Il-Kummissjoni ppreżentat l-EU Inc., sett ġdid u uniku ta’ regoli korporattivi li se jkunu l-istess u li se jkunu japplikaw fl-UE kollha. Dan se jiffaċilita l-ftuħ, l-operat u t-tkabbir tan-negozji fl-UE kollha. Il-proċeduri fakultattivi u kompletament diġitali tiegħu jippermettu lill-kumpaniji innovattivi jespandu u jinċentivawhom biex jibqgħu fl-Ewropa, kif ukoll iħeġġu lil dawk li kienu ċċaqilqu biex jerġgħu lura. L-EU Inc. huwa parti mit-28 reġim ġdid u usa’ li joffri lin-negozji l-opportunità li jaħtfu l-benefiċċji tas-suq uniku. Bħalissa, l-intraprendituri u l-kumpaniji innovattivi qed jiffaċċjaw xenarju legali korporattiv frammentat. B’27 sistema legali nazzjonali u aktar minn 60 forma legali ta’ kumpanija fis-seħħ, it-twaqqif ta’ kumpanija jista’ jieħu ġimgħat jew saħansitra xhur, u dan inaqqas ir-ritmu tat-tkabbir u jżid l-ispejjeż. Is-sett uniku u armonizzat ta’ regoli korporattivi tal-EU Inc. ifisser li l-kumpaniji ma jkollhomx għalfejn ikomplu jinnavigaw diversi reġimi nazzjonali, u dan iwassal għall-isfruttament tal-potenzjal reali tas-suq uniku, għat-tkabbir u għaż-żieda fil-kompetittività. Fost il-karatteristiċi ewlenin tal-EU Inc. insibu: reġistrazzjoni aktar malajr u proċeduri aktar sempliċi: twaqqif ta’ kumpanija EU Inc. fi żmien 48 siegħa, għal inqas minn €100 u mingħajr il-ħtieġa ta’ kapital azzjonarju minimu, u billi dak li jkun jissottometti l-informazzjoni dwar il-kumpanija tiegħu darba biss, permezz ta’ interfaċċa fil-livell tal-UEoperazzjonijiet kompletament diġitali matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ kumpanijagħajnuna lill-fundaturi biex jerġgħu jibdew iktar malajr u billi jonfqu inqas flus: proċeduri ta’ likwidazzjoni simplifikati li jippermettu lill-fundaturi jittestjaw ideat innovattivi u jerġgħu jibdew, jekk ikollhom għalfejnkundizzjonijiet aħjar biex jiġi attirat l-investiment billi jitneħħew il-formalitajiet wiċċ imb wiċċ, jiġu pprovduti proċeduri diġitali għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament, u jiġi ssimplifikat it-trasferiment tal-ishma bil-possibbiltà li tiġi aċċessata l-Borżaaċċess sħiħ għas-suq uniku: billi dak li jkun ikollu l-libertà li jagħżel f’liem pajjiż tal-UE jixtieq jirreġistra l-kumpanija tiegħusalvagwardji b’saħħithom kontra l-abbuż: il-liġijiet dwar l-impjieg u l-liġijiet soċjali nazzjonali mhumiex affettwati mill-proposta. Is-salvagwardji applikabbli tal-pajjiż ta’ reġistrazzjoni tal-UE se japplikaw bis-sħiħ għall-kumpaniji EU Inc. Barra minn hekk, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni li tiddeskrivi l-inizjattivi li għaddejjin bħalissa u dawk futuri biex jitlesta t-28 reġim f’oqsma oħra ta’ politika. Fost miżuri oħra, tipproponi d-diġitalizzazzjoni massima tal-interazzjonijiet bejn il-kumpaniji u l-awtoritajiet pubbliċi u tappella lill-pajjiżi tal-UE biex jikkunsidraw jistabbilixxu awli ġudizzjarji jew qrati speċjalizzati bl-awtorità li jittrattaw it-tilwim dwar id-dritt tal-kumpaniji EU Inc. Minħabba l-importanza ewlenija tagħha għall-kompetittività tal-UE, il-Kummissjoni qed tappella lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jilħqu ftehim rigward il-proposta dwar l-EU Inc. sa tmiem l-2026. Għal aktar tagħrifMistoqsijiet u tweġibietEU Inc.: A new harmonised corporate legal regimeKomunikazzjoni: lejn EU Inc. għall-kumpaniji tal-UEProposal for an EU Inc. corporate legal frameworkPjan ġdid għall-prosperità u l-kompetittività sostenibbli tal-EwropaStqarrija għall-istampa: Il-Kummissjoni tippreżenta proposta għall-EU Inc. – nisfruttaw il-potenzjal sħiħ tas-Suq Uniku għall-intraprendituri tal-Ewropa Dettalji Data tal-pubblikazzjoni18 Marzu 2026AwturId-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni