Insawru unjoni ta’ ugwaljanza Meta niddefendu l-indipendenza tal-Ewropa nkunu qegħdin inħarsu l-libertajiet tagħna. Il-libertà li tiddeċiedi. Li ssemma’ leħnek. Li tista’ ddur madwar kontinent sħiħ. Il-libertà li tivvota. Li tħobb. Li titlob. Li tgħix f'unjoni ta' ugwaljanza. Soċjetà verament inklużiva tagħti s-setgħa u tuża l-potenzjal ta’ kulħadd. Hu għalhekk li l-Kummissjoni poġġiet l-ugwaljanza fil-qalba tal-aġenda tagħha, filwaqt li qed tistinka biex issawwar unjoni ta’ ugwaljanza fejn in-nies kollha jkunu jistgħu jgħixu ħielsa mid-diskriminazzjoni.Fl-2020 u l-2021, il-Kummissjoni adottat ħames strateġiji biex toħloq il-kundizzjonijiet biex kulħadd jgħix, jirnexxi u jmexxi irrispettivament mid-differenzi bbażati fuq il-ġeneru, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.L-istrateġija dwar l-ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025L-istrateġija dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri 2020-2025L-istrateġija dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità 2021-2030Il-pjan ta’ azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra r-razziżmu 2020-2025Il-Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni 2020-2030Fl-2025, il-Kummissjoni ppreżentat strateġija ġdida għall-ugwaljanza tal-persuni LGBTIQ+, b’enfasi kbira fuq il-protezzjoni tal-persuni LGBTIQ+ kontra l-vjolenza u fuq l-għoti tal-kapaċità li jgħixu ħielsa mid-diskriminazzjoni. ’Il quddiem, se taġġorna wkoll l-istrateġija għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-istrateġija kontra r-razziżmu. Id-dritt li tkun min int Fl-UE, id-diskriminazzjoni bbażata fuq kwalunkwe raġuni (bħas-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali) hi pprojbita mil-liġi. Iżda għal ħafna nies, din għadha realtà ta’ kuljum.Sabiex jiġi żgurat li d-drittijiet fundamentali tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni jiġu rispettati, il-Kummissjoni kontinwament tipproponi politiki u inizjattivi ġodda, li jiffukaw fuq il-promozzjoni tal-ugwaljanza u l-inklużjoni.Ara x’qed tagħmel il-Kummissjoni biex tindirizza d-diskriminazzjoni Kontinent fejn tista’ timmira fl-għoli kemm trid L-UE qed tistinka biex tkun kontinent fejn kulħadd jista’ jagħżel liema triq irid fil-ħajja, ħieles mill-vjolenza u l-istereotipi bbażati fuq il-ġeneru. Ugwaljanza bejn il-ġeneri 71 punt (minn 100) milħuqa mill-UE fl-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 202433.4% tal-membri tal-parlamenti nazzjonali fl-UE huma nisa10 punti fil-mijahi d-differenza ġenerali bejn il-ġeneri fl-impjiegi Sorsi: L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, Eurostat Dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-pajjiżi tal-UE għamlu progress sinifikanti, inkluż billi ressqu leġiżlazzjoni komuni u integraw il-perspettivi tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri f’oqsma ta’ politika differenti.Madankollu, il-pajjiżi tal-UE għadhom ’il bogħod milli jilħqu ugwaljanza sħiħa bejn il-ġeneri u l-progress miexi bil-mod. Il-vjolenza abbażi tal-ġeneru għadha mifruxa. Fis-suq tax-xogħol, in-nisa huma rappreżentati żżejjed f’setturi b’pagi aktar baxxi, u huma sottorappreżentati f’pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet. Bħala medja, xorta jaqilgħu kważi 13% anqas mill-irġiel fis-siegħa. Ir-riċerka turi li n-nisa ġeneralment iwettqu wkoll aktar xogħol tad-dar mill-irġiel. L-istereotipi tal-ġeneri, li jaffettwaw kemm lin-nisa kif ukoll lill-irġiel, huma kawża ewlenija ta’ dawn id-disparitajiet.Biex tindirizza l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri li għadhom jippersistu sal-lum, fl-2020 il-Kummissjoni nediet l-istrateġija tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.Skopri dwar l-azzjonijiet tal-Kummissjoni biex ikollna l-ugwaljanza bejn il-ġeneri Kontinent fejn tista’ tħobb lil min trid L-Unjoni Ewropea tinsab fuq quddiem nett fit-titjib tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni leżbjani, omosesswali, bisesswali, trans, intersesswali, u queer (LGBTIQ+). 23 pajjiż tal-UEgħandhom leġiżlazzjoni dwar l-ugwaljanza dwar l-orjentazzjoni sesswali li tmur lil hinn mill-impjiegAktar minn 100 inizjattiva ffinanzjati mill-UE biex jingħata sostenn lill-persuni LGBTIQ+ Sorsi: Mappa qawsalla, rapport ta’ progress dwar l-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025 Minkejja l-isforzi tagħna biex nippermettu lil kulħadd ikun min hu u jħobb lil min irid, il-persuni LGBTIQ+ spiss jiġu diskriminati. Stħarriġ imwettaq mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) fl-2023 wera li għad hemm ħafna diskriminazzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali, iżda qed tonqos bil-mod. Madankollu, il-fastidju, l-intimidazzjoni, u l-vjolenza żdiedu. Mill-istess stħarriġ ħareġ li 55% mill-persuni LGBTIQ+ li ġew intervistati esperjenzaw fastidju minħabba li huma parti mill-komunità LGBTIQ+.Fuq il-bażi tal-progress li nkiseb fl-ambitu tal-ewwel strateġija tagħha dwar l-ugwaljanza għall-persuni LGBTIQ, il-Kummissjoni nediet l-istrateġija tagħha dwar l-ugwaljanza għall-persuni LGBTIQ+ għall-perjodu 2026–2030 sabiex tkompli tippromwovi l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni billi tipproteġi u tagħti s-saħħa lill-persuni LGBTIQ+ u tinvolvi lis-soċjetà.Skopri x’qed tagħmel il-Kummissjoni biex tipproteġi d-drittijiet u s-sikurezza tal-persuni LGBTIQ+ Kontinent fejn tista’ tkun min int Nindirizzaw ir-razziżmu Aħna “magħqudin fid-diversità” f’kontinent li fih ħafna kulturi, tradizzjonijiet u lingwi differenti.Iżda biex l-UE tissodisfa l-motto tagħha u tissodisfa t-tifsira tiegħu, jeħtieġ li kontinwament niġġieldu r-razziżmu u l-movimenti ksenofobiċi, inklużi l-ġlieda kontra l-antisemitiżmu u l-mibegħda kontra l-Musulmani.L-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) wettqet firxa ta’ stħarriġiet li juru livelli għoljin ta’ diskriminazzjoni fl-UE. Biex tindirizza din is-sitwazzjoni, fl-2020 il-Kummissjoni adottat il-pjan ta’ azzjoni kontra r-razziżmu. Fost objettivi oħrajn, il-pjanjintroduċi miżuri u programmi ta’ finanzjament għall-ġlieda kontra r-razziżmu u kontra d-diskriminazzjoni fl-aċċess għas-suq tax-xogħol, għall-edukazzjoni u t-taħriġ, għas-servizzi tas-saħħa, għall-protezzjoni soċjali, u għall-akkomodazzjonijippromwovi sensiela ta’ azzjonijiet biex jiġu indirizzati l-istereotipi razzjali u etniċi flimkien mal-midja, mas-soċjetà ċivili, u mar-rappreżentanti ta’ nies bi sfond razzjali jew etniku minoritarjuiħeġġeġ lill-Istati Membri jadottaw miżuri biex jevitaw l-iżvantaġġi marbutin mad-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-razza jew l-oriġini etnika, jew jikkumpensaw għalihomAqra dwar il-pjan ta’ azzjoni għall-ġlieda kontra r-razziżmu għall-perjodu 2020-2025Aktar inklużjoni għall-persuni b’diżabbiltà 101 miljun persuna fl-UE għandhom diżabbiltà50%+iħossuhom diskriminati51%għandhom impjieg Sors: L-istrateġija dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà 2021–2030 (stħarriġ imwettaq fost persuni b’diżabbiltà) Minkejja l-progress li sar s’issa, il-persuni b’diżabbiltà għadhom jiffaċċjaw ostakli konsiderevoli fis-soċjetà tagħna. L-istrateġija dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà 2021-2030 għandha l-għan li ttejjeb il-ħajja tal-persuni b’diżabbiltà u tiżgura li dawn ikunu jistgħu jgawdu d-drittijiet tagħhom u jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà u fl-ekonomija fuq bażi ugwali ma’ ħaddieħor.Taħt l-istrateġija, fl-2022 ġie adottat Pakkett dwar l-Impjiegi għal Persuni b’Diżabbiltà. Peress li fl-UE huma impjegati biss nofs tat-42.8 miljun persuna b’diżabbiltà fl-età tax-xogħol, inizjattivi bħal dawn qed jipprovdu gwida lill-impjegaturi u lill-awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li jgħinu lil aktar persuni b’diżabbiltà jaċċessaw is-suq tax-xogħol.F’dawn l-aħħar snin, ġew adottati wkoll diversi regoli tal-UE biex l-UE ssir aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà, inklużi:l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà, li jkopri l-prodotti u s-servizziu d-Direttiva dwar l-Aċċessibbiltà għall-WebInizjattivi oħrajn jinkluduil-Kard Ewropea tad-Diżabilità u Kard Ewropea għall-Parkeġġ għal persuni b’diżabilitàrakkomandazzjonijiet dwar akkomodazzjoni aċċessibbli u appoġġjata għall-persuni b’diżabbiltàil-qafas li se jsir għal servizzi soċjali ta’ eċċellenza għall-persuni b’diżabbiltàSir af aktar dwar l-istrateġija dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà 2021-2030 Ugwaljanza, inklużjoni u parteċipazzjoni tar-Rom Ir-Rom huma l-akbar minoranza etnika fl-Ewropa. Minn 10 sa12-il miljun, hu stmat li 6 miljuni huma ċittadini jew residenti tal-UE.Għalkemm hemm projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni fl-UE, ħafna Rom għadhom vittmi ta’ preġudizzju u esklużjoni soċjali.Fl-2020, il-Kummissjoni nediet pjan ta’ 10 snin biex tappoġġja l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tal-komunità tar-Rom fl-UE, fejn stabbilixxiet il-miri tagħha għall-2030, inkluż: it-tnaqqis tal-proporzjon ta’ Rom b’esperjenza ta’ diskriminazzjoni b’mill-anqas nofsit-tnaqqis tal-ispariġġ tal-faqar bejn ir-Rom u l-popolazzjoni ġenerali b’mill-anqas nofsit-tnaqqis tal-proporzjon ta’ tfal Rom li jattendu skejjel primarji segregati b’mill-anqas nofs fl-Istati Membri b’popolazzjoni sinifikanti tar-Romit-tnaqqis tad-distakk fl-istennija tal-għomor b’mill-anqas nofsSir af x’qed tagħmel il-Kummissjoni biex tippromwovi l-ugwaljanza, l-inklużjoni, u l-parteċipazzjoni tar-Rom fl-UE It-Task Force għall-ugwaljanza Il-ħames strateġiji kollha tal-unjoni ta’ ugwaljanza jikkombinaw miżuri mmirati (bħal leġiżlazzjoni dwar l-ugwaljanza jew attivitajiet speċifiċi ta’ sensibilizzazzjoni) u sforzi biex l-ugwaljanza tiġi integrata f’oqsma oħrajn tal-politika.Biex tgħin tintegra l-ugwaljanza fl-oqsma kollha ta’ politika, il-Kummissjoni ħolqot task force apposta.Skopri t-Task Force tal-Kummissjoni dwar l-Ugwaljanza Links relatati L-ugwaljanza u l-inklużjoniStatistika dwar l-ugwaljanzaIstitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri (EIGE)Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali (FRA)
Soċjetà verament inklużiva tagħti s-setgħa u tuża l-potenzjal ta’ kulħadd. Hu għalhekk li l-Kummissjoni poġġiet l-ugwaljanza fil-qalba tal-aġenda tagħha, filwaqt li qed tistinka biex issawwar unjoni ta’ ugwaljanza fejn in-nies kollha jkunu jistgħu jgħixu ħielsa mid-diskriminazzjoni.Fl-2020 u l-2021, il-Kummissjoni adottat ħames strateġiji biex toħloq il-kundizzjonijiet biex kulħadd jgħix, jirnexxi u jmexxi irrispettivament mid-differenzi bbażati fuq il-ġeneru, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.L-istrateġija dwar l-ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025L-istrateġija dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri 2020-2025L-istrateġija dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità 2021-2030Il-pjan ta’ azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra r-razziżmu 2020-2025Il-Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni 2020-2030Fl-2025, il-Kummissjoni ppreżentat strateġija ġdida għall-ugwaljanza tal-persuni LGBTIQ+, b’enfasi kbira fuq il-protezzjoni tal-persuni LGBTIQ+ kontra l-vjolenza u fuq l-għoti tal-kapaċità li jgħixu ħielsa mid-diskriminazzjoni. ’Il quddiem, se taġġorna wkoll l-istrateġija għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-istrateġija kontra r-razziżmu.
Dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-pajjiżi tal-UE għamlu progress sinifikanti, inkluż billi ressqu leġiżlazzjoni komuni u integraw il-perspettivi tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri f’oqsma ta’ politika differenti.Madankollu, il-pajjiżi tal-UE għadhom ’il bogħod milli jilħqu ugwaljanza sħiħa bejn il-ġeneri u l-progress miexi bil-mod. Il-vjolenza abbażi tal-ġeneru għadha mifruxa. Fis-suq tax-xogħol, in-nisa huma rappreżentati żżejjed f’setturi b’pagi aktar baxxi, u huma sottorappreżentati f’pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet. Bħala medja, xorta jaqilgħu kważi 13% anqas mill-irġiel fis-siegħa. Ir-riċerka turi li n-nisa ġeneralment iwettqu wkoll aktar xogħol tad-dar mill-irġiel. L-istereotipi tal-ġeneri, li jaffettwaw kemm lin-nisa kif ukoll lill-irġiel, huma kawża ewlenija ta’ dawn id-disparitajiet.Biex tindirizza l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri li għadhom jippersistu sal-lum, fl-2020 il-Kummissjoni nediet l-istrateġija tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.Skopri dwar l-azzjonijiet tal-Kummissjoni biex ikollna l-ugwaljanza bejn il-ġeneri
Minkejja l-isforzi tagħna biex nippermettu lil kulħadd ikun min hu u jħobb lil min irid, il-persuni LGBTIQ+ spiss jiġu diskriminati. Stħarriġ imwettaq mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) fl-2023 wera li għad hemm ħafna diskriminazzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali, iżda qed tonqos bil-mod. Madankollu, il-fastidju, l-intimidazzjoni, u l-vjolenza żdiedu. Mill-istess stħarriġ ħareġ li 55% mill-persuni LGBTIQ+ li ġew intervistati esperjenzaw fastidju minħabba li huma parti mill-komunità LGBTIQ+.Fuq il-bażi tal-progress li nkiseb fl-ambitu tal-ewwel strateġija tagħha dwar l-ugwaljanza għall-persuni LGBTIQ, il-Kummissjoni nediet l-istrateġija tagħha dwar l-ugwaljanza għall-persuni LGBTIQ+ għall-perjodu 2026–2030 sabiex tkompli tippromwovi l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni billi tipproteġi u tagħti s-saħħa lill-persuni LGBTIQ+ u tinvolvi lis-soċjetà.Skopri x’qed tagħmel il-Kummissjoni biex tipproteġi d-drittijiet u s-sikurezza tal-persuni LGBTIQ+
Aħna “magħqudin fid-diversità” f’kontinent li fih ħafna kulturi, tradizzjonijiet u lingwi differenti.Iżda biex l-UE tissodisfa l-motto tagħha u tissodisfa t-tifsira tiegħu, jeħtieġ li kontinwament niġġieldu r-razziżmu u l-movimenti ksenofobiċi, inklużi l-ġlieda kontra l-antisemitiżmu u l-mibegħda kontra l-Musulmani.L-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) wettqet firxa ta’ stħarriġiet li juru livelli għoljin ta’ diskriminazzjoni fl-UE.
Minkejja l-progress li sar s’issa, il-persuni b’diżabbiltà għadhom jiffaċċjaw ostakli konsiderevoli fis-soċjetà tagħna. L-istrateġija dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà 2021-2030 għandha l-għan li ttejjeb il-ħajja tal-persuni b’diżabbiltà u tiżgura li dawn ikunu jistgħu jgawdu d-drittijiet tagħhom u jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà u fl-ekonomija fuq bażi ugwali ma’ ħaddieħor.Taħt l-istrateġija, fl-2022 ġie adottat Pakkett dwar l-Impjiegi għal Persuni b’Diżabbiltà. Peress li fl-UE huma impjegati biss nofs tat-42.8 miljun persuna b’diżabbiltà fl-età tax-xogħol, inizjattivi bħal dawn qed jipprovdu gwida lill-impjegaturi u lill-awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li jgħinu lil aktar persuni b’diżabbiltà jaċċessaw is-suq tax-xogħol.F’dawn l-aħħar snin, ġew adottati wkoll diversi regoli tal-UE biex l-UE ssir aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà, inklużi:l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà, li jkopri l-prodotti u s-servizziu d-Direttiva dwar l-Aċċessibbiltà għall-WebInizjattivi oħrajn jinkluduil-Kard Ewropea tad-Diżabilità u Kard Ewropea għall-Parkeġġ għal persuni b’diżabilitàrakkomandazzjonijiet dwar akkomodazzjoni aċċessibbli u appoġġjata għall-persuni b’diżabbiltàil-qafas li se jsir għal servizzi soċjali ta’ eċċellenza għall-persuni b’diżabbiltàSir af aktar dwar l-istrateġija dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà 2021-2030
Ir-Rom huma l-akbar minoranza etnika fl-Ewropa. Minn 10 sa12-il miljun, hu stmat li 6 miljuni huma ċittadini jew residenti tal-UE.Għalkemm hemm projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni fl-UE, ħafna Rom għadhom vittmi ta’ preġudizzju u esklużjoni soċjali.Fl-2020, il-Kummissjoni nediet pjan ta’ 10 snin biex tappoġġja l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tal-komunità tar-Rom fl-UE, fejn stabbilixxiet il-miri tagħha għall-2030, inkluż: