Il-pazjenti fl-UE għandu jkollhom aċċess għall-mediċini li jeħtieġu kull meta jiġu bżonnhom. B’xorti ħażina, f’dawn l-aħħar snin il-pajjiżi tal-UE kellhom iħabbtu wiċċhom ma’ skarsezza serja ta’ mediċini, li kompliet tmur għall-agħar minħabba avvenimenti globali bħall-pandemija tal-COVID-19. L-Att dwar il-Mediċini Kritiċi, propost illum mill-Kummissjoni, għandu l-għan li jappoġġa l-manifattura u li jtejjeb id-disponibbiltà ta’ mediċini kritiċi fl-UE.L-iskarsezzi tal-mediċini huma kkawżati l-iktar minn problemi tal-manifattura, riskji tal-katina tal-provvista u kompetizzjoni globali għar-riżorsi. L-Att il-ġdid għandu l-għan li jegħleb dawn l-isfidi. L-elementi ewlenin jinkludu:it-titjib tal-kapaċità tal-manifattura tal-UE għall-mediċini kritiċi permezz ta’ proġetti strateġiċil-użu tal-akkwist pubbliku biex jiġu mħeġġa ktajjen tal-provvista affidabbli ta’ mediċini kritiċi jew biex jittejjeb l-aċċess għal mediċini oħra l-appoġġ għall-akkwist kollaborattiv fost il-pajjiżi tal-UE biex jiġi żgurat aċċess ġust għal mediċini importanti madwar l-UE l-esplorazzjoni ta’ sħubijiet internazzjonali biex titnaqqas id-dipendenza fuq għadd uniku jew limitat ta’ fornituri L-indirizzar tal-iskarsezzi u l-iżgurar tal-aċċess għall-mediċini ilhom prijorità għall-UE għal bosta snin. L-Att il-ġdid dwar il-Mediċini Kritiċi jikkomplementa l-proposti leġiżlattivi li diġà tressqu biex dan jiġi indirizzat, b’mod partikolari permezz tar-riforma tal-istrateġija farmaċewtika tal-UE. L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali, għandha rwol ewlieni fil-monitoraġġ u fir-rispons għal dawn l-iskarsezzi ta’ mediċini kritiċi.Għal iktar informazzjoniStqarrija għall-istampa: Il-Kummissjoni tipproponi Att dwar il-Mediċini Kritiċi biex tagħti spinta lill-provvista ta’ mediċini kritiċi fl-UE Mistoqsijiet u tweġibiet dwar l-Att dwar il-Mediċini Kritiċi Skeda Informattiva rigward l-Att dwar il-Mediċini KritiċiModernising the EU pharmaceutical legislationL-Aġenzija Ewropea għall-MediċiniL-Alleanza Ewropea tal-Mediċini Kritiċi Dettalji Data tal-pubblikazzjoni11 Marzu 2025AwturId-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni