Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 10 Diċembru 2025
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 2 min qari

L-UE qed tippjana li ttejjeb l-infrastruttura tal-enerġija biex tnaqqas il-kontijiet u ssaħħaħ l-indipendenza

Climate and energy projects: interconnection of the Cyclades Islands, Greece

 

Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet inizjattivi ġodda biex tindirizza l-kwistjonijiet li ilhom jeżistu fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-infrastruttura tal-enerġija tal-UE. Dawn għandhom l-għan li jiżguraw li l-enerġija affordabbli u nadifa tiċċirkola b’mod aktar effiċjenti fl-UE kollha.

L-infrastruttura tal-grilja hija l-pedament tas-sistema tal-enerġija Ewropea. Il-pakkett il-ġdid jipproponi l-immodernizzar u l-espansjoni tagħha biex jiġi sfruttat il-potenzjal kollu tagħha. Dan ifisser it-tneħħija tal-konġestjonijiet u ż-żieda tal-interkonnettività bejn il-pajjiżi tal-UE, li se 

  • jikkontribwixxu għal tnaqqis fil-prezzijiet tal-enerġija
  • jiggarantixxu provvista tal-enerġija sigura u affidabbli
  • jikkontribwixxu għall-ksib tal-indipendenza enerġetika

Dawn l-inizjattivi jirrappreżentaw approċċ ġdid fejn tidħol l-infrastruttura tal-enerġija billi jipprovdu perspettiva verament Ewropea fl-ippjanar tal-proġetti. L-ewwel nett, se jiżguraw li l-Ewropa tuża l-infrastruttura tal-enerġija eżistenti tagħha kemm tiflaħ qabel tinvesti f’kapaċità ġdida. It-tieni, se jħaffu l-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi sabiex l-infrastruttura tal-enerġija tkun tista’ tiġi żviluppata aktar malajr fl-UE kollha. Dan huwa essenzjali biex jintlaħqu l-objettivi tal-klima u tal-enerġija. Barra minn hekk, il-proposti se jiżguraw li l-ispejjeż marbuta mal-proġetti transfruntiera jinqasmu b’mod aktar ekwu

Il-proposti leġiżlattivi issa se jgħaddu għand il-Parlament Ewropew u l-Kunsill biex jiġu approvati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Il-Kummissjoni se tkompli tikkollabora mill-qrib mal-pajjiżi tal-UE u mal-partijiet ikkonċernati biex jiġu implimentati proġetti transfruntiera ewlenin tal-enerġija.

Għalkemm sar progress, l-UE għadha ma laħqitx il-livell ta’ konnettività meħtieġ biex toħloq unjoni tal-enerġija ġenwina. Bħalissa hawn diversi pajjiżi tal-UE li mhumiex mexjin fit-triq it-tajba biex jilħqu l-mira ta’ interkonnessjoni ta’ 15% sal-2030. Fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tagħha tal-2025, il-President von der Leyen ħabbret li tmien awtostradi tal-enerġija se jindirizzaw l-aktar ħtiġijiet urġenti fil-qasam tal-infrastruttura. Dawn jeħtieġu appoġġ u impenn addizzjonali fl-immedjat biex jiġu implimentati.

Għal aktar informazzjoni

Stqarrija għall-istampa

Mistoqsijiet u tweġibiet

Skeda informattiva

Kompetittività

Affordable energy

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
10 Diċembru 2025
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni