
L-aċċettazzjoni soċjali tal-persuni LGBTIQ+ żdiedet madwar l-UE f’dawn l-aħħar 5 snin. Madwar 75 % tan-nies jgħidu li jħossuhom komdi li għandhom kollegi omosesswali, leżbjani jew bisesswali. Iżda l-persuni LGBTIQ+ għadhom jesperjenzaw livelli sproporzjonati u inaċċettabbli ta’ mibegħda, vjolenza u diskriminazzjoni. Madwar wieħed minn kull tliet persuni LQBTIQ+ għadhom jirrapportaw li esperjenzaw diskriminazzjoni f’dawn l-aħħar 12-il xahar.
Sabiex tiddefendi l-ugwaljanza u l-inklużjoni kull meta jkunu mhedda, l-UE nediet l-istrateġija tagħha dwar l-ugwaljanza tal-persuni LGBTIQ+ għall-2026-2030. Din tissejjes fuq l-istrateġija preċedenti għall-2020-2025 u se tmur lil hinn biex tiżgura li l-ugwaljanza tal-persuni LGBTIQ+ tiġi integrata fil-politiki kollha tal-UE.
L-istrateġija l-ġdida tistabbilixxi 3 oqsma ewlenin ta’ azzjoni:
- il-protezzjoni tal-persuni LGBTIQ+
- minn fastidju u vjolenza mmotivati mill-mibegħda permezz ta’ pjan ta’ azzjoni ġdid kontra l-bullying ċibernetiku u l-ħolqien ta’ ċentru ta’ għarfien biex tinġabar intelligence dwar il-mibegħda illegali online
- mid-diskriminazzjoni, billi jiġu infurzati l-liġijiet rilevanti tal-UE u billi jkomplu jiġu ffinanzjati l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jiddefendu d-drittijiet tal-persuni LGBTIQ+
minn prattiki ta’ konverżjoni, li jfittxu li jibdlu b’mod imġiegħel l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru tan-nies, billi jiġu analizzati u billi jitqiesu miżuri xierqa kif ukoll l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej biex dawn il-prattiki jiġu pprojbiti
- l-għoti tas-setgħa lill-persuni LGBTIQ+ permezz ta’
- korpi tal-ugwaljanza, billi jiġi żgurat li jkunu effettivi fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-persuni LGBTIQ+
- familji qawsalla, billi l-pajjiżi tal-UE jiġu mħeġġa jadottaw il-proposta għar-Rikonoxximent tal-Istat ta’ Ġenitur
il-promozzjoni tal-inklużjoni fil-post tax-xogħol, b’ħidma mal-Pjattaforma tal-UE tal-Karti dwar id-Diversità biex jiġu appoġġati l-impjegati LGBTIQ+
- l-involviment tas-soċjetà biex tavvanza l-ugwaljanza tal-persuni LGBTIQ+ billi
- jsir appell lill-pajjiżi kollha tal-UE biex jadottaw strateġiji nazzjonali jew pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali dwar l-ugwaljanza tal-persuni LGBTIQ+
- jittejbu l-ġbir u l-analiżi tad-data biex wieħed jifhem aħjar l-esperjenzi fil-ħajja reali tal-persuni LGBTIQ+
- jitnieda “Forum ta’ Politika dwar il-Persuni LGBTIQ+”, bħala pjattaforma diretta għal skambju bejn is-soċjetà ċivili u l-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni se tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-ugwaljanza fl-impjieg fl-2026 u se tkompli tiżgura l-applikazzjoni rigoruża tagħhom. Flimkien ma’ dan, il-Kummissjoni se tistabbilixxi gwida ġdida dwar prattiki inklużivi ta’ reklutaġġ.
Għal iktar tagħrif
Azzjonijiet għall-ugwaljanza tal-LGBTIQ
- Data tal-pubblikazzjoni
- 8 Ottubru 2025
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni