Dettalji Data tal-pubblikazzjoni26 April 2017 Deskrizzjoni Id-dokument ta’ riflessjoni dwar id-dimensjoni soċjali tal-Ewropa jqajjem mistoqsijiet dwar kif nistgħu nsostnu l-istandards tal-għajxien tagħna, noħolqu aktar impjiegi u impjiegi aħjar, inħejju l-persuni bil-ħiliet xierqa u noħolqu aktar unità fis-soċjetà tagħna, fid-dawl tad-dinja tax-xogħol u tas-soċjetà ta’ għada. Id-dokument jagħmel dan billi jippreżenta tliet għażliet possibbli: Nillimitaw id-dimensjoni soċjali għall-moviment liberu Permezz ta’ din l-għażla, l-Unjoni żżomm fis-seħħ ir-regoli biex tippromwovi l-movimenti transfruntieri tal-persuni, bħalma huma r-regoli dwar id-drittijiet tas-sigurtà soċjali taċ-ċittadini mobbli, l-istazzjonar tal-ħaddiema, il-kura tas-saħħa transfruntiera u r-rikonoxximent tad-diplomi. Madankollu, ma jkunx għad hemm aktar l-istandards minimi tal-UE dwar, pereżempju, is-saħħa u s-sigurtà għall-ħaddiema, il-ħin tax-xogħol u tal-mistrieħ jew il-liv tal-maternità u tal-paternità. L-Ewropa ma tibqax trawwem opportunitajiet għall-Istati Membri biex jaqsmu l-aħjar prattiki fl-oqsma tal-edukazzjoni, tas-saħħa, tal-kultura u tal-isport, u l-programmi ta’ rikonverżjoni soċjali u reġjonali fl-Istati Membri li huma kofinanzjati mill-flus tal-UE ma jkunux jistgħu jissoktaw jew ikollhom jiġu ffinanzjati fil-livell nazzjonali. Dawk li jridu jagħmlu aktar fil-qasam soċjali jagħmlu aktar Il-pajjiżi li jużaw l-ewro bħala l-munita unika tagħhom jistgħu jwettqu aktar flimkien fil-qasam soċjali biex jippreservaw is-saħħa u l-istabilità taż-żona tal-ewro u biex jiġu evitati aġġustamenti għal għarrieda fl-istandards tal-għajxien taċ-ċittadini tagħha. Pajjiżi oħra interessati jistgħu jipparteċipaw ukoll. L-UE27 japprofondixxu d-dimensjoni soċjali tal-Ewropa flimkien Filwaqt li ċ-ċentru tal-gravità għall-azzjoni fil-qasam soċjali għandu jibqa’ u se jibqa’ fil-livell tal-awtoritajiet nazzjonali u lokali, l-UE tesplora modi biex tkompli ssaħħaħ l-azzjoni tal-Istati Membri, filwaqt li tuża b’mod sħiħ l-istrumenti kollha għad-dispożizzjoni tagħha. Il-leġiżlazzjoni mhux biss tistabbilixxi standards minimi iżda, f’żoni magħżula, tista’ tarmonizza bis-sħiħ id-drittijiet taċ-ċittadini mal-UE kollha, bl-għan li tiffoka fuq il-konverġenza soċjali tal-eżiti soċjali. Files 26 APRIL 2017Dokument ta’ riflessjoni dwar id-dimensjoni soċjali tal-EwropaLingwi oħrajn (22)български(3.45 MB - PDF)Iddawnlowdjaespañol(4.7 MB - PDF)Iddawnlowdjačeština(3.41 MB - PDF)Iddawnlowdjadansk(3.42 MB - PDF)IddawnlowdjaDeutsch(3.46 MB - PDF)Iddawnlowdjaeesti(3.36 MB - PDF)Iddawnlowdjaελληνικά(3.37 MB - PDF)IddawnlowdjaEnglish(3.44 MB - PDF)Iddawnlowdjafrançais(3.48 MB - PDF)Iddawnlowdjahrvatski(3.43 MB - PDF)Iddawnlowdjaitaliano(3.5 MB - PDF)Iddawnlowdjalatviešu(3.41 MB - PDF)Iddawnlowdjalietuvių(3.41 MB - PDF)Iddawnlowdjamagyar(3.45 MB - PDF)IddawnlowdjaNederlands(3.39 MB - PDF)Iddawnlowdjapolski(3.48 MB - PDF)Iddawnlowdjaportuguês(3.44 MB - PDF)Iddawnlowdjaromână(3.43 MB - PDF)Iddawnlowdjaslovenčina(3.44 MB - PDF)Iddawnlowdjaslovenščina(3.42 MB - PDF)Iddawnlowdjasuomi(3.37 MB - PDF)Iddawnlowdjasvenska(3.42 MB - PDF)Iddawnlowdja 21 ĠUNJU 2017Social priorities under the Juncker CommissionLingwi oħrajn (1)français(1.03 MB - PDF)Iddawnlowdja Links relatati White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa u t-triq 'il quddiem