Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Patt għal Industrija Nadifa

Pjan għall-kompetittività u d-dekarbonizzazzjoni tal-UE

Element ieħor tal-Patt hu ċ-ċirkolarità. Din hi maħsuba biex tnaqqas l-iskart u ttawwal il-ħajja tal-materjali billi tippromwovi r-riċiklaġġ, l-użu mill-ġdid u l-produzzjoni sostenibbli. Il-massimizzazzjoni tar-riżorsi limitati tal-UE u t-tnaqqis tad-dipendenzi żejda fuq il-fornituri tal-materja prima mill-pajjiżi terzi huma kruċjali għal suq kompetittiv u reżiljenti.    

Elementi ewlenin tal-Patt għal Industrija Nadifa

Enerġija affordabbli 

L-enerġija affordabbli hi l-pedament tal-kompetittività. Biex jorħsu l-kontijiet tal-enerġija għall-industriji, in-negozji u l-familji, u titħeġġeġ it-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, il-Kummissjoni adottat il-pjan ta’ azzjoni dwar l-enerġija affordabbli ħalli:

  • tħaffef l-introduzzjoni tal-enerġija nadifa u l-elettrifikazzjoni
  • tlesti s-suq intern tal-enerġija b’interkonnessjonijiet fiżiċi
  • tuża l-enerġija b’mod aktar effiċjenti u tnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili importati

Nixprunaw id-domanda għal prodotti nodfa

f’Marzu 2026, il-Kummissjoni ppreżentat l-att dwar l-aċċelleratur industrijali biex iżżid id-domanda għat-teknoloġiji u l-prodotti b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju li jkunu magħmulin fl-Ewropa.

L-att jintroduċi r-rekwiżiti “Magħmul fl-UE” u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju għall-akkwist pubbliku u l-iskemi ta’ appoġġ pubbliku f’setturi strateġiċi ewlenin.

Jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet għall-investimenti ta’ mqar €100 miljun li jagħmlu l-kumpaniji mhux tal-UE li jikkontrollaw aktar minn 40% tal-kapaċità tal-manifattura dinjija f’oqsma bħall-vetturi elettriċi, il-batteriji, l-enerġija solari, u l-materja prima kritika. Biex jikkwalifikaw, dawn l-investimenti jridu joħolqu impjiegi ta’ kwalità għolja, jixprunaw l-innovazzjoni u t-tkabbir, jiġġeneraw il-valur reali fl-UE, u josservaw ir-rekwiżiti tal-kontenut lokali.

Fl-2026, il-Kummissjoni se tirrieżamina wkoll il-qafas tal-akkwist pubbliku biex iddaħħal kriterji tas-sostenibbiltà, tar-reżiljenza u tal-preferenza Ewropea fl-akkwist pubbliku għal ċerti setturi strateġiċi. 

Niffinanzjaw it-tranżizzjoni ekoloġika

Il-Patt għal Industrija Nadifa se jimmobilizza aktar minn €100 biljun biex jappoġġa l-manifattura nadifa fi ħdan l-UE. Il-Kummissjoni diġà:

Il-Kummissjoni se ssaħħaħ il-Fond għall-Innovazzjoni u tipproponi bank għad-dekarbonizzazzjoni industrijali, biex timmira għal finanzjament ta’ €100 biljun minn fondi disponibbli fil-Fond għall-Innovazzjoni, dħul addizzjonali minn partijiet tal-ETS, u r-reviżjoni ta’ InvestEU.

Ċirkolarità u aċċess għall-materjali 

Il-materja prima kritika hi kruċjali għall-industrija tagħna. L-UE jeħtieġ tiżgura aċċess għal dawn il-materjali u tnaqqas id-dipendenza fuq il-fornituri mhux affidabbli. L-integrazzjoni taċ-ċirkolarità fl-istrateġija tad-dekarbonizzazzjoni tagħna hi kruċjali biex l-UE tisfrutta r-riżorsi limitati tagħha bl-aħjar mod. Il-Kummissjoni se: 

  • tistabbilixxi mekkaniżmu biex il-kumpaniji Ewropej ikunu jistgħu jingħaqdu flimkien u jgħaqqdu d-domanda tagħhom għall-materja prima kritika
  • tiftaħ ċentru tal-UE dwar il-materja prima kritika biex dan jixtri l-materja prima b’mod konġunt f’isem il-kumpaniji interessati, joħloq ekonomiji ta’ skala u jipprovdi aktar ingranaġġ fin-negozjar tal-prezzijiet u kundizzjonijiet aħjar
  • tadotta att dwar l-ekonomija ċirkolari fl-2026 biex titħaffef it-tranżizzjoni ċirkolari u tiżgura li l-materjali skarsi jintużaw u jerġgħu jintużaw b’mod effiċjenti, jonqsu d-dipendenzi globali tagħna u jinħolqu impjiegi ta’ kwalità kbira. Dan bil-għan li sal-2030, 24% tal-materjali jkunu ċirkolari

Naġixxu fuq skala dinjija 

L-UE teħtieġ sħab dinjin affidabbli, illum aktar minn qatt qabel. Minbarra l-ftehimiet kummerċjali attwali u oħrajn ġodda, il-Kummissjoni se:

Il-Kummissjoni qed tippjana wkoll li tiżgura li l-industrija tal-UE tkun ekonomikament sigura u reżiljenti, fid-dawl tal-kompetizzjoni dinjija u l-inċertezzi ġeopolitiċi, permezz ta’ firxa ta’ strumenti tad-difiża tal-kummerċ u strumenti oħrajn

Ħiliet u impjiegi ta’ kwalità 

Il-forza tax-xogħol tal-UE teħtieġ il-ħiliet neċessarji biex tappoġġa t-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, fosthom ħiliet fit-teknoloġiji nodfa, fid-diġitalizzazzjoni u fl-intraprenditorija.  

Il-Kummissjoni se tistabbilixxi unjoni tal-ħiliet li tinvesti fil-ħaddiema, tiżviluppa l-ħiliet u toħloq impjiegi ta’ kwalità.  

Erasmus+ se jsaħħaħ il-programmi tal-edukazzjoni u t-taħriġ biex joħloq forza tax-xogħol b’ħiliet speċjalizzati u adattabbli, u jindirizza l-iskarsezzi tal-ħiliet fis-setturi ewlenin, b’finanzjament sa €90 miljun

Il-Patt għal Industrija Nadifa se jiffoka wkoll fuq il-muturi orizzontali li hemm bżonn biex ikollna ekonomija kompetittiva, jiġifieri:  

  • inaqqas il-burokrazija żejda,  
  • jaħtaf l-opportunità sħiħa tal-iskala tas-suq uniku,  
  • jippromwovi impjiegi ta’ kwalità,
  • jikkoordina aħjar il-politiki fil-livell tal-UE u nazzjonali. 

Ċifri ewlenin

Sfond

Fil-linji gwida politiċi tagħha, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen wiegħdet li l-Patt għal Industrija Nadifa jitwettaq fl-ewwel 100 jum tal-Kummissjoni, bi prijorità fuq il-kompetittività u l-prosperità tal-UE.  

Din l-inizjattiva tibni fuq il-kontribut ta’ pijunieri fl-industrija, sħab soċjali, u s-soċjetà ċivili, wara d-Dikjarazzjoni ta’ Antwerp għal patt industrijali Ewropew u wara d-djalogi dwar it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa. 

Dokumenti

  • 26 FRAR 2025
Il-Patt għal Industrija Nadifa
  • 2 LULJU 2025
Delivering on the clean industrial deal

Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 5 Marzu 2026