Biex l-Ewropa tkun tista’ tgawdi minn prosperità ekonomika, irid ikollha ekonomija kompetittiva, li toħloq il-ġid u impjiegi ta’ kwalità, fejn is-servizzi pubbliċi jkollhom il-fondi meħtieġa u fejn il-mudell soċjali, u l-indipendenza, tagħna jitħarsu.
L-Ewropa hija fuq quddiem nett fid-dinja fit-teknoloġiji avvanzati tal-manifattura u fit-teknoloġiji nodfa, fejn hemm universitajiet u istituzzjonijiet tar-riċerka ta’ klassi dinjija, u l-akbar network ta’ sħubijiet kummerċjali li tista’ ssib fi kwalunkwe ekonomija ewlenija. Madankollu, is-swieq frammentati, il-kostijiet għoljin tal-enerġija, in-nuqqas ta’ ħiliet, u l-kumplessità regolatorja jillimitaw it-tkabbir tal-Ewropa.
Aħna qed niffukaw fuq l-indirizzar ta’ dawn il-kwistjonijiet billi
- is-Suq Uniku nagħmluh komplut
- insaħħu l-industriji strateġiċi
- innaqqsu l-kostijiet tal-enerġija b’enerġija nadifa prodotta lokalment
- nallinjaw il-kompetittività mal-mudell soċjali tal-Ewropa
Suq Uniku aktar b’saħħtu – għan-nies u n-negozji
Bl-450 miljun konsumatur tiegħu, is-Suq Uniku huwa l-mutur tat-tkabbir u l-kompetittività Ewropea. It-tneħħija tal-ostakli li fadal, u b’hekk it-tlestija tas-Suq Uniku, hija vitali għall-indipendenza tal-Ewropa u hija prijorità ċentrali tagħna.
Simplifikazzjon tar-regoli
Is-Suq Uniku qed isir aktar faċli li tifhmu u tużah billi qed innaqqsu l-burokrazija żejda. Ressaqna 12-il pakkett ta’ simplifikazzjoni u firxa wiesgħa ta’ miżuri ta’ simplifikazzjoni fis-setturi kollha, mill-karozzi sas-sustanzi kimiċi.
Qed naħdmu mal-Parlament u mal-Kunsill biex inkomplu nwettqu l-aġenda ta’ simplifikazzjoni, u b’hekk il-kumpaniji jkollhom aktar riżorsi biex jinnovaw, jespandu u joħolqu impjiegi ta’ kwalità.
Il-miżuri ta’ simplifikazzjoni proposti huma mistennija li jiffrankaw lin-negozji Ewropej mill-anqas EUR 17-il biljun fis-sena fi spejjeż amministrattivi.
L-għan tagħna hu li nnaqqsu l-piż amministrattiv b’mill-inqas 25 % għan-negozji kollha u b’mill-anqas 35 % għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.
L-aktar triq rapida lejn kompetittività aktar b’saħħitha u indipendenza Ewropea reali hija li titnaqqas il-frammentazzjoni tas-suq uniku. Ressaqna
l-biċċa l-kbira tal-inizjattivi stabbiliti fil-boxxla għall-Kompetittività u issa l-enfasi hija fuq li nwettquhom
qablu dwar pjan direzzjonali għal Ewropa Waħda, Suq Wieħed mal-Parlament u mal-Kunsill, bl-għan li jimxu ‘l quddiem fir-riformi ewlenin sa tmiem l-2027, hekk kif diġà qed isir progress rapidu
EU Inc., qafas Ewropew uniku għall-kumpaniji
L-intraprendituri Ewropej u l-kumpaniji innovattivi huma l-ewwel vittmi tal-frammentazzjoni regolatorja. Minflok ma joperaw f’suq wieħed, huma jiffaċċjaw 27 sistema legali u aktar minn 60 forma ta’ kumpanija. Ippreżentajna EU Inc., sabiex in-negozji tagħna jkunu jistgħu jibbenefikaw minn suq uniku reali.
Verżjoni testwali
EU Inc. - reġim legali korporattiv ġdid armonizzat
- Fast & cheap - Reġistrazzjoni fi 48 siegħa. Spiża massima ta’ EUR 100.
- Sempliċi - Totalment diġitali. Darba biss - Sottomissjoni ta’ informazzjoni ta’ darba biss. Reġistru ċentrali tal-UE għall-informazzjoni dwar il-kumpaniji.
- Riskju baxx - B’insolvenza simplifikata u diġitali għan-negozji ġodda.
- Attraenti għall-investituri - Trasferiment sempliċi ta’ ishma u aċċess għall-borża.
- Attraenti għall-ħaddiema - Aċċess aktar faċli għall-opzjonijiet ta’ stokks tal-impjegati.
- Salvagwardji qawwija - Ma jiddgħajfux ir-regoli li jipproteġu lill-ħaddiema.
Unjoni innovattiva li tmexxi l-industriji tal-futur
L-Ewropa għaddejja minn trasformazzjoni teknoloġika u industrijali profonda u trid tara kif tgħaddi minnha. Mill-IA u t-teknoloġiji kwantistiċi sat-teknoloġija nadifa u l-bijoteknoloġija, għaddejja tellieqa globali biex jissawru l-industriji li se jiddefinixxu l-prosperità u l-poter tal-futur. Il-kapaċità tal-Ewropa li taġixxi b’mod indipendenti u tibqa’ kompetittiva tiddependi fuq l-iżgurar li dawn it-teknoloġiji mhux biss jintużaw fl-Ewropa, iżda wkoll jiġu ddisinjati, żviluppati u manifatturati hawnhekk.
L-Ewropa għandha kumpaniji industrijali u teknoloġiċi li jinsabu fuq quddiem nett fid-dinja, riċerka mill-aktar avvanzata, xenarju ta’ negozji ġodda li qed jikber u ħaddiema b’livell għoli ta’ ħiliet. Għandna
nagħmlu użu aħjar minn dawn l-assi biex ngħinu lill-kumpaniji jibdew, jespandu u jsiru fost l-aqwa fid-dinja
tissaħħaħ id-domanda għal teknoloġiji u prodotti nodfa Ewropej biex jiġi attirat l-investiment
Att għall-aċċellerazzjoni industrijali
F’Marzu 2026, ressaqna l-att dwar l-aċċelleratur industrijali biex
L-att għandu l-għan li jżid il-proporzjon tal-PDG tal-UE rrappreżentat mill-manifattura minn 14.3 % fl-2024 għal 20 % sal-2035.
Domanda aktar b’saħħitha għal prodotti Ewropej nodfa u innovattivi tipprovdi lill-kumpaniji biċ-ċertezza li jeħtieġu biex jinvestu u jespandu fl-Ewropa.
Appoġġ lill-industriji tradizzjonali u għajnuna għad-dekarbonizzazzjoni tagħhom
Industriji għal ma huma dawk tal-enerġija, tal-kimika u tal-azzar bħalissai qed jiffaċċjaw pressjoni dejjem akbar minn spejjeż għoljin tal-enerġija, żieda fil-kompetizzjoni dinjija u distorsjonijiet tas-suq xprunati minn sussidji enormi ta’ pajjiżi barranin.
Sabiex jiġi żgurat li l-Ewropa tibqa’ mhux biss kontinent ta’ innovazzjoni, iżda wkoll kontinent li jibni u jipproduċi, aħna
L-intelliġenza artifiċjali (IA) u t-teknoloġija diġitali
Is-suċċess futur tal-Ewropa jiddependi fuq it-tmexxija teknoloġika fit-teknoloġiji diġitali u l-IA, appoġġata minn industrija vibranti. Il-mewġa li jmiss ta’ innovazzjoni se tiġi definita minn kif il-kapaċitajiet diġitali jiġu applikati fid-dinja reali. Biex jinħoloq il-valur, teknoloġiji bħall-IA jridu jkunu konnessi mas-sistemi fiżiċi li huma maħsuba li jtejbu.
qed nappoġġaw lill-industrija Ewropea fl-adozzjoni tal-IA f’setturi ewlenin, mill-kura tas-saħħa sal-manifattura avvanzata u l-farmaċewtiċi, permezz tal-istrateġijagħall-applikazzjoni tal-IA
qed nibnu l-infrastruttura meħtieġa biex tikkompeti globalment, b’19-il fabbrikatal-IA li diġà qed jitlestew, u s-sejħa għall-ewwel gigafabbrikital-IA tal-Ewropa li ħarġet f’Lulju 2026 biex tiġi estiża l-kapaċità kompjuterizzata meħtieġa biex jitħarrġu mudelli tal-IA mill-aktar avvanzati u tiġi appoġġata l-innovazzjoni fuq skala kbira
qed insaħħu s-sovranità u l-kompetittività tal-Ewropa fl-ekosistema tal-cloud u tal-IA permezz tal-attpropostdwar l-iżvilupp tal-cloud u tal-IA
Verżjoni testwali
Pakkett Ewropew dwar is-sovranità teknoloġika
Il-pakkett dwar is-sovranità teknoloġika se jsaħħaħ il-kompetittività, l-awtonomija strateġika u l-pożizzjoni ġeoekonomika tal-Ewropa.
Xi jfisser
- Isaħħaħ il-kapaċità industrijali domestika u l-awtonomija tul il-katina tal-provvista.
- Iżid l-għażla għall-utenti finali.
- Jiżgura l-provvista ta’ teknoloġiji diġitali.
- Jiżviluppa, jikkontrolla u jespandi teknoloġiji, infrastruttura, servizzi u data kritiċi.
- Jistabbilixxi standards għal teknoloġiji strateġiċi ewlenin.
Il-pakkett jinkludi
- Att dwar iċ-Ċipep 2.0
- Att dwar l-Iżvilupp tal-Cloud u tal-IA
- Strateġija tal-UE dwar is-Sors Miftuħ
- Pjan Direzzjonali Strateġiku għad-Diġitalizzazzjoni u għall-IA fl-Enerġija
Niksbu l-indipendenza tal-enerġija
Hekk kif l-Ewropa ffaċċjat xokk globali tal-enerġija għat-tieni darba dan id-deċennju, il-ħtieġa għal indipendenza enerġetika akbar qatt ma kienet aktar ċara.
Il-kunflitt li qed jeskala fil-Lvant Nofsani u l-għeluq tal-Istrett ta’ Hormuz wasslu għal żidiet qawwija fil-prezzijiet globali taż-żejt u tal-gass, li swew lill-Ewropa kważi EUR 50 biljun fi spejjeż addizzjonali tal-enerġija u wrew kif l-instabbiltà ġeopolitika lil hinn mill-fruntieri tagħna tista’ tissarraf malajr fi pressjoni ekonomika fuq il-familji u n-negozji f’pajjiżhom.
F’dawn l-aħħar snin, l-UE ħadet passi sinifikanti biex taċċellera t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, tnaqqas l-emissjonijiet u tnaqqas l-esponiment għal swieq tal-enerġija volatili. Dawk l-isforzi fissru li l-Ewropa daħlet f’din il-kriżi mħejjija aħjar minn qabel.
AccelerateEU
F’April 2026, ippreżentajna AccelerateEU, pakkett ta’ miżuri mfassal biex
Dan jgħaqqad l-appoġġ fuq terminu qasir għaċ-ċittadini vulnerabbli u għall-industriji li jeħtieġu ħafna enerġija ma’ miżuri strutturali mmirati lejn it-tnaqqis tad-dipendenza fuq is-swieq volatili tal-fjuwils fossili.
Is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-elettriku tal-Ewropa żdied minn 36 % fl-2021 għal 47 % fl-2025. L-espansjoni rapida tal-enerġija solari waħedha hija stmata li ffrankat madwar EUR 110 miljun kuljum matul il-kriżi tal-Istrett ta’ Hormuz billi ppreveniet importazzjonijiet bla bżonn tal-gass.
Irridu wkoll naċċelleraw l-elettrifikazzjoni sabiex it-trasport, it-tisħin u l-proċessi industrijali jaħdmu dejjem aktar fuq elettriku Ewropew nadif aktar milli fuq fjuwils fossili importati. F’Lulju 2026, stabbilejna pjan ta’ azzjoni għall-elettrifikazzjoni biex l-Ewropa ssir l-ewwel kontinent li jaħdem bl-elettriku.
Is-Sistema tal-UE għall-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS)
It-tranżizzjoni enerġetika teħtieġ ukoll l-inċentivi tas-suq it-tajbin. Din hija r-raġuni għaliex nedejna rieżami tas-Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet.
Is-Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) tat prova li d-dekarbonizzazzjoni u t-tkabbir jistgħu jimxu id f’id.
Verżjoni testwali
L-ETS tal-UE u l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra
Mill-introduzzjoni tal-ETS fl-2005:
- l-emissjonijiet tal-gassijiet serra naqsu b’ 50 % fis-setturi koperti
- is-sistema ġġenerat aktar minn EUR 280 biljun, investiti mill-ġdid fl-innovazzjoni, il-modernizzazzjoni u d-dekarbonizzazzjoni industrijali
L-ekonomija tal-UE qed tkompli tikber
Fil-livell Ewropew, dan id-dħul jiġi investit mill-ġdid fl-innovazzjoni nadifa u t-trasformazzjoni industrijali.
L-Istati Membri se jkunu obbligati jonfqu 50 % tad-dħul nazzjonali tagħhom mill-ETS għad-dekarbonizzazzjoni tas-setturi tal-ETS. Dan se jgħin biex jiġi żgurat li d-dħul iġġenerat mill-industrija Ewropea jiġi investit mill-ġdid biex jgħin lin-negozji Ewropej jibnu l-industriji nodfa tal-futur.
L-agrikoltura
Il-bdiewa tal-Ewropa huma essenzjali kemm għall-prosperità tagħna kif ukoll għall-indipendenza tagħna. Dawn jiżguraw provvista affidabbli ta’ ikel sikur u ta’ kwalità għolja, jappoġġaw miljuni ta’ impjiegi fis-settur agroalimentari kollu u jsostnu l-komunitajiet rurali u l-pajsaġġi li huma parti mill-identità tal-Ewropa.
Hekk kif il-bdiewa qed jiffaċċjaw pressjonijiet dejjem akbar, minn spejjeż tal-produzzjoni u kompetizzjoni dinjija dejjem jiżdiedu sal-impatt dejjem akbar tat-tibdil fil-klima u l-isfidi ġeopolitiċi, qed ngħinuhom billi
kabbarna l-appoġġ tagħna permezz ta’ strateġija għal tiġdid ġenerazzjonali fl- agrikoltura, bil-għan li jirdoppja l-għadd ta’ bdiewa żgħażagħ sal-2040
kompejna nissimplifikaw il-politika agrikola komuni, billi naqqasna l-piżijiet amministrattivi u ħaffifna l-aċċess għall-għajnuna
saħaħħna il- pożizzjoni tal- bdiewa fil- katina tal-provvista tal- ikel permezz ta’ regoli ġodda, li jgħinu biex dawn jirċievu sehem ġust tal-valur li joħolqu.
ressaqna l-pjan ta’ azzjoni dwar il-fertilizzanti tagħha bl-għan li niżguraw l-aċċess għall-fertilizzanti bi prezz affordabbli, tissaħħaħ il-produzzjoni domestika, tiżdiedi is-sigurtà ekonomika u l-indipendenza tagħna. Immobilizzajna wkoll EUR 540 miljun (minn total potenzjali ta’ EUR 1.5 biljun jekk jissuplimentawhom l-Istati Membri) biex tiġi pprovduta għajnuna finanzjarja għall-bdiewa li jixtru l-fertilizzanti.
adottajna strateġija għall-bhejjem biex issaħħaħ is-sigurtà tal-ikel, tappoġġa l-komunitajiet rurali, u tikkontribwixxi għal sistema agrikola aktar reżiljenti
żviluppajna pjan dwar il-proteini biex iżid il-produzzjoni u l-użu tal-proteini mkabbra fl-UE
Nagħtu s-setgħa lin-nies u nsaħħu l-mudell soċjali tagħna
Il-kompetittività tirfed il-benesseri taċ-ċittadini tagħna u ssostni l-mudell soċjali tagħna. Il-motivazzjoni tagħna għall-kompetittività tibni fuq il-mudell soċjali uniku tal-Ewropa u fuq it-tradizzjoni b’saħħitha tagħna ta’ djalogu soċjali bejn il-ħaddiema u min iħaddem. Din se tgħin ukoll lin-nies jiżviluppaw il-ħiliet li jeħtieġu biex jiffjorixxu f’ekonomija dinjija aktar kompetittiva.
Madankollu, fost it-tensjoni ġeopolitika u t-taqlib teknoloġiku, ħafna Ewropej jinkwetaw dwar il-futur u l-impatt tal-IA peress li l-kumpaniji qed jirristrutturaw u l-industriji qed jiffaċċjaw kompetizzjoni globali intensa. Hekk kif għaddejja trasformazzjoni profonda u rapida, l-Ewropa trid tibqa’ fuq quddiem filwaqt li tiżgura li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura.
Unjoni ta’ ħiliet
Il-ħiliet huma ċentrali mhux biss għall-kompetittività tagħna, iżda wkoll għas-sens ta’ sigurtà tan-nies. L-unjoni tal-ħiliet għandha l-iskop li l-Ewropej jiġu mgħammra bil-kapaċitajiet li jeħtieġu biex jirnexxu f’ekonomija li qed tinbidel.
- aktar minn10.00miljun ruħibbenefikaw minn inizjattivi ta’ titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid mill-2020
- 3.90miljun ruħibbenefikaw minn dawn l-inizjattivi fl-2025 biss
Permezz tal-Garanzija tal-Ħiliet il-ħaddiema se jingħataw għajnuna biex ikunu jistgħu jimxu minn setturi li għaddejjin minn trasformazzjoni profonda għal setturi strateġiċi u li qed jikbru li qed jiffaċċjaw skarsezza ta’ ħaddiema. Dan ifisser
aktar investiment fit-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid
għajnuna lill-kumpaniji jadattaw l-impjiegi hekk kif jadottaw l-IA
Qed naraw ukoll li l-Ewropa tagħmel użu aħjar mill-popolazzjoni ħawtiela u ta’ talent li għandha. Il-moviment liberu huwa wieħed mill-aktar punti b’saħħithom tal-Unjoni tagħna, iżda l-ħaddiema għadhom jiffaċċjaw ostakli bla bżonn meta jaqsmu l-fruntieri, inkluż
Il-pakkett dwar il-mobbiltà ġusta tal-ħaddiema li ġej, għandu l-għan li jneħħi l-ostakli bla bżonn u jagħmilha aktar faċli għan-nies biex iġibu l-ħiliet tagħhom fejn l-aktar hemm bżonnhom.
Impjiegi ta’ kwalità
Il-kompetittività tiddependi wkoll fuq impjiegi ta’ kwalità. Dawn jappoġġaw il-produttività u jattiraw it-talent, u jsawru l-forza tax-xogħol b’ħiliet speċjalizzati li l-Ewropa teħtieġ biex tikkompeti madwar id-dinja. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni żviluppat, flimkien mas-sħab soċjali, il-pjan direzzjonali għal impjiegi ta’ kwalità biex tappoġġa pagi ġusti, kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin, standards b’saħħithom tas-saħħa u s-sikurezza, u tranżizzjonijiet b’inqas skossi bejn l-impjiegi u s-setturi.
Din il-paġna telenka biss għażla ta’ kisbiet miksuba matul is-sena li għaddiet.
Għal aktar informazzjoni, niżżel il-fuljett (PDF).
Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 11 Settembru 2026




