembru 2022
- 27 ta' Ottubru 2022
Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jilħqu qbil politiku proviżorju dwar standards ta’ rendiment aktar stretti għall-emissjonijiet ta’ CO2 għal karozzi u vannijiet ġodda
- 26 ta' Ottubru 2022
Il-Kummissjoni tipproponi regoli aktar b’saħħithom għal arja u ilma aktar nodfa
- 15 ta' Settembru 2022
Proposta għal intervent ta’ emerġenza fis-suq biex jitnaqqsu l-kontijiet tal-enerġija għall-Ewropej
- 20 ta' Lulju 2022
Proposta “Niffrankaw il-gass għal xitwa sikura”
- 22 ta' Ġunju 2022
- 18 ta' Mejju 2022
Pjan REPowerEU: enerġija affordabbli, sikura u sostenibbli għall-Ewropa
- 22 ta' April 2022
Il-Kummissjoni Ewropea tingħaqad mal-Patt Klimatiku Ewropew u twiegħed li tagħmel l-operazzjonijiet tagħha newtrali għall-klima sal-2030
- 8 ta' Marzu 2022
REPowerEU: Azzjoni Ewropea konġunta għal enerġija aktar affordabbli, sikura u sostenibbli
- 15 ta' Diċembru 2021
- 14 ta' Diċembru 2021
- 15 ta' Settembru 2021
- 14 ta’ Lulju 2021
- 17 ta’ Mejju 2021
- 12 ta’ Mejju 2021
- 25 ta’ Marzu 2021
- 24 ta’ Frar 2021
- 18 ta’ Jannar 2021
- 10 ta’ Diċembru 2020
- 9 ta’ Diċembru 2020
- 19 ta’ Novembru 2020
- 17 ta’ Settembru 2020
Preżentazzjoni tal-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030
- 8 ta' Lulju 2020
Adozzjoni tal-istrateġiji tal-UE għall-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija u tal-idroġenu biex titwitta t-triq lejn settur tal-enerġija kompletament dekarbonizzat, aktar effiċjenti u interkonness
- 20 ta’ Mejju 2020
Preżentazzjoni tal-Istrateġija tal-Bijodiversità tal-UE għall-2030 biex tipproteġi r-riżorsi naturali fraġli fil-pjaneta tagħna
Preżentazzjoni tal-“Istrateġija Mill-għalqa sal-platt”, biex is-sistemi alimentari tagħna jsiru aktar sostenibbli
- 11 ta’ Marzu 2020
Proposta għal Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari li jiffoka fuq l-użu sostenibbli tar-riżorsi
- 10 ta’ Marzu 2020
Adozzjoni tal-Istrateġija Industrijali Ewropea, pjan għal ekonomija lesta għall-futur
- 4 ta’ Marzu 2020
Proposta għal liġi Ewropea dwar il-klima biex tiġi żgurata Unjoni Ewropea newtrali għall-klima sal-2050
Konsultazzjoni pubblika (miftuħa sas-17 ta’ Ġunju 2020) dwar il-Patt Klimatiku Ewropew li tlaqqa’ flimkien ir-reġjuni, il-komunitajiet lokali, is-soċjetà ċivili, in-negozji u l-iskejjel
- 14 ta’ Jannar 2020
Preżentazzjoni tal-Pjan ta’ Investiment tal-Patt Ekoloġiku Ewropew utal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta
- 11 ta’ Diċembru 2019
Preżentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew
Dokumenti
Inwettqu l-Patt Ekoloġiku Ewropew
Skedi informattivi - Inwettqu l-Patt Ekoloġiku Ewropew
Skedi informattivi dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew
Repożitorju ċar u komplut tal-oqsma tematiċi li qed isawru l-Patt Ekoloġiku Ewropew
- Iddawnlowdjaбългарски
- Iddawnlowdjaespañol
- Iddawnlowdjačeština
- Iddawnlowdjadansk
- IddawnlowdjaDeutsch
- Iddawnlowdjaeesti
- Iddawnlowdjaελληνικά
- IddawnlowdjaEnglish
- Iddawnlowdjafrançais
- Iddawnlowdjahrvatski
- Iddawnlowdjaitaliano
- Iddawnlowdjalatviešu
- Iddawnlowdjalietuvių
- Iddawnlowdjamagyar
- IddawnlowdjaNederlands
- Iddawnlowdjapolski
- Iddawnlowdjaportuguês
- Iddawnlowdjaromână
- Iddawnlowdjaslovenčina
- Iddawnlowdjaslovenščina
- Iddawnlowdjasuomi
- Iddawnlowdjasvenska